This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023L2775
Commission Delegated Directive (EU) 2023/2775 of 17 October 2023 amending Directive 2013/34/EU of the European Parliament and of the Council as regards the adjustments of the size criteria for micro, small, medium-sized and large undertakings or groups
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar
C/2023/7020
ĠU L, 2023/2775, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2023/2775/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2775 |
21.12.2023 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2775
tas-17 ta’ Ottubru 2023
li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(13) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-rekwiżiti ta’ rapportar fil-qasam tal-kontabilità jsegwu diversi objettivi. Dawn ma jipprovdux biss informazzjoni għall-investituri fis-swieq kapitali iżda jagħtu wkoll rendikont tat-tranżazzjonijiet tal-passat u jsaħħu l-governanza korporattiva. Huwa importanti li dawn ir-rekwiżiti jiġu ssimplifikati biex jiġi żgurat li jissodisfaw l-għanijiet li kienu maħsuba għalihom u biex jiġi limitat il-piż amministrattiv. |
(2) |
Fid-dawl tal-inflazzjoni sinifikanti waqt l-2021 u l-2022, ġew rieżaminati l-kriterji tad-daqs monetarju biex tiġi ddeterminata l-kategorija tad-daqs ta’ kumpanija biex jittieħed kont tal-impatt tal-inflazzjoni. |
(3) |
Skont id-data tal-Eurostat, fuq perjodu ta’ madwar 10 snin, mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Marzu 2023, l-inflazzjoni kumulata laħqet l–24,3 % fiż-żona tal-euro u s–27,2 % fl-Unjoni kollha. |
(4) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li jiġu aġġustati u ttundjati, għall-inflazzjoni, il-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 3(1) sa (7) tad-Direttiva 2013/34/UE b’25 %. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2013/34/UE jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
(6) |
Sabiex l-impriżi jew il-gruppi jkunu jistgħu jibbenefikaw malajr kemm jista’ jkun mil-livelli limitu aġġustati, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw l-aktar tard għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet għas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2023 jew warajha. |
(7) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli skont l-Artikolu 49(3a) tad-Direttiva 2013/34/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi fid-Direttiva 2013/34/UE
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) huma mibdula b’dan li ġej:
|
(2) |
il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma mibdula b’dan li ġej:
|
(4) |
fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b) huma mibdula b’dan li ġej:
|
(5) |
il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fil-paragrafu 6, il-punti (a) u (b) huma mibdula b’dan li ġej:
|
(7) |
fil-paragrafu 7, il-punti (a) u (b) huma mibdula b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-24 ta’ Diċembru 2024 l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet għas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2023 jew warajha.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet ta’ din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2023/2775/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)