Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2879

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2879 tal-15 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

C/2023/8568

ĠU L, 2023/2879, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2879/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2879/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2879

22.12.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2879

tal-15 ta’ Diċembru 2023

li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 281, l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jipprevedi li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn operaturi ekonomiċi u awtoritajiet doganali u l-ħażna ta’ tali informazzjoni, għandhom isiru bl-użu ta’ tekniki tal-proċessar elettroniku tad-data. L-Artikolu 280 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jipprevedi li l-Kummissjoni tfassal programm ta' ħidma dwar l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“il-programm ta’ ħidma”).

(2)

Il-Kummissjoni adottat l-ewwel programm ta’ ħidma permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/255/UE (2), u aġġornat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 (3) u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (4). Il-verżjoni tal-programm ta’ ħidma adottat fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 jeħtieġ li tiġi aġġornata biex tqis l-iżviluppi l-ġodda li jikkonċernaw l-ippjanar għas-sistemi elettroniċi.

(3)

Jenħtieġ li l-programm ta’ ħidma jiġi aġġornat biex jelenka s-sistemi elettroniċi previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Artikoli rilevanti li jipprevedu dawk is-sistemi u d-dati li fihom huma mistennija jsiru operattivi. Il-programm ta’ ħidma jenħtieġ li jiddistingwi bejn is-sistemi elettroniċi li l-Istati Membri jridu jiżviluppaw huma stess (is-“sistemi nazzjonali”) u dawk li jridu jiżviluppaw b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni (“sistemi trans-Ewropej”). Is-sistemi elettroniċi msemmija fil-programm ta’ ħidma jenħtieġ li jkunu ġestiti, ippreparati, u żviluppati f’konformità mad-dokument ta’ ppjanar li jkopri l-proġetti doganali kollha relatati mal-IT (5) (il-pjan strateġiku pluriennali għad-dwana jew l-“MASP-C”), li qed jitfassal f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 8(2) tagħha.

(4)

Il-programm ta’ ħidma jiddefinixxi f’aktar dettall id-dati effettivi tal-varar ta’ kull sistema elettronika u jistabbilixxi d-data tat-tmiem tal-varar f’konformità mal-perjodi tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 278 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (7).

(5)

Meta l-programm ta’ ħidma jippermetti lill-Istati Membri li jgħażlu biex ivaraw sistema elettronika trans-Ewropea jew nazzjonali f’perjodu ta’ żmien partikolari (jiġifieri t-tieqa tal-varar), jenħtieġ li l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jagħmilha ċara li d-“data tal-bidu tal-varar” hija l-ewwel data li fiha l-Istati Membri jistgħu jibdew iħaddmu s-sistema elettronika l-ġdida u d-“data tat-tmiem tal-varar” hija l-aħħar data li fiha l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi jridu jibdew jużaw is-sistema elettronika l-ġdida jew aġġornata. Id-data tat-tmiem tal-varar jenħtieġ li tkun ukoll id-data tat-tmiem tal-perjodu tal-miżuri tranżizzjonali marbuta ma’ dik is-sistema elettronika. Jenħtieġ għalhekk li dik id-data tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 278(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dawn it-twieqi tal-varar huma meħtieġa biex jiġu implimentati s-sistemi fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ kull sistema. Jenħtieġ li japplikaw regoli differenti dwar it-twieqi tal-varar għall-proġett doganali dwar is-sigurtà u s-sikurezza ta’ qabel il-wasla (ICS2). F’dan il-każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu lesti li jvaraw ir-rilaxxi kollha tal-proġett fid-data tal-bidu prevista għal kull rilaxx, filwaqt li, bil-qbil tal-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jingħataw possibbiltà ta’ konnessjoni matul it-tieqa tal-varar. Minħabba dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni esperjenzat f’ċerti Stati Membri fir-rigward tar-Rilaxx 2 tal-ICS2, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/438 (8) li tagħti deroga skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jintużaw mezzi oħra għajr tekniki tal-proċessar elettroniku tad-data għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni għar-Rilaxx 2 tal-ICS2. Fid-dawl ta’ dan id-dewmien, l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi esprimew ukoll tħassib dwar il-fattibbiltà tal-iskeda ta’ żmien tal-proġett għar-Rilaxx 3 tal-ICS2. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi implimentazzjoni gradwali fi 3 passi, li jibdew bit-trasportaturi marittimi fl-ICS2 mit-3 ta’ Ġunju 2023, imbagħad house filers marittimi fl-ICS2 mill-4 ta’ Diċembru 2024, u fl-aħħar nett jiġu konnessi l-operaturi stradali u ferrovijarji fl-ICS2 mill-1 ta’ April 2025.

