EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0379
Council Implementing Regulation (EU) 2023/379 of 20 February 2023 implementing Regulation (EU) No 359/2011 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Iran
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/379 tal-20 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/379 tal-20 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
ST/6135/2023/INIT
OJ L 51I , 20.2.2023, p. 13–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 51/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/379
tal-20 ta’ Frar 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 359/2011. |
(2) |
Fil-25 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti mhux vjolenti, filwaqt li nnota dan kien wassal għal imwiet kif ukoll għadd kbir ta’ persuni midruba. Id-dikjarazzjoni spjegat ukoll li dawk responsabbli għall-qtil ta’ Mahsa Amini jridu jinżammu responsabbli, u appellat lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw investigazzjonijiet trasparenti u kredibbli biex jiċċaraw l-għadd ta’ persuni mejta u arrestati, biex jeħilsu lid-dimostranti mhux vjolenti kollha u biex jipprovdu proċess xieraq lid-detenuti kollha. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Iran li jirrestrinġi b’mod sever l-aċċess għall-Internet u jimblokka pjattaformi ta’ messaġġi istantanji tikser b’mod sfaċċat il-libertà tal-espressjoni. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni stqarret li l-Unjoni ser tikkunsidra l-għażliet kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza l-qtil ta’ Mahsa Amini u l-mod kif il-forzi tas-sigurtà Iranjani wieġbu għad-dimostrazzjonijiet li segwew. |
(3) |
F’dan il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, fosthom is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ikkonfermat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2022, jenħtieġ li 32 persuna u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 359/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“174. |
ESMAEILI Mohammad Mehdi محمد مهدی اسماعیلی |
Data tat-twelid: 1975 Post tat-twelid: Kabudarahang, Hamedan, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika Entità assoċjata: Ministeru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) |
Mohammad Mehdi Esmaeili huwa l-Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika. Taħt l-awtorità tiegħu, il-Ministeru hedded lill-artisti/mużiċisti li ma jsegwux il-linja tal-gvern bi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u x-xogħol. Hu personalment u pubblikament hedded lill-produtturi tal-films li kienu ppubblikaw dikjarazzjoni fejn talbu lill-forzi tas-sigurtà biex iżommu lura kontra manifestanti paċifiċi b’arrest u projbizzjonijiet tax-xogħol. Għadd importanti ta’ artisti u ġurnalisti ġew arrestati fuq akkużi foloz minn meta sar Ministru, filwaqt li hemm indikazzjoni li t-theddid repressiv kien segwit b’atti repressivi. Esmaeili jaħdem ukoll biex tkompli titrażżan saħansitra aktar il-libertà tal-espressjoni billi attwalment qed imexxi abbozz ta’ liġi fil-Parlament li ser tikkriminalizza l-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li titqies li hija kritika għar-reġim jew kwalunkwe rappurtaġġ li jitqies kritiku għar-reġim. Taħt l-awtorità ta’ Mohammad Mehdi Esmaeili u bl-approvazzjoni dikjarata tiegħu, bosta artisti, mużiċisti, produtturi ta’ films u ġurnalisti Iranjani ġew mhedda, arrestati u soġġetti għal proċeduri kriminali fuq akkużi foloz u l-libertà tal-espressjoni tagħhom ġiet ulterjorment imrażżna b’mod sinifikattiv. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
175. |
NOURI Yousef یوسف نوری |
Data tat-twelid: 1961 Post tat-twelid: Ilam, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Ministru għall-Edukazzjoni Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Edukazzjoni tal-Iran; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) |
Yousef Nouri ilu Ministru għall-Edukazzjoni tal-Iran minn Novembru 2021. Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-edukazzjoni tal-istudenti Iranjani hija kontinwament allinjata mal-opinjonijiet tal-gvern u t-tagħlim tal-Ayatollah Chamenei. F’Settembru u Ottubru 2022, il-forzi tas-sigurtà dehru jarrestaw studenti tal-iskola Iranjani għal involviment allegat tagħhom fil-protesti kontra l-ħiġab. Bħala Ministru għall-Edukazzjoni, Nouri huwa responsabbli għad-detenzjoni ta’ studenti f’faċilitajiet korrettivi. Nouri kkonferma li xi studenti tal-iskola diġà kienu ġew arrestati. Qal li ntbagħtu f’“istituzzjoni psikoloġiċi” li jżommu lill-istudenti biex “jirriformaw u jedukawhom mill-ġdid” sabiex tiġi evitata l-imġiba “antisoċjali”. Żied jgħid li l-istudenti setgħu jmorru lura l-iskola biss wara li jiġu “riformati”. Minħabba li huwa responsabbli għad-detenzjoni arbitrarja tal-istudenti sabiex ireġġa’ lura l-opinjonijiet kontra l-gvern, Nouri jikser id-dritt bażiku tal-bniedem għall-edukazzjoni li din l-edukazzjoni għandha tiġi diretta għall-iżvilupp sħiħ tal-personalità tal-bniedem u għat-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
