This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0006
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/6 of 3 January 2023 authorising the placing on the market of pea and rice protein fermented by Lentinula edodes (Shiitake mushroom) mycelia as a novel food and amending Implementing Regulation (EU) 2017/2470 (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/6 tat-3 ta’ Jannar 2023 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/6 tat-3 ta’ Jannar 2023 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/2
ĠU L 2, 4.1.2023, p. 16–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/6
tat-3 ta’ Jannar 2023
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid. |
(3) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2019, il-kumpanija MycoTechnology, Inc. (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati jintużaw fil-prodotti tal-forn, fil-ħobż, fil-bziezen, fil-croutons, fil-pizez, fiċ-ċereali tal-kolazzjon, fil-bars taċ-ċereali, fix-xarbiet ibbażati fuq il-frott u l-ħaxix, fit-trab tax-xorb lest biex jitħallat, fil-ħelu tal-kawkaw u taċ-ċikkulata, fl-analogi tal-prodotti tal-ħalib u fis-sostituti tal-ikliet mingħajr prodotti tal-ħalib għall-kontroll tal-piż, fil-prodotti b’bażi ta’ ħalib iffermentat, fil-prodotti b’bażi ta’ għaġin, fil-preparazzjonijiet tal-laħam u fil-prodotti tal-laħam, fis-sopop (lesti biex jittieklu) u fil-konċentrati jew it-trabijiet tas-sopop, fl-insalati, fl-analogi tal-laħam, fix-xarbiet ibbażati fuq il-ħalib, u fis-sostituti ta’ ikla sħiħa għall-kontroll tal-piż, maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali. |
(4) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2019, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ studji xjentifiċi u data proprjetarji ppreżentati b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni (3) u l-analiżijiet tal-kompożizzjoni tal-ikel ġdid (4). |
(5) |
Fit-22 ta’ April 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tal-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) bħala ikel ġdid. |
(6) |
Fit-28 ta’ Frar 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of pea and rice protein fermented by Shiitake (Lentinula edodes) mycelia as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (5) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(7) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) huma sikuri fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati, meta jintużaw fil-prodotti tal-forn, fil-ħobż, fil-bziezen, fil-croutons, fil-pizez, fiċ-ċereali tal-kolazzjon, fil-bars taċ-ċereali, fix-xarbiet ibbażati fuq il-frott u l-ħaxix, fit-trab tax-xorb lest biex jitħallat, fil-ħelu tal-kawkaw u taċ-ċikkulata, fl-analogi tal-prodotti tal-ħalib u fis-sostituti tal-ikliet mingħajr prodotti tal-ħalib għall-kontroll tal-piż, fil-prodotti b’bażi ta’ ħalib iffermentat, fil-prodotti b’bażi ta’ għaġin, fil-preparazzjonijiet tal-laħam u fil-prodotti tal-laħam, fis-sopop (lesti biex jittieklu) u fil-konċentrati jew it-trabijiet tas-sopop, fl-insalati, fl-analogi tal-laħam, fix-xarbiet ibbażati fuq il-ħalib, u fis-sostituti ta’ ikla sħiħa għall-kontroll tal-piż, maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tagħhom fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(8) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnotat ukoll li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq l-istudji xjentifiċi u fuq id-data mid-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni u mill-analiżijiet tal-kompożizzjoni tal-ikel ġdid, li jinsabu fil-fajl tal-applikant, u li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha. |
(9) |
Il-Kummissjoni talbet lill-applikant jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji xjentifiċi u d-data u biex jiċċara t-talba tiegħu li jkollu d-dritt esklużiv ta’ referenza għalihom f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(10) |
L-applikant iddikjara li kellu drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għall-istudji xjentifiċi u għad-data dwar id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni u l-analiżijiet tal-kompożizzjoni tal-ikel ġdid fiż-żmien li ppreżenta l-applikazzjoni u li l-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu b’mod legali għal dik id-data. |
(11) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u qieset li kien issostanzja biżżejjed l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, l-istudji xjentifiċi u d-data dwar id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni u l-analiżijiet tal-kompożizzjoni tal-ikel ġdid jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed il-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes fis-suq fl-Unjoni matul perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(12) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ikel ġdid u tar-referenza għall-istudji xjentifiċi u għad-data fil-fajl tal-applikant għall-użu tiegħu, biss ma twaqqafx lil applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni. |
(13) |
Għalhekk jixraq li l-inklużjoni tal-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(14) |
Il-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes jenħtieġ li jiġu inklużu fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Il-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) huma awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni.
Il-proteini tal-piżelli u tar-ross iffermentati bil-miċeli tal-Lentinula edodes (faqqiegħ Shiitake) għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
(2) L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kumpanija MycoTechnology, Inc (6). biss hija awtorizzata li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ikel il-ġdid imsemmi fl-Artikolu 1, għal perjodu ta’ ħames snin mill-24 ta’ Jannar 2023, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi qbil ma’ MycoTechnology, Inc.
Artikolu 3
Id-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikanti sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr qbil ma’ MycoTechnology, Inc..
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) MycoTechnology, Inc. (2020, mhux ippubblikat).
(4) MycoTechnology, Inc. (2020 u 2021, mhux ippubblikat).
(5) EFSA Journal 2022;20(4):7205.
(6) Indirizz: 18250 E. 40th Avenue, Suite 50, Aurora, 80011 Colorado, l-Istati Uniti.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:
|