This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1178
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/1178 of 11 April 2023 correcting certain language versions of Delegated Regulation (EU) 2018/47 authorising the use of alternative T90 trawls in Baltic Sea fisheries, by way of derogation from Council Regulation (EC) No 2187/2005
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1178 tal-11 ta’ April 2023 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 li jawtorizza l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1178 tal-11 ta’ April 2023 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 li jawtorizza l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005
C/2023/2305
ĠU L 156, 19.6.2023, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/31 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1178
tal-11 ta’ April 2023
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 li jawtorizza l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana u Żvediża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 (2) fihom l-iżbalji fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-għadd ta’ malji li għandu jkun ta’ 80 malja tonda fi kwalunkwe ċirkonferenza fil-manka sensu strictu u fil-biċċa tal-estensjoni, esklużi dawk fil-ġuntura u fiċ-ċmus. Dawk l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, il-verżjonijiet bil-lingwa Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana u Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/47 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 tat-30 ta’ Ottubru 2017 li jawtorizza l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 7, 12.1.2018, p. 21).