176. |
KARIMI Farzin فرزین کریمی مزلقان چای (magħruf ukoll bħala KARIMI MAZLGHANCHAY Farzin) |
Data tat-twelid: 7.12.1992 Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Numru tal-identità: 0440273961 Kariga: Membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin |
Farzin Karimi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS. Il-MOIS huwa involut sewwa fl-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ oppożizzjoni interni, il-monitoraġġ ta’ theddid domestiku u dissidenti espatrijati u l-arrest ta’ spiji u dissidenti allegati. Għalhekk Farzin Karimi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
177. |
MOSTAFAVI Seyed Mojtaba سید مجتبی مصطفوی (magħruf ukoll bħala MORTAZAVI, Mojtaba; MOSTAF, Mojtaba) |
Data tat-twelid: 2.4.1987 Post tat-twelid: Tehran, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Numru tal-identità nazzjonali: Nru. 0080467741 (Iran) Funzjoni: membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin |
Seyed Mojtaba Mostafavi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS. Il-MOIS huwa involut sewwa fl-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ oppożizzjoni interni, il-monitoraġġ ta’ theddid domestiku u dissidenti espatrijati u l-arrest ta’ spiji u dissidenti allegati. Għalhekk Seyed Mojtaba Mostafavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
178. |
ESMAELI Vali ولی اسماعیلی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament |
Vali Esmaeli huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament Iranjan. Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Esmaeli sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Esmaeli appoġġa l-qtil, id-detenzjoni, u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
179. |
NADERI Ahmad احمد نادری |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament tal-Iran |
Ahmad Naderi huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan. Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament (MP) li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Waqt li kien qed jaqra dikjarazzjoni tal-233 MP fis-seduta pubblika tal-Parlament fit-2 ta’ Ottubru 2022, huwa faħħar u appoġġa l-prestazzjoni tal-forzi tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi fis-soppressjoni tal-manifestanti. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Naderi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
180. |
ELAHIAN Zohreh الهیان زهره |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: mara Kariga: Membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament tal-Iran |
Zohreh Elahian hija leġiżlatur u estremista, kif ukoll membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament Iranjan. Hija waħda mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Elahian appoġġat il-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022. Għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
181. |
FARAHANI Ahmad Amirabadi احمد امیرآبادی فراهانی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament Iranjan |
Amirabadi Farahani huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan. Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Farahani appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
182. |
DELKHOSH-ABATARI Seyyed Kazem سید کاظم دلخوش اباتری |
Post tat-twelid: Someh, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan |
Seyyed Kazem Delkhosh-Abatari huwa l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan. Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa għen fl-iżvilupp ta’ pjan għall-prosekuzzjoni ta’ ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-media li jippubblikaw aħbarijiet mhux konformi man-narrattiva uffiċjali tar-Repubblika Iżlamika. Ir-repressjoni tal-ġurnalisti fl-Iran ġiet intensifikata sa mill-ewwel jiem tal-protesti tal-2022 peress li s’issa ġew arrestati kważi 70 ġurnalist. Bħala l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan, Delkhosh-Abatari kien involut fis-soppressjoni tal-media u l-ġurnalisti mindu faqqgħu l-protesti madwar l-Iran fl-2022. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
