This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0315
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/315 of 25 October 2022 amending the regulatory technical standards laid down in Delegated Regulations (EU) 2015/2205, (EU) No 2016/592 and (EU) 2016/1178 as regards the date at which the clearing obligation takes effect for certain types of contracts (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/315 tal-25 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tad-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti tipi ta’ kuntratti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/315 tal-25 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tad-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti tipi ta’ kuntratti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/7175
ĠU L 43, 13.2.2023, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/315
tal-25 ta’ Ottubru 2022
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tad-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti tipi ta’ kuntratti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (2), (UE) 2016/592 (3) u (UE) 2016/1178 (4) jispeċifikaw, fost l-oħrajn, id-dati li fihom ikollu effett l-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet tad-derivattivi barra l-borża (over-the-counter, OTC) stabbiliti fl-Annessi ta’ dawn ir-Regolamenti Delegati. L-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dawn ir-Regolamenti Delegati fih id-dati differiti ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni. Dawn id-dati differiti tal-applikazzjoni kienu meħtieġa biex jiġi żgurat li tali kuntratti tad-derivattivi OTC ma jkunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar qabel l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(2) |
Sal-lum, l-ebda att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma ġie adottat b’rabta mal-obbligu tal-ikklerjar. L-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għall-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi li huma parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, mingħajr l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ikollha, impatt ekonomiċi detrimentali fuq il-kontropartijiet tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal kuntratti intragrupp tad-derivattivi OTC ma’ kontroparti ta’ pajjiż terz għandha tiġi differita ulterjorment. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 jiġu emendati skont dan. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA). |
(5) |
L-emendi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 huma aġġustamenti limitati tal-qafas regolatorju eżistenti. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-emendi u l-urġenza tal-kwistjoni, ikun sproporzjonat ħafna li -ESMA twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati. Madankollu, l-ESMA talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u kkonsultat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(6) |
Sabiex il-parteċipanti fis-suq jingħataw ċertezza legali malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205
Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) |
fit-30 ta’ Ġunju 2025, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta’ derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiż terz relevanti;”. |
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/592
Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) |
fit-30 ta’ Ġunju 2025, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta’ derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiż terz relevanti;”. |
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178
Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) |
fit-30 ta’ Ġunju 2025, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta’ derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiż terz relevanti;”. |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-25 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta’ Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).