This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023L2864
Directive (EU) 2023/2864 of the European Parliament and of the Council of 13 December 2023 amending certain Directives as regards the establishment and functioning of the European single access point (Text with EEA relevance)
Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

PE/43/2023/REV/1
ĠU L, 2023/2864, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2864/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2864 |
20.12.2023 |
DIRETTIVA (UE) 2023/2864 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2023
li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 53, 62 u 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-aċċess faċli u strutturat għad-data, inkluż għall-informazzjoni pprovduta fuq bażi volontarja, huwa importanti biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ekonomija u fis-soċjetà jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet sodi li jservu l-funzjonament effiċjenti tas-suq. Tali aċċess huwa meħtieġ ukoll sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għat-tkabbir u l-viżibbiltà tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-innovazzjoni min-naħa tagħhom. L-introduzzjoni ta’ spazji komuni Ewropej tad-data f’setturi kruċjali, inkluż is-settur finanzjarju, isservi l-iskop li jiġi pprovdut aċċess faċli għal sorsi affidabbli ta’ informazzjoni f’dawk is-setturi. Is-settur finanzjarju fih innifsu huwa mistenni li jgħaddi minn trasformazzjoni diġitali fis-snin li ġejjin, u jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġja dik it-trasformazzjoni, b’mod partikolari billi tippromwovi finanzi xprunati mid-data. Barra minn hekk, it-tqegħid tal-finanzi sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja huwa mezz ewlieni sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni. Sabiex dik it-tranżizzjoni ekoloġika tirnexxi, huwa essenzjali li l-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà u l-governanza soċjali tan-negozji tkun faċilment aċċessibbli għall-investituri, sabiex ikunu informati aħjar meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investimenti. Għal dawk il-finijiet, jeħtieġ li jittejjeb l-aċċess pubbliku għal informazzjoni finanzjarja, mhux finanzjarja u dik relatata mal-ambjent, mas-soċjetà u mal-governanza dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi (“entitajiet”) li huma stess huma meħtieġa li jippubblikaw tali informazzjoni, jew li jiżvelaw pubblikament tali informazzjoni lil korp tal-ġbir fuq bażi volontarja. Mezz effiċjenti biex dan isir fil-livell tal-Unjoni huwa li tiġi stabbilita pjattaforma ċentralizzata li tagħti aċċess elettroniku għall-informazzjoni rilevanti kollha. |
(2) |
Fil-kommunikazzjoni tagħha tal-24 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta’ azzjoni ġdid”, il-Kummissjoni pproponiet li ttejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja tal-entitajiet billi tibni punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Strateġija għall-finanzi diġitali għall-UE” stabbiliet f’termini ġenerali dwar kif l-Unjoni tista’ tippromwovi t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi fis-snin li ġejjin, u b’mod partikolari kif tippromwovi finanzi xprunati mid-data. Sussegwentement, fil-kommunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ Lulju 2021 bit-titolu “Strateġija għall-Finanzjament tat-tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli”, il-Kummissjoni poġġiet il-finanzi sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja, bħala mezz ewlieni sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew stabbilit fil-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019. |
(3) |
L-ESAP huwa stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sabiex jipprovdi lill-pubbliku aċċess ċentralizzat faċli għall-informazzjoni fir-rigward ta’ entitajiet u l-prodotti tagħhom li jkun ta’ relevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà, u li l-entitajiet u l-awtoritajiet huma meħtieġa jippubblikaw skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni f’dawk l-oqsma. Tali pubblikazzjoni jenħtieġ li titwettaq f’konformità mal-prinċipju li fajl jiġi ppreżentat darba u mingħajr ma jiżdied l-ebda rekwiżit ta’ divulgazzjoni addizzjonali minbarra dawk speċifikati mil-liġi. Barra minn hekk, jenħtieġ li kwalunkwe entità irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru tkun tista’ tissottometti lil korp ta’ ġbir, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi tagħha li tkun rilevanti għas-servizzi finanzjarji jew għas-swieq kapitali, jew li tikkonċerna s-sostenibbiltà, bil-għan li dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2859. |
(4) |
Għadd ta’ Direttivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jippermettu l-funzjonament tal-ESAP. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb u effiċjenti tal-ESAP b’mod proporzjonat, iż-żieda fil-ġbir u s-sottomissjoni tal-informazzjoni jeħtieġ li tkun gradwali. Huwa maħsub li r-rekwiżit li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-ESAP jikkostitwixxi parti integrali mill-atti leġiżlattivi settorjali tal-Unjoni elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2023/2859 u minn kwalunkwe att leġiżlattiv ulterjuri tal-Unjoni li jipprevedi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni dwar l-ESAP. L-informazzjoni li għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP u l-korpi tal-ġbir iddeżinjati għall-ġbir ta’ dik l-informazzjoni tista’ tiġi riveduta bħala parti mir-rieżami ta’ dawk l-atti leġiżlattivi settorjali tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li l-ESAP jipprovdi lill-parteċipanti fis-suq aċċess ċentralizzat faċli għall-informazzjoni li jeħtieġu u li l-ESAP isir il-punt ta’ referenza. |
(5) |