(6)

It-twieqi tal-varar għall-migrazzjoni tas-sistemi elettroniċi nazzjonali jenħtieġ li jinkludu l-proġett nazzjonali u għall-pjanijiet ta’ migrazzjoni tal-Istati Membri u jenħtieġ li jqisu l-ambjenti u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi tagħhom tal-IT. Id-dati tat-tmiem tal-varar għas-sistemi elettroniċi nazzjonali jenħtieġ li jtemmu l-miżuri tranżizzjonali applikabbli għal dawk is-sistemi elettroniċi. Jenħtieġ għalhekk li dawk id-data jiġi stabbiliti fuq il-bażi tal-iskadenzi previsti fl-Artikoli 278(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Minħabba dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni esperjenzat f’ċerti Stati Membri fir-rigward tas-sistemi elettroniċi nazzjonali, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/234 (9), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/235 (10), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/236 (11) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/237 (12) bl-għotja ta’ derogi f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Ir-referenzi għal dawk id-derogi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness.

(7)

Id-derogi mogħtija permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/237 għandhom impatt fuq il-proġett għal Żdoganar Ċentralizzat fl-Importazzjoni (CCI) u wasslu għar-ridefinizzjoni tal-approċċ tal-proġett. Għas-CCI-Fażi 1, l-iskeda ta’ żmien hija estiża b’7 xhur u l-Istati Membri jistgħu jvaraw is-sistema tas-CCI-Fażi 1 biss b’dikjarazzjoni doganali standard, bħala l-ewwel pass tal-implimentazzjoni tal-proġett kollu tas-CCI. L-Istati Membri huma permessi l-possibbiltà li jimplimentaw is-CCI-Fażi 1 bl-użu tal-ispeċifikazzjonijiet tas-CCI-Fażi 2 (l-ambitu kollu), u bħala tali jevitaw tranżizzjoni mis-CCI-Fażi 1 għas-CCI-Fażi 2. Dan se jiffaċilita wkoll lill-operaturi ekonomiċi, u jippermettilhom jadattaw is-sistemi tagħhom b’mod aġli, filwaqt li jiżgura użu bla xkiel tas-sistema tas-CCI, u għalhekk il-proġett tas-CCI jenħtieġ li jiġi varat sal-iskadenza tat-2 ta’ Ġunju 2025.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-oġġetti jkunu jistgħu jiċċirkolaw fl-Unjoni/lejn l-Unjoni taħt il-proċedura ta’ tranżitu jew esportati mingħajr ma jiġu ffaċċjati kwistjonijiet ta’ diskontinwità operazzjonali, l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-proġetti trans-Ewropej relatati mas-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS) u s-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (Automated Export System, AES) jenħtieġ li tiġi adattata billi tiġi introdotta l-iskadenza tal-varar tal-1 ta’ Diċembru 2023. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri varaw is-sistema tagħhom, għadd limitat ta’ Stati Membri ħabbru li l-applikazzjoni nazzjonali tagħhom mhux se tkun (kompletament) lesta biex tibda topera fl-NCTS-Fażi 5 jew fl-AES. Il-finalizzazzjoni bla xkiel tal-proġett sat-2 ta’ Diċembru 2024 għandha tiġi ffaċilitata jekk il-fokus ikun biex jitwettqu b’mod aġli l-ewwel il-funzjonalitajiet ewlenin tas-sistemi u mbagħad dawk mhux ewlenin. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi qed jiffaċċjaw ukoll dewmien, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri fejn seħħ dewmien fl-ippjanar tal-proġett. L-Istati Membri se jibqgħu responsabbli biex jistabbilixxu l-istrateġija nazzjonali ta’ tranżizzjoni għall-operaturi ekonomiċi tagħhom. Mit-2 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri u n-negozjanti jenħtieġ li jużaw is-sistemi l-ġodda, filwaqt li xi regoli tranżizzjonali għadhom jiġu applikati (għal raġunijiet tekniċi) sal-21 ta’ Jannar 2025 għall-NCTS-Fażi 5 u sal-11 ta’ Frar 2025 għall-AES.

