EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0251

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/251 tal-4 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

C/2023/938

OJ L 32I , 4.2.2023, p. 4–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/251/oj

4.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 32/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/251

tal-4 ta’ Frar 2023

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, b’mod partikolari l-Artikolu 7a,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1909 (3) introduċiet eżenzjoni mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u mill-projbizzjoni tal-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mat-trasport marittimu lil pajjiżi terzi ta’ żejt grezz jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw jew li jiġu esportati mir-Russja, mixtrija bil-limitu massimu tal-prezz stabbilit minn qabel jew taħtu, miftiehem mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet. Jenħtieġ li din l-eżenzjoni timmitiga l-konsegwenzi negattivi fuq il-provvista tal-enerġija lil pajjiżi terzi u tnaqqas iż-żieda fil-prezzijiet xprunata minn kundizzjonijiet straordinarji tas-suq, filwaqt li tillimita d-dħul Russu miż-żejt.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2369 (4) introduċiet il-limitu massimu tal-prezz fl-Anness XI tagħha, jiġifieri l-prezz għal kull barmil li fih jew li taħtu ż-żejt grezz mir-Russja jkun eżentat mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u l-projbizzjoni li tingħata assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mat-trasport marittimu lejn pajjiżi terzi.

(5)

Fl-4 ta’ Frar 2023, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/252 (5) emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK biex tintroduċi żewġ limiti addizzjonali fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum fl-Anness XI tagħha, wieħed għall-prodotti tal-petroleum innegozjati bi skont għaż-żejt grezz (“skont għall-prodotti taż-żejt grezz”) u l-ieħor għall-prodotti tal-petroleum innegozjati bi primjum għaż-żejt grezz (“primjum għaż-żejt grezz”), jiġifieri l-prezz għal kull barmil li fih jew li taħtu l-prodotti tal-petroleum mir-Russja jkunu eżentati mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u l-projbizzjoni li tingħata assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mat-trasport marittimu lejn pajjiżi terzi.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXVIII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XXVIII għar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1909 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 259 I, 6.10.2022, p. 122).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2369 tat-3 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 311 I, 3.12.2022, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/252 tal-4 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 32 I, 4.2.2023, p. 11).


ANNESS

L-Anness XXVIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-test li ġej jitħassar:

“[it-tabella bil-kodiċijiet tan-NM tal-prodotti u l-prezzijiet korrispondenti kif miftiehem mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet]”

(2)

is-sottotitolu li ġej jiżdied mat-tabella:

Prezz taż-żejt grezz”

(3)

jiżdiedu s-sottotitolu u t-tabella li ġejjin:

Prezzijiet għall-prodotti tal-petroleum

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Primjum għaż-żejt grezz/

Skont għaż-żejt grezz

Prezz għal kull barmil (USD)

Data ta’ applikazzjoni

 

Żjut tal-petroleum u żjut miksubin minn minerali bituminużi (ħlief dawk grezzi) u preparati li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, li fihom skont il-piż 70  % jew aktar ta’ żjut tal-petroleum jew żjut miksubin mill-minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparati, għajr dawk li jkun fihom il-bijodiżil u għajr iż-żjut ta’ skart

 

2710 12

Żjut u l-preparati ħfief

2710 12 11

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 12 15

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess għajr dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 12 11

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Għal finijiet oħrajn

Spirti speċjali

 

2710 12 21

Spirtu abjad

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 12 25

Oħrajn

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Oħrajn

Petrol tal-magni

 

2710 12 31

Petrol tal-avjazzjoni

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Oħrajn, b’kontenut ta’ ċomb

Li ma jaqbiżx iż-0,013  g kull litru

 

2710 12 41

B’indiċi tal-ottan (RON) ta’ anqas minn 95

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 12 45

B’indiċi tal-ottan (RON) ta’ 95 jew ogħla iżda anqas minn 98

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 12 49

B’indiċi tal-ottan (RON) ta’ 98 jew ogħla

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 12 50

Li jaqbeż iż-0,013  g għal kull litru

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 12 70

Fjuwil tal-ġettijiet ta’ tip bħal spirtu

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 12 90

Żjut ħfief oħrajn

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19

Oħrajn

 

 

Żjut medji

2710 19 11

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 15

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess għajr dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 11

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Għal finijiet oħrajn

Kerosin

 

2710 19 21

Fjuwil tal-ġettijiet

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 25

Oħrajn

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 29

Oħrajn

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Żjut tqal

Żjut tal-gass

 

2710 19 31

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 35

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess għajr dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 31

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Għal finijiet oħrajn

 

2710 19 43

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,001  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 46

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,001  % skont il-piż iżda li ma jaqbiżx iż-0,002  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 47

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,002  % skont il-piż iżda li ma jaqbiżx iż-0,1  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 48

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,1  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Żjut kombustibbli

 

2710 19 51

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 55

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess għajr dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 51

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Għal finijiet oħrajn

 

2710 19 62

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,1  % skont il-piż

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 66

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,1  % skont il-piż iżda ma jaqbiżx iż-0,5  % skont il-piż

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 67

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,5  % skont il-piż

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Żjut lubrifikanti; żjut oħrajn

 

2710 19 71

Biex jgħaddu minn proċess speċifiku

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 75

Biex jgħaddu minn trasformazzjoni kimika bi proċess għajr dawk speċifikati fir-rigward tas-subintestatura 2710 19 71

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Għal finijiet oħrajn

 

2710 19 81

Żjut tal-muturi, iż-żjut lubrifikanti għall-kompressuri, iż-żjut lubrifikanti għat-turbini

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 83

Żjut idrawliċi

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 85

Żjut bojod, il-parafina likwida

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 87

Żjut tal-gerijiet u ż-żjut tar-ridutturi

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 91

Komposti tax-xogħol tal-ħadid, iż-żjut għall-qligħ mill-forom, iż-żjut kontra l-korrużjoni

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 93

Żjut għall-iżolazzjoni elettrika

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 19 99

Żjut lubrikanti oħrajn u żjut oħrajn

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 20

Żjut tal-petroleum u żjut miksubin mill-minerali bituminużi (għajr dawk grezzi) u preparati li mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, li fihom 70  % jew aktar skont il-piż żjut tal-petroleum jew żjut miksubin mill-minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparati, li jkun fihom il-bijodiżil, għajr iż-żjut ta’ skart

 

 

Żjut tal-gass

2710 20 11

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,001  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 20 16

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,001  % skont il-piż iżda ma jaqbiżx iż-0,1  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 20 19

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,1  % skont il-piż

Primjum għaż-żejt grezz

100

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Żjut kombustibbli

 

2710 20 32

B’kontenut ta’ kubrit li ma jaqbiżx iż-0,5  % skont il-piż

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 20 38

B’kontenut ta’ kubrit li jaqbeż iż-0,5  % skont il-piż

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 20 90

Żjut oħrajn

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

 

Żjut ta’ skart

 

2710 91

Li fihom bifenili poliklorinati (PCBs), it-terfenili poliklorinati (PCTs) jew il-bifenili polibrominati (PBBs)

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.

2710 99

Oħrajn

Skont għaż-żejt grezz

45

fil-5 ta’ Frar 2023.”


Top