183. |
JALALI Hossein حسین جلالی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Membru tal-Parlament |
Hossein Jalali huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-Parlament Iranjan. Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw ittra li tfaħħar lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u tħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa personalment ikkonferma l-eżistenza tal-ittra rispettiva u tenna mill-ġdid ir-rikjesti li hemm fiha. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Jalali personalment appella għall-eżekuzzjoni tal-manifestanti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
184. |
MOUSAVI Seyyed Nezamoldin سید نظام الدین موسوی (magħruf ukoll bħala MOUSAVI Nezam) |
Post tat-twelid: Khorramabad, Iran Sess: raġel Kariga: Kelliem tal-bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan |
Seyyed Nezamoldin Mousavi huwa l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan. Matul il-protesti tal-2022/2023, kellu laqgħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-leġiżlaturi bil-għan li titħaffef l-eżekuzzjoni tal-pieni mogħtija lill-manifestanti arrestati. Bħala l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan, Mousavi ħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tħaffef l-eżekuzzjonijiet tal-pieni mogħtija lill-manifestanti, u b’hekk kiser id-dritt ta’ proċess ġust tagħhom u għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Mousavi huwa wkoll wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Mousavi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura ta’ persuni matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
185. |
NESARI Habibollah Jan حبیب الله جان نثاری |
Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: viċi kmandant tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) |
Habibollah Jan Nesari huwa attwalment il-viċi tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) elenkati mill-UE. Bejn l-2016 u t-30 ta’ Diċembru 2019, huwa serva bħala viċi kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-LEF. Fil-kapaċità tiegħu ta’ viċi kmandant, huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-forzi fl-użu ta’ armi letali u mhux letali matul il-protesti fil-pajjiż kollu f’Novembru 2019, li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ manifestanti. Huwa nstab ħati ta’ delitti kontra l-umanità mit-Tribunal Internazzjonali tal-Poplu dwar l-Atroċitajiet tal-Iran għar-rwol tiegħu fir-repressjoni tal-manifestanti fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant. Bħala parti mill-forzi tas-sigurtà, il-forzi tal-pulizija nstabu li fasslu u implimentaw pjan biex iwettqu delitti kontra l-umanità kif ukoll qtil, priġunerija, għajbien furzat, tortura u vjolenza sesswali sabiex irażżnu l-protesti u jaħbu d-delitti mwettqa matul il-protesti f’Novembru 2019. Bħala viċi kmandant, Nesari huwa personalment responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mil-LEF. Il-LEF, li attwalment hu qed iħarreġ, huma parti mir-repressjoni vjolenta kontra l-manifestanti matul il-protesti li qamu f’Settembru 2022, inkluż permezz tal-użu letali ta’ forza kontra manifestanti Iranjani. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
186. |
BABAEI Hassan حسن بابایی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet. |
Hassan Babaei huwa l-Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet u uffiċjal għoli fil-ġudikatura Iranjana.. F’din il-kariga, Hassan Babaei huwa responsabbli għal bosta każijiet ta’ ksur tad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023 fl-Iran. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
187. |
GHANNAD Qazi قاض قناد (magħruf ukoll bħala QANAD Qazi) |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja |
Qazi Ghannad huwa prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja. Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kiser id-dritt ta’ proċess ġust u kkundanna manifestanti għall-mewt li mbagħad inqatlu mir-reġim Iranjan. Bħala prosekutur, hu ta l-piena tal-mewt fil-kawża ta’ Majid Rahnavard fl-2022. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
188. |
MANSOURI Seyed Hadi منصوری هادی سید |
Post tat-twelid: Mashhad, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad |
Seyed Hadi Mansouri ilu mħallef u kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sa minn Diċembru 2017. Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fil-kampanja ta’ pieni tal-mewt li ngħataw kontra manifestanti, u b’hekk kiser ukoll id-dritt tagħhom ta’ proċess ġust. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