(9)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-operaturi ekonomiċi jkunu rċevew fil-ħin l-informazzjoni teknika li jeħtieġu biex jaġġornaw is-sistemi elettroniċi tagħhom stess u jaqbdu mas-sistemi elettroniċi ġodda jew aġġornati previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi bil-bidliet bejn 12-il xahar u 24 xahar qabel il-varar ta’ sistema partikolari, skont is-sistema, u jekk ikun meħtieġ, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura ta’ dik is-sistema. Għall-bidliet żgħar, dak il-perjodu jista’ jkun iqsar.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Programm ta' Ħidma

Il-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“il-programm ta’ ħidma”), kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jvaraw is-sistemi elettroniċi rilevanti matul id-dati tat-twieqi tal-varar rilevanti stabbiliti fil-programm ta’ ħidma.

3.   Il-proġetti speċifikati fil-programm ta’ ħidma u t-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi relatati għandhom ikunu ġestiti b’mod konsistenti mal-programm ta’ ħidma u mal-pjan strateġiku pluriennali dwar id-dwana.

4.   Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha biex tfittex fehim u qbil komuni mal-Istati Membri dwar l-ambitu tal-proġett, id-disinn, ir-rekwiżiti u l-arkitettura tas-sistemi elettroniċi meta tvara l-proġetti tal-programm ta’ ħidma. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll lill-operaturi ekonomiċi u tqis il-fehmiet tagħhom.

Artikolu 3

Aġġornamenti

Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi aġġornat b’mod regolari biex jiġi żgurat li jkun allinjat u aġġustat mal-iżviluppi fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, u biex jitqies il-progress fil-preparazzjoni u fl-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi. Dan japplika b’mod partikolari għad-disponibbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet maqbula b’mod komuni u għall-varar operazzjonali tas-sistemi elettroniċi.

Artikolu 4

Komunikazzjoni u rappurtar

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar l-ippjanar u l-progress fl-implimentazzjoni ta’ kull waħda mis-sistemi.

2.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-pjanijiet tagħhom għall-proġett nazzjonali u għall-migrazzjoni u t-tabella dwar il-progress tagħhom fl-iżvilupp u fil-varar tas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 278a(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 sal-31 ta’ Jannar u sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Il-pjanijiet u t-tabella għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex ir-rapport annwali jiġi sottomess mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 278a(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament bi kwalunkwe aġġornament importanti fil-pjanijiet nazzjonali tal-proġetti u tal-migrazzjoni tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-komunikazzjoni esterna tas-sistema elettronika nazzjonali għall-operaturi ekonomiċi f’waqthom.

Artikolu 5

Tħassir

1.   Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 titħassar.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj?locale=mt.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/255/UE tad-29 ta’ April 2014 li tistabbilixxi l-Programm ta' Ħidma għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 134, 7.5.2014, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/255/oj?locale=mt).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta’ April 2016 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/578/oj?locale=mt).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/2151/oj?locale=mt).

(5)  https://ec.europa.eu/taxation_customs/general-information-customs/electronic-customs_en#heading_2

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/70(1)/oj?locale=mt).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/341/oj?locale=mt).