Jenħtieġ li l-ESAP jiġi stabbilit b’perjodu ta’ żmien ambizzjuż, filwaqt li jittieħdu passi intermedji biex jiġu żgurati s-solidità u l-effiċjenza operazzjonali tiegħu. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi allokat biżżejjed żmien għall-implimentazzjoni teknika tal-ESAP u għall-ġbir ta’ informazzjoni li għandu jiġi stabbilit fl-Istati Membri. L-iżvilupp tal-ESAP jenħtieġ li jkollu fażi inizjali ta’ 12-il xahar, biex jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biex tistabbilixxi l-infrastruttura tal-IT u tittestjaha abbażi tal-ġbir ta’ għadd limitat ta’ flussi ta’ informazzjoni. Sussegwentement, l-iżvilupp tal-ESAP jenħtieġ li jinkorpora gradwalment, maż-żmien, għadd addizzjonali ta’ flussi ta’ informazzjoni u funzjonalitajiet b’pass li jippermetti l-iżvilupp sod u effiċjenti tal-ESAP. Il-funzjonament tal-ESAP jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi regolari matul l-implimentazzjoni u t-tħaddim tiegħu biex ikun jista’ jsir kwalunkwe aġġustament biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti tiegħu u biex tiġi żgurata l-effiċjenza teknika tiegħu. |
(6) |
Għall-finijiet tal-funzjonament tal-ESAP, jenħtieġ li jiġu deżinjati korpi tal-ġbir biex jiġbru l-informazzjoni minn entitajiet li tkun ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà mingħand l-entitajiet. Fin-nuqqas ta’ korp tal-ġbir diġà stabbilit skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu l-flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-ġbir ta’ informazzjoni fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiddeżinjaw mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed, kif definit fir-Regolament (UE) 2023/2859, biex jiġbor u jaħżen l-informazzjoni, u jenħtieġ li jinnotifikaw lill-ESMA b’dan. Għall-iskop li l-informazzjoni ssir aċċessibbli dwar l-ESAP b’mod kosteffiċjenti, il-ġbir, it-trażmissjoni u l-ħżin tal-informazzjoni jenħtieġ li jkunu bbażati, sa fejn ikun possibbli, fuq il-proċeduri u l-infrastruttura eżistenti ta’ ġbir, trażmissjoni u ħżin fis-seħħ fil-livell nazzjonali kif ukoll dawk fis-seħħ għat-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-korpi tal-ġbir lill-ESMA. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ESAP jipprovdi aċċess f’waqtu għal informazzjoni li tkun ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2023/2859, l-entitajiet jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni tagħhom lil korp tal-ġbir fl-istess ħin li jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika. Min-naħa tagħhom, il-korpi tal-ġbir jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ESAP b’mod awtomatizzat. Jenħtieġ li l-korpi tal-ġbir jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq il-proċeduri u l-infrastruttura eżistenti ta’ ġbir ta’ informazzjoni, fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-ESMA mingħajr dewmien żejjed. |
(8) |
Sabiex l-informazzjoni dwar l-ESAP tkun tista’ tintuża b’mod diġitali, jenħtieġ li l-entitajiet jissottomettu l-informazzjoni lill-korpi tal-ġbir f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data jew, fejn meħtieġ mal-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni. Jenħtieġ li l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet lill-korpi tal-ġbir tkun akkumpanjata mill-metadata mitluba minn dawk il-korpi tal-ġbir. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew mill-ESMA (kollettivament magħrufa bħala “Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ESAs”), li jispeċifikaw il-metadata għal kull biċċa informazzjoni, kif id-data fl-informazzjoni għandha tiġi strutturata, l-informazzjoni li għaliha huwa meħtieġ il-format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża f’tali każijiet. Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, filwaqt li jaġixxu permezz tal-Kumitat Konġunt, jenħtieġ li jikkollegaw mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) dwar l-iżvilupp ta’ dak l-abbozz ta’ standards. L-introduzzjoni ta’ format li jinqara mill-magni jenħtieġ li tkun ġustifikata b’analiżi li tqis il-kostijiet u l-benefiċċji għall-entitajiet u għall-utenti tal-informazzjoni, kif ukoll għal kwalunkwe parti kkonċernata oħra, b’mod partikolari l-korpi tal-ġbir, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESAs. |
(9) |
Jenħtieġ li l-korpi tal-ġbir ma jkunux responsabbli li jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kontenut tal-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet, sakemm ma jkunux ingħataw mandat biex jagħmlu dan f’konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni elenkati fl-Anness tar-Regolament 2023/2859. Jenħtieġ li l-entitajiet li jissottomettu l-informazzjoni fuq bażi obbligatorja jkunu responsabbli li jiżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni sottomessa skont l-obbligi legali tagħhom fl-ambitu tal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni elenkati fl-Anness jew skont il-liġi nazzjonali. |
(10) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u ta kummenti formali fid-19 ta’ Jannar 2022. |
(11) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew pprovda l-opinjoni tiegħu fis-7 ta’ Ġunju 2022 (8). |
(12) |
Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għall-informazzjoni pubblika li jenħtieġ li ssir aċċessibbli permezz tal-ESAP, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi li ġejjin jiġu emendati skont dan:
|
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emenda għad-Direttiva 2002/87/KE
Fid-Direttiva 2002/87/KE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 30b
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddivulgaw pubblikament kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet regolati jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) .
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet regolati jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
4. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
5. Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 2
Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE
Fid-Direttiva 2004/25/KE, jiddaħħal l-Artikolu ġej:
“Artikolu 16b
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (c), l-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 9(5) ta’ din id-Direttiva, il-kumpaniji jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu (1), il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kumpaniji jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korpi tal-ġbir kif definiti fl-Artikolu, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandhom ikunu l-awtorità kompetenti biex tissorvelja talba magħmula skont l-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
6. Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 2004/109/KE
Id-Direttiva 2004/109/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
jitħassar l-Artikolu 21a; |