189. |
HOSSEINI Hojjat al-Eslam Hossein حسینی الاسلام حسین حجت |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Kap tal-Ġudikatura għall-provinċja tal-Kurdistan |
Hojjat al-Eslam Hossein Hosseini huwa l-Kap tal-Ġudikatura fir-reġjun tal-Kurdistan. Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-repressjoni ta’ manifestanti paċifiċi. Huwa kompliċi fl-implimentazzjoni ta’ dak il-ksur, inkluż it-tortura, it-trattament krudili u inuman u degradanti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
190. |
JABARI Mohammad محمد جباری |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Prosekutur tal-provinċja tal-Kurdistan |
Mohammad Jabari huwa l-prosekutur għall-provinċja tal-Kurdistan. F’din il-kariga, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem sa mill-protesti tal-2019, inkluż għall-pieni tal-mewt u r-repressjoni ta’ manifestanti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
191. |
MOSTAFAVINIA Hojjat al-Eslam Ali نیا مصطفوی علی الاسلام هجت (magħruf ukoll bħala MOSTAFAVI (Hojjatoleslam) Ali) |
Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: reliġjuż; Prosekutur Ġenerali tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan Indirizz: Zahedan |
Hojjat-al-Eslam Ali Mostafavinia huwa reliġjuż u l-Kap Prosekutur għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Preċedentement huwa serva bħala prosekutur f’Sistan u Baluchestan, kif ukoll fin-Nofsinhar ta’ Khorasan. Fil-kapaċità tiegħu, hu kien responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ manifestanti li ġew arrestati b’mod arbitrarju matul il-protesti f’Zahedan, li seħħew f’Ottubru 2022 u ġew repressi fid-demm mill-forzi tal-pulizija u wasslu għal imwiet u korrimenti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
192. |
SHAMSABAD Mehdi آباد شمس مهدی (magħruf ukoll bħala SHAMSABAD Mahdi) |
Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Prosekutur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan |
Mehdi Shamsabad huwa l-prosekutur ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022/2023, inkluż pieni tal-mewt u r-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, u l-għoti ta’ pieni degradanti inkluż il-piena tal-mewt permezz ta’ swat bil-frosta. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
193. |
HARIKANDI Hossein Fazeli هریکندی فاضلی حسین |
Post tat-twelid: Babol, Mazandaran province Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz |
Hossein Fazeli Harikandi huwa l-prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz. F’din il-kariga, huwa responsabbli għall-kundanna ta’ diversi mijiet ta’ dimostranti għad-delitt ta’ “korruzzjoni fid-dinja” matul il-protesti tal-2022/2023, li qegħdithom f’riskju tal-piena tal-mewt. Huwa kkorrobora wkoll it-teżi tal-gvern tal-mewt tas-Sa Sarina Ismailzadeh fl-2022. Hija mietet minħabba vjolenza tal-pulizija. Madankollu, l-istat ħareġ dikjarazzjoni li tgħid li hi kkommettiet suwiċidju u għalhekk ma mititx minħabba r-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet fil-provinċja ta’ Alborz. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
194. |
MADADI Hassan حسن مددی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz |
Hassan Madadi ilu aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz sa mill-inqas l-2020. F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dak taċ-ċaħda għad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
195. |
TAGHANAKI Soghra Khodadadi صغری خدادادی |
Data tat-twelid: 27.3.1971 Nazzjonalità: Iranjana Sess: mara Kariga: Direttur tal-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak Numru tal-passaport: B50799950 (Iran) (individwali) Indirizz: Varamin, Tehran, Iran |
Soghra Khodadadi Taghanaki hija d-direttur/gwardjana fil-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak. Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, nuqqas ta’ ikel, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri, tortura, attentati vjolenti għall-pudur u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Il-ħabs ta’ Qarchak huwa wieħed mill-postijiet prinċipali fejn qed jinżammu n-nisa arrestati matul il-protesti paċifiċi tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran. Għalhekk Soghra Khodadadi Taghanaki ġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
196. |
PASANDIDEH Heidar حیدر پسندیده |
Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: gwardjan tal-ħabs ta’ Sanandaj |