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/438 tal-24 ta’ Frar 2023 li tagħti deroga mitluba minn ċerti Stati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jintużaw mezzi oħrajn għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni għar-Rilaxx 2 tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (ĠU L 63, 28.2.2023, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/438/oj?locale=mt).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/234 tal-1 ta’ Frar 2023 li tagħti deroga mitluba minn ċerti Stati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jintużaw mezzi oħrajn għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni għan-Notifika tal-Preżentazzjoni b’rabta ma’ merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Unjoni (ĠU L 32, 28.2.2023, p. 217, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/234/oj?locale=mt).

(10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/235 tal-1 ta’ Frar 2023 li tagħti deroga mitluba minn ċerti Stati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jintużaw mezzi oħrajn għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni għan-notifika tal-wasla ta’ bastiment tal-baħar jew ta’ inġenju tal-ajru (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 220, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/235/oj?locale=mt).

(11)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/236 tal-1 ta’ Frar 2023 li tagħti deroga mitluba minn ċerti Stati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jintużaw mezzi oħrajn għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni għad-dikjarazzjoni għall-Ħażna Temporanja b’rabta mal-merkanzija mhux tal-Unjoni preżentata lid-dwana (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 223, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/236/oj?locale=mt).

(12)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/237 tal-1 ta’ Frar 2023 li tagħti deroga mitluba minn ċerti Stati Membri biex jintużaw mezzi għajr tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni b’rabta mad-dikjarazzjoni doganali għal merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Unjoni stabbilita fl-Artikoli 158, 162, 163, 166, 167, 170 u 174, 201, 240, 250, 254 u 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 226, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/237/oj?locale=mt).


ANNESS

tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti fil-kodiċi doganali tal-Unjoni

I.   DAĦLA

1.

Il-programm ta’ ħidma jipprovdi strument li jappoġġa l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (1) u tar-Regolament (UE) 2019/632 (2) li jirrigwardaw l-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi tiegħu.

2.

Il-programm ta’ ħidma jispeċifika wkoll il-perjodi li matulhom għandhom japplikaw il-miżuri tranżizzjonali sal-varar tas-sistemi elettroniċi l-ġodda jew aġġornati kif imsemmi fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), u (UE) 2016/341 (4) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5).

3.

Il-“pass ewlieni” tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandu jfisser id-data li fiha ssir disponibbli verżjoni stabbli tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Għas-sistemi jew il-komponenti nazzjonali, din id-data għandha tiġi kkomunikata bħala parti mill-ippjanar nazzjonali tal-proġetti ppubblikati.

4.

Il-programm ta’ ħidma jistabbilixxi d-“dati tal-varar” li ġejjin għas-sistema trans-Ewropea u għas-sistemi nazzjonali:

(a)

id-data tal-bidu tat-tieqa tal-varar għas-sistemi elettroniċi, li għandha tfisser l-ewwel data li fiha s-sistema elettronika ssir operazzjonali;

(b)

id-data ta’ tmiem tat-tieqa tal-varar għas-sistemi elettroniċi, li għandha tfisser:

(i)

l-aħħar data sa meta s-sistemi jeħtieġ li jkunu operazzjonali fl-Istati Membri kollha u jintużaw mill-operaturi ekonomiċi kollha; kif ukoll

(ii)

id-data tat-tmiem tal-validità tal-miżuri tranżizzjonali.

Għall-finijiet tal-punt (b), id-data għandha tkun l-istess bħal dik tal-bidu jekk ma tkunx prevista l-ebda tieqa effettiva għall-migrazzjoni jew għall-varar.

5.

Għal sistemi purament nazzjonali jew komponenti nazzjonali speċifiċi ta’ proġett usa’ tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw id-dati tal-varar u d-dati tal-bidu u tat-tmiem ta’ tieqa ta’ varar fl-ippjanar tal-proġett nazzjonali tagħhom, soġġett għall-iskadenza stabbilita f’dan il-programm ta’ ħidma u f’konformità mal-Artikolu 278(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal (b) (SP IMP), (c) u (d) minn hawn’ il quddiem u kif stabbilit fl-Artikolu 278(3) tiegħu għal (a), (b) (SP EXP) u (e) minn hawn’ il quddiem.