(2) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 23a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew 1. Mill-10 ta’ Lulju 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddivulgaw l-informazzjoni regolata msemmija fl-Artikolu 21(1) ta’ din id-Direttiva, l-emittent jew il-persuna li tkun applikat għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat mingħajr il-kunsens tal-emittent għandha tissottometti fl-istess ħin l-informazzjoni regolata lill-korp tal-ġbir kif imsemmi fl-Artikolu għall-fini li tagħmilha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni regolata tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-emittenti jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika. 3. Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun il-mekkaniżmu ddeżinjat uffiċjalment skont l-Artikolu 21(2) ta’ din id-Direttiva. 4. Mill-10 ta’ Lulju 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(1) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
5. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni regolata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
Għall-finijiet tal-punt (b), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 6. Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta. (*3) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).”." |
Artikolu 4
Emendi għad-Direttiva 2006/43/KE
Fid-Direttiva 2006/43/KE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 20a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30c ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) . Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun ir-reġistru pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
Artikolu 5
Emenda għad-Direttiva 2007/36/KE
Fid-Direttiva 2007/36/KE, jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:
“ Kapitolu IIb
Punt ta’ Aċċess uniku Ewropew
Artikolu 14c
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Sal-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3g(1), l-Artikolu 3h(1) u (2), l-Artikolu 3j(1) u (2) l-Artikolu 9a(7), l-Artikolu 9b(5), l-Artikolu 9c(2) u (7), u l-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva, l-investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi, il-konsulenti delegati u l-kumpaniji jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-investituri istituzzjonali, lill-maniġers tal-assi, lill-konsulenti delegati u lill-kumpanija jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
5. Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 6
Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
Fid-Direttiva 2009/65/KE, il-Kapitolu IX, tiżdied it-taqsima li ġejja:
“IT-TAQSIMA 4
ACCESSIBBILTA TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PUNT TA’ ACCESS UNIKU EWROPEW
Artikolu 82a
1. Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikoli 68(1) u 78(1) ta’ din id-Direttiva, il-kumpaniji tal-maniġment u l-kumpaniji tal-investiment - jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP), stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS tikseb identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità nazzjonali kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 99b(1) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
6. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
7. Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 7
Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE
Fid-Direttiva 2009/138/KE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 304b
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikoli 51(1) u 256(1) ta’ din id-Direttiva, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25a ta’ din id-Direttiva għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-EIOPA. L-EIOPA għandha tieħu dik l-informazzjoni mill-informazzjoni notifikata mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 25a ta’ din id-Direttiva għall-istabbiliment tal-lista msemmija fl-Artikolu 25a ta’ din id-Direttiva.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 271(1) u 280(1) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
6. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-EIOPA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
7. Fejn meħtieġ, l-EIOPA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 8
Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
Fid-Direttiva 2011/61/UE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 69b
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu, ta’ din id-Direttiva għandha ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8). Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
Artikolu 9
Emenda għad-Direttiva 2013/34/UE
Fid-Direttiva 2013/34/UE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 33a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni, ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat, inkluż għaż-żewġ rapporti l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapport tal-awditjar, ir-rapport ta’ aċċertament, ir-rapporti dwar is-sostenibbiltàli jikkonċernaw impriżi ta’ pajjiżi terzi u l-opinjoni ta’ aċċertament relatata, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 40a(2), ir-raba’ subparagrafu, ta’ din id-Direttiva, ir-rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet, u r-rapport ikkonsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet imsemmi fl-Artikolu 30, l-Artikolu 40d u l-Artikolu 45 ta’ din id-Direttiva, l-impriżi msemmija fl-Artikoli 19a, 29a u 40a ta’ din id-Direttiva jissottomettu dawk id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jsiru aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Meta impriża tkun issottomettiet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil Mekkaniżmu Maħtur Uffiċjalment skont l-Artikolu 23a tad-Direttiva 2004/109/KE sabiex dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, dik l-impriża għandha titqies li ssodisfat l-obbligi tagħha skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li din l-informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti kollha dwar il-metadata stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-impriżi jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
4. Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
5. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
6. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 10
Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
Fid-Direttiva 2013/36/UE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 116a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 68(1) u (2) u l-Artikolu 131(12) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10). Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
Artikolu 11
Emenda għad-Direttiva 2014/59/UE
Fid-Direttiva 2014/59/UE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 128a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 45i(3) ta’ din id-Direttiva, l-entità rilevanti tissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP), stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 29(1) u 112(1) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 33a(8), 35(1), 83(4) u 112(1) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
6. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-EBA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak l-iskop.
L-EBA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
7. Fejn meħtieġ, l-EBA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 12
Emenda għad-Direttiva 2014/65/UE
Fid-Direttiva 2014/65/UE, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 87a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(3) u (6), l-Artikolu 33(3), il-punti (c), (d), u (f), u l-Artikolu 46(2) ta’ din id-Direttiva, id-ditti ta’ investiment, l-operaturi tas-suq jew l-emittenti jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment, l-operaturi tas-suq jew l-emittenti jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(3) u (6) u l-Artikolu 33(3), il-punti (c), (d), u (f), ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(2) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikoli 52(2) u 71(1) u (2) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 18(10) u l-Artikolu 58(1), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
6. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(3) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun ir-reġistru pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
7. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’każijiet bħal dawn, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
8. Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 13
Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/97
Fid-Direttiva (UE) 2016/97, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 40a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) u (2) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolamemt (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13). Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
Artikolu 14
Emenda għad-Direttiva (UE) 2016/2341
Fid-Direttiva (UE) 2016/2341, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 63a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(2), l-Artikolu 29 u l-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva, l-IORPs jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-IORPs jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 48(4) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-EIOPA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
6. Fejn meħtieġ, l-EIOPA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 15
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/2034
Fid-Direttiva (UE) 2019/2034, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 44a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 44 ta’ din id-Direttiva, id-ditti tal-investiment jew l-impriżi omm jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment u l-impriżi omm jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-EBA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.
L-EBA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
6. Fejn meħtieġ, l-EBA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 16
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/2162
Fid-Direttiva (UE) 2019/2162, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 26a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom il-permess joħorġu bonds koperti, jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom permess joħorġu bonds koperti jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3. Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw mill-inqas korp tal-ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4. Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 u l-Artikolu 26(1), il-punti (b) u (c), ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859; |
(b) |
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
|
5. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni; |
(b) |
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni; |
(c) |
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża. |
Għall-finijiet tal-punt (c), l-EBA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-EBA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
6. Fejn meħtieġ, l-EBA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
Artikolu 17
Transpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-10 ta’ Jannar 2026, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-10 ta’ Lulju 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 19
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) ĠU C 290, 29.7.2022, p. 58.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2023.
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(8) ĠU C 307, 12.8.2022, p. 3.
(9) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri, (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).
(11) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(12) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
(13) Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).
(14) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(15) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(16) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(18) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(19) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(20) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(21) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
(22) Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(23) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(24) Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2864/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)