Heidar Pasandideh ilu l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan fl-Iran sa mill-2020. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-priġunieri nqatlu b’mod arbitrarju fil-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj. Bħala gwardjan, hu ssorvelja u għalhekk iġorr responsabbiltà għad-detenzjoni u t-tortura tal-priġunieri arrestati matul il-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Għalhekk huwa jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
197. |
PIRI Morteza مرتضی پیری |
Data tat-twelid: 5.7.1977 Post tat-twelid: Zabol, Sistan and Baluchestan province, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan Numru tal-identità: 4072307122 Indirizz: Zahedan, Iran |
Morteza Piri huwa l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sisan u Baluchestan. Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ħabs ta’ Zahedan wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran. Fil-kapaċità tiegħu, huwa involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran. Għalhekk Mortez Piri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
198. |
AZIZI Allah-Karam اللهکرم عزیزی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: kap tal-Ħabs ta’ Rajai Shahr Indirizz: Moazzen Blvd, Gohardasht, Karaj City, Alborz Province, Iran Entitajiet assoċjati: Ħabs ta’ Rajai Shahr |
Allah-Karam Azizi huwa l-kap tal-ħabs elenkat mill-UE ta’ Rajaee Shahr (magħruf ukoll bħala il-Ħabs ta’ Rajai Shahr, Rajaishahr, Raja’i Shahr, Reja’i Shahr, Rajayi Shahr, il-Ħabs ta’ Gorhardasht, il-Ħabs ta’ Gohar Dasht) fl-Iran. Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, kif ukoll it-trattament ħażin u t-tortura tal-priġunieri. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
199. |
KHOSRAVI Mohammad Hossein محمد حسین خسروی |
Data tat-twelid: 23.9.1974 Post tat-twelid: Birjand, South Khorasan province, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Eks Gwardja tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan Numru tal-identità: 0653027761 Indirizz: Sistan and Baluchestan Province, Iran |
Bħala Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Mohammad Hossein Khosravi jissorvelja l-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Il-ħabsijiet fil-provinċja, inkluż il-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan, huma magħrufa għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-ħabs ta’ Zahedan waħdu wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran u kien involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran. Għalhekk Mohammad Hossein Khosravi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
200. |
CHEHARMAHALI Ali علی چهارمحالی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: direttur ġenerali tal-ħabsijiet ta’ Alborz Indirizz: Alvand Building, Below Mader Square, Karaj, Mehravila, Iran |
Ali Cheharmahali huwa d-direttur ġenerali tal-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Alborz u eks Direttur tal-Ħabs ta’ Evin elenkat mill-UE. Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż it-tortura jew it-trattament krudili, inuman jew degradanti matul il-protesti tal-2022/2023. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
201. |
FADAVI Ali علی فدوی |
Data tat-twelid: 1961 Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) |
Ali Fadavi huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fir-rwol tiegħu, Fadavi qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC. Għalhekk, Ali Fadavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
202. |
SHARIF Ramezan شریف رمظان |
Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) |
Ramezan Sharif huwa kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fir-rwol tiegħu, Sharif qed jostor u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC. Għalhekk, Ramezan Sharif iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
203. |
JOMEIRI Fathollah فتح الله جمیری |
Post tat-twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Unità tas-Sigurtà tal-IRGC |
Fathollah Jomeiri huwa l-kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), magħrufa wkoll bħala l-Unità tas-Sigurtà tal-IRGC. Din l-unità hija responsabbli għall-protezzjoni tal-infrastruttura vitali u żoni ewlenin tal-pajjiż, individwi importanti, bħall-VIPs tar-reġim, iżda fuq kollox għall-protezzjoni tar-reġim. L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fir-rwol tiegħu, Jomeiri qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC. Għalhekk, Fathollah Jomeiri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
204. |
KAAMFAR Behdad کامفر بهداد |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj |
Behdad Kaamfar huwa prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj li jressaq kawżi fil-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj. F’dik il-kariga, huwa responsabbli għall-eżerċizzju tar-repressjoni tal-manifestanti permezz ta’ pieni severi, inkluż il-piena tal-mewt. L-awtoritajiet ġudizzjarji Iranjani b’mod partikolari jużaw l-akkuża kriminali ta’ “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla” li tippermetti l-piena tal-mewt għall-oppożizzjoni kontra l-organi tal-istat u li spiss tintuża għar-repressjoni kontra l-manifestanti. B’mod partikolari, Kaamfar irrappreżenta l-prosekuzzjoni f’kawża f’Novembru/Diċembru 2022, li fiha għadd ta’ manifestanti milli jidher ġew ikkundannati minħabba attakki kontra l-Basij. F’dak il-proċess, Kaamfar mexxa l-prosekuzzjoni għal għadd ta’ pieni tal-mewt għal “Muharebeh”, b’mod partikolari kontra Mohammad Mehdi Karimi, Amid Mehdi Shokrollahi, Reza Aria Farzaneh Gharehassanlou, Hamid Gharehassanlou, Ali Moazzami Goudarzi u Hossein Mehdi Mohammadi. Billi mexxa dawn il-prosekuzzjonijiet u għamel użu minn tali reati kriminali li huma kontra l-prinċipji tal-ġustizzja, u b’hekk ikkawża l-mewt ta’ individwi li jopponu l-istat Iranjan, Behdad Kaamfar iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
205. |
FATHI Murad مراد فتحی |
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Kariga: Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent |
Murad Fathi ilu Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent sa mit-22 ta’ Novembru 2022. Preċedentement kellu l-istess pożizzjoni fil-provinċja ta’ Kordestan. Fil-ħabsijiet taħt il-kontroll tiegħu, twettqu każijiet ta’ tortura tal-priġunieri matul il-protesti tal-2022/2023, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tad-detenuti mit-tortura u/jew nuqqas ta’ kura tas-saħħa. Dawk detenuti u torturati jinkludu manifestanti arrestati f’dawk iż-żewġ provinċji. Bil-parteċipazzjoni fir-repressjoni tal-manifestanti u s-sorveljanza tat-tortura fil-faċilitajiet tal-ħabsijiet taħt il-kmand tiegħu, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tal-priġunieri, Murad Fathi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.” |
20.2.2023”; |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“32. |
Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) Cooperation Foundation بنیاد تعاون فراجا بنیاد تعاون ناجا (magħruf ukoll bħala NAJA Cooperation Foundation) |
Indirizz: Marzdaran Blvd, Teheran, Tehran, Iran Tip ta’ entità: Fondazzjoni ta’ Kooperazzjoni assoċjata mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA) فرماندهی انتظامی جمهورى اسلامی ایران |
Il-Fondazzjoni Kooperattiva assoċjata mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) hija kooperattiva ekonomika kkontrollati mil-LEF (magħrufa ukoll bħala NAJA) elenkata mill-UE u hija attiva fl-enerġija, il-kostruzzjoni, is-servizzi, it-teknoloġija, u l-industriji bankarji tal-Iran. Il-Fondazzjoni ta’ Kooperazzjoni LEF hija fergħa importanti ta’ finanzjament tal-LEF, tikkonsisti de facto minn holding finanzjarja li tipprovdi u twassal fondi u hija użata għaċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni Kooperazzjoni bis-sussidjarji tagħha hija waħda mill-ftit fornituri esklużivament involuti fil-manifattura u l-importazzjoni ta’ tagħmir li jintuża għas-soppressjoni tal-protesti fl-Iran. Għalhekk il-Fondazzjoni Kooperattiva LEF tipprovdi riżorsi finanzjarji u tagħmir għar-repressjoni lil-LEF li tuża l-appoġġ biex twettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk il-Fondazzjoni Kooperattiva LEF iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
20.2.2023 |
33. |
Police Science and Social Studies Institute پژوهشگاه علوم انتظامی و مطالعات اجتماعی فراجا |
Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran Indirizz: QCC3+HPP District 3, Tehran, Tehran Province, Iran Tip ta’ entità: Istitut assoċjat mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika (LEF) Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA) |
L-Istitut tax-Xjenza u l-Istudji Soċjali tal-Pulizija, affiljat mal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA) elenkati mill-UE jipproduċi “droni kontra l-irvellijiet" li huma użati mill-forzi tal-infurzar tal-liġi fis-soppressjoni ta’ manifestanti paċifiċi. Barra minn hekk, l-istitut jippromwovi u jwettaq riċerka dwar l-użu ta’ droni għall-forzi tal-pulizija. L-Istitut tax-Xjenza u l-Istudji Soċjali tal-Pulizija huwa assoċjat mal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran u jipprovdi tagħmir li jintuża biex jitwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.” |
20.2.2023”. |