Dawn is-sistemi nazzjonali jew dawn il-komponenti nazzjonali speċifiċi huma koperti mill-ewwel paragrafu:

(a)

Komponent 2 tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU (aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali tal-Esportazzjoni) (Parti II, punt 10);

(b)

Proċeduri Speċjali (SP IMP/SP EXP) tal-KDU (Parti II, punt 12);

(c)

Notifika tal-Wasla, Notifika tal-Preżentazzjoni, Ħażna Temporanja tal-KDU (Parti II, punt 13);

(d)

Aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni tal-KDU (Parti II, punt 14);

(e)

Ġestjoni tal-Garanzija (GUM) tal-KDU — Komponent 2 (Parti II, punt 16).

6.

Għas-sistemi trans-Ewropej b’tieqa ta’ varar iżda mingħajr data unika ta’ implimentazzjoni, l-Istati Membri jistgħu, fejn jitqies xieraq, jibdew il-varar f’data xierqa f’din it-tieqa, soġġett għall-iskadenza stabbilita f’dan il-programm ta’ ħidma u f’konformità mal-Artikolu 278(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Is-sistemi trans-Ewropej li ġejjin huma koperti mill-ewwel paragrafu:

(a)

Aġġornament tal-NCTS tal-KDU, (Parti II, punt 9);

(b)

AES tal-KDU (Komponent 1) (Parti II, punt 10).

(c)

CCI tal-KDU (Parti II, punt 15)

Għall-aġġornament tal-NCTS trans-Ewropea tal-KDU (Komponent 1) (Parti II, punt 9) u l-AES tal-KDU (Komponent 1) (Parti II, punt 10), l-Istati Membri jistgħu jippermettu, fejn jitqies xieraq, li l-operaturi ekonomiċi jikkonnettjaw gradwalment sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Diċembru 2024. L-Istati Membri jikkomunikaw id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-varar lill-Kummissjoni kif ukoll l-istrateġija nazzjonali ta’ tranżizzjoni għall-kummerċjanti tagħhom. L-aspetti tad-dominju komuni u tad-dominju estern se jkollhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni matul il-perjodu tranżizzjonali li se jintemm fil-21 ta’ Jannar 2025 għall-Aġġornament tal-NCTS tal-KDU (NCTS-Fażi 5) u fil-11 ta’ Frar 2025 għall-AES (Komponent 1).

7.

L-ICS2 trans-Ewropea tal-KDU (Parti II, punt 17) tirrekjedi wkoll implimentazzjoni gradwali u tranżizzjoni. Madankollu, l-approċċ f’dan il-każ huwa differenti peress li l-Istati Membri huma mistennija li jkunu lesti fl-istess ħin għal kull rilaxx fil-bidu ta’ kull tieqa ta’ varar. Barra minn hekk, fejn jitqies xieraq, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jikkonnettjaw gradwalment mas-sistema sat-tmiem tat-tieqa tal-varar previst għal kull rilaxx, u, fejn huma applikabbli l-istadji, dak previst għal kull pass fi ħdan rilaxx. L-Istati Membri jridu jippubblikaw l-iskadenzi u l-istruzzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi fuq is-sit web tagħhom f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni.

8.

Fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġ li jieħdu ħsieb bir-reqqa l-kumplessità f’termini tad-dipendenzi, tal-varjabbli u tas-suppożizzjonijiet. Il-prinċipji stipulati fil-MASP-C se jintużaw għall-ġestjoni tal-ippjanar.

