This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0735
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/735 of 30 January 2023 amending Delegated Regulation (EU) 2020/760 with regard to the requirement to submit invoices to establish the reference quantity and clarifying some issues concerning the Licence Operator Registration and Identification (LORI) electronic system
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/735 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/760 fir-rigward tar-rekwiżit li jiġu ppreżentati fatturi biex tiġi stabbilita l-kwantità referenzjali, u li jiċċara xi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sistema elettronika tar-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (LORI)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/735 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/760 fir-rigward tar-rekwiżit li jiġu ppreżentati fatturi biex tiġi stabbilita l-kwantità referenzjali, u li jiċċara xi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sistema elettronika tar-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (LORI)
C/2023/648
ĠU L 96, 5.4.2023, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/735
tat-30 ta’ Jannar 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/760 fir-rigward tar-rekwiżit li jiġu ppreżentati fatturi biex tiġi stabbilita l-kwantità referenzjali, u li jiċċara xi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sistema elettronika tar-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (LORI)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 186 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli soġġetti għal-liċenzji. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760, l-operaturi jridu jippreżentaw fattura lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji għall-istabbiliment tal-kwantità referenzjali. Sa issa l-kwantità referenzjali kienet tiġi stabbilita abbażi tad-dispożizzjoni tranżitorja prevista fl-Artikolu 26, l-ewwel paragrafu, ta’ dak ir-Regolament Delegat, u għalhekk id-dispożizzjoni inkwistjoni ma kinitx tintuża. Peress li ntwera li karatteristiċi oħra li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji introdotti minn dak ir-Regolament Delegat huma effiċjenti u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji, huwa rakkomandabbli li jitneħħa l-obbligu tal-operaturi li jippreżentaw fattura lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji għall-istabbiliment tal-kwantità referenzjali. |
(3) |
Skont l-Artikolu 13(12) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760, l-operaturi jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzji kwalunkwe bidla li taffettwa r-rekord tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (LORI) tagħhom fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data tal-effettività ta’ tali bidliet. Jenħtieġ li dik l-iskadenza tiġi estiża minħabba t-tul tal-implimentazzjoni ta’ tali bidliet u d-diffikultajiet għall-operaturi biex jinnotifikawhom fil-ħin. |
(4) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi ċċarata d-diskrepanza li teżisti fl-Artikoli 3(5) u 13(13) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 bejn l-obbligu u l-għażla fir-rigward tar-reġistrazzjoni minn qabel tal-operaturi f’każ ta’ sospensjoni tar-rekwiżit tal-kwantità referenzjali f’konformità mal-Artikolu 9(9) ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
(5) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 jistabbilixxi regoli fir-rigward tal-ilmenti għal reġistrazzjoni mhux xierqa ta’ operatur. Ir-rwoli tal-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji tal-Istat Membru fejn l-operatur ikkontrollat ikun stabbilit u rreġistrat għall-finijiet tal-VAT, u dawk tal-Istat Membru li jkun irċieva lment, jenħtieġ li jiġu ċċarati b’tali mod li l-kontroll isir mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-operatur ikkontrollat. |
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/760 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2020/760
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/760 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 14(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-ilmentatur issib li l-ilment huwa fondat, din għandha ssegwih bil-kontrolli li tqis xierqa. Meta l-operatur ikkontrollat ikun stabbilit u rreġistrat għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru differenti minn dak tal-awtorità li toħroġ il-liċenzji li tkun irċeviet l-ilment, dik l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha malajr kemm jista’ jkun tipprovdi l-assistenza meħtieġa lill-awtorità li toħroġ il-liċenzji tal-Istat Membru li fih l-operatur ikun stabbilit u rreġistrat għall-finijiet tal-VAT u li tkun qed twettaq il-kontroll. Ir-riżultat tal-kontroll għandu jiġi rreġistrat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji tal-Istat Membru fejn l-operatur ikkonċernat ikun stabbilit u rreġistrat għall-finijiet tal-VAT, fis-sistema elettronika LORI, bħala parti mir-rekord LORI tiegħu.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1).