Il-proġetti se jsiru f’fażijiet differenti mill-preparazzjoni u l-iżvilupp għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, il-migrazzjoni u l-operazzjoni finali. Ir-rwol tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni f’dawn il-fażijiet differenti se jiddependi fuq in-natura u l-arkitettura tas-sistema u l-komponenti jew is-servizzi tagħha, kif deskritt fl-iskedi tal-proġetti ddettaljati tal-MASP-C. Fejn xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni se jiġu definiti mill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u soġġetti għar-rieżami tagħhom, bil-ħsieb li jiġu ffinalizzati 24 xahar qabel id-data fil-mira tal-varar tas-sistema elettronika.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-operaturi ekonomiċi jkunu rċevew fil-ħin l-informazzjoni teknika li jeħtieġu biex jaġġornaw is-sistemi elettroniċi tagħhom stess u jaqbdu mas-sistemi elettroniċi ġodda jew aġġornati previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013. Kull bidla trid tiġi kkomunikati lill-operaturi ekonomiċi bejn 12 u 24 xahar qabel il-varar ta’ sistema partikolari, jekk ikun meħtieġ minħabba l-ambitu u n-natura tal-bidla, biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jippjanaw u jaġġustaw is-sistemi u l-interfaċċi tagħhom. Għall-bidliet żgħar, dak il-perjodu jista’ jkun iqsar.

L-Istati Membri, u fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni, se jieħdu sehem fl-iżvilupp u fil-varar tas-sistemi, skont l-arkitettura u l-ispeċifikazzjonijiet definiti tas-sistema. L-attivitajiet se jitwettqu f’konformità mal-passi ewlenin u mad-dati msemmija fil-programm ta’ ħidma. L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jikkooperaw ukoll mal-operaturi ekonomiċi u ma’ partijiet ikkonċernati oħra.

L-operaturi ekonomiċi jkollhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu jistgħu jużaw is-sistemi ladarba jkunu fis-seħħ, u mhux aktar tard mid-dati tat-tmiem stabbiliti f’dan il-programm ta’ ħidma jew, fejn applikabbli, dawk stabbiliti mill-Istati Membri bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali tagħhom.

II.   LISTA TA' PROĠETTI RELATATI MAL-IŻVILUPP U L-VARAR TAS-SISTEMI ELETTRONIĊI

“Proġetti tal-KDU u sistemi elettroniċi relatati”

Lista ta' proġetti relatati mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Kodiċi

Bażi legali

Pass ewlieni

Data tal-varar tas-sistemi elettroniċi

 

 

 

Data tal-bidu tat-tieqa tal-varar tas-sistema elettronika (6)

Data tat-tmiem tat-tieqa tal-varar tas-sistema elettronika (7) = Data tat-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali

1.

Sistema tal-Esportatur Reġistrat (REX) tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li jagħmel disponibbli l-informazzjoni aġġornata dwar esportaturi rreġistrati stabbiliti f’pajjiżi tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (GSP) li jesportaw il-merkanzija lejn l-Unjoni. Is-sistema hija trans-Ewropea u tinkludi wkoll data dwar l-operaturi ekonomiċi tal-UE, bil-għan li tappoġġa l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-GSP. Id-data meħtieġa ddaħħlet fis-sistema gradwalment sal-31 ta’ Diċembru 2017.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16 u 64, l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2015

1.1.2017

1.1.2017

2.

Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (BTI) tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li jipprovdi aġġornament tas-sistema trans-Ewropea EBTI-3 biex jiġi żgurat dan li ġej:

(a)

l-allinjament tas-sistema EBTI-3 mar-rekwiżiti tal-KDU;

(b)

l-estensjoni tad-data tad-dikjarazzjoni rikjesta fl-ambitu tas-sorveljanza;

(c)

il-monitoraġġ tal-użu obbligatorju tal-BTI;

(d)

il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-użu estiż tal-BTI.

Il-proġett huwa implimentat f’żewġ fażijiet.

L-ewwel fażi (pass 1) tipprovdi l-funzjonalità li tirċievi gradwalment is-sett tad-data tad-dikjarazzjoni mill-1 ta’ Marzu 2017 sal-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fil-punti 10 u 14. L-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-proġett tiddependi mill-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fil-punti 10 u 14. Il-pass 2 jissodisfa l-obbligu tal-kontroll tal-użu tal-BTI abbażi tas-sett tad-data tad-dikjarazzjoni l-ġdid meħtieġ u l-allinjament mal-proċess tad-deċiżjonijiet doganali.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16, 22, 23, 26, 27, 28, 33 u 34, l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q2 2016

(fażi 1)

1.3.2017

(fażi 1 — pass 1)

2.10.2017

(fażi 1 — pass 2)

1.3.2017

(fażi 1 — pass 1)

2.10.2017

(fażi 1 — pass 2)

It-tieni fażi timplimenta l-formola elettronika tal-applikazzjoni u tad-deċiżjoni tal-BTI, u tipprovdi lill-operaturi ekonomiċi interfaċċa armonizzata għall-kummerċjanti ekonomiċi biex jissottomettu l-applikazzjoni tal-BTI u jirċievu d-deċiżjoni tal-BTI elettronikament.

 

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q2 2018

(fażi 2)

1.10.2019

(fażi 2)

1.10.2019

(fażi 2)

3.

Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li jarmonizza l-proċessi għall-applikazzjonijiet għal deċiżjoni doganali, għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-ġestjoni tad-deċiżjonijiet permezz tal-istandardizzazzjoni u tal-ġestjoni elettronika tad-data tal-applikazzjoni u tad-deċiżjoni/tal-awtorizzazzjoni madwar l-Unjoni. Il-proġett huwa relatat mad-deċiżjonijiet nazzjonali u mad-deċiżjonijiet bejn diversi Stati Membri definiti mill-Kodiċi u jkopri l-komponenti tas-sistema żviluppati ċentralment fil-livell tal-Unjoni kif ukoll l-integrazzjoni mal-komponenti nazzjonali meta l-Istati Membri jagħżlu din l-opzjoni. Din is-sistema trans-Ewropea tiffaċilita l-konsultazzjoni matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ġestjoni tal-proċess tal-awtorizzazzjoni.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16, 22, 23, 26, 27 u 28, l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q4 2015

2.10.2017

2.10.2017

4.

Aċċess dirett mill-kummerċjanti għas-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropea (Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u Firma Diġitali)

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi soluzzjonijiet funzjonabbli għal aċċess dirett u armonizzat għall-kummerċjanti bħala servizz biex l-interfaċċi utent/sistema jiġu integrati fis-sistemi doganali elettroniċi kif definit fil-proġetti speċifiċi tal-KDU. Il-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u l-Firma Diġitali se tiġi integrata fil-portali tas-sistemi kkonċernati, u se tinkludi appoġġ għall-identità, għall-aċċess u għall-ġestjoni tal-utenti f’konformità mal-politiki tas-sigurtà meħtieġa. L-ewwel varar seħħ flimkien mas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU.

L-Artikolu 6(1), l-Artikolu 16 u l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q4 2015

2.10.2017

2.10.2017

Sussegwentement, din is-soluzzjoni għall-awtentikazzjoni teknika u għall-ġestjoni tal-utenti se tkun disponibbli għall-użu fi proġetti oħra tal-KDU bħall-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (BTI) tal-KDU, l-aġġornament tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO) tal-KDU, il-Prova tal-Istatus tal-Unjoni (PoUS) tal-KDU, il-Formoli ta’ Informazzjoni (INF) tal-KDU għal Proċeduri Speċjali u s-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 tal-KDU (ICS2).

 

 

Ara l-proġetti differenti dwar id-dati tal-varar.

Ara l-proġetti differenti dwar id-dati tal-varar.

5.

Aġġornament tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO) tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jtejjeb il-proċessi tan-negozju relatati mal-applikazzjonijiet u mal-awtorizzazzjonijiet tal-AEO, filwaqt li jqis il-bidliet fid-dispożizzjonijiet legali tal-KDU.

Fl-ewwel fażi, il-proġett għandu l-għan li jimplimenta t-titjib ewlieni fis-sistema tal-AEO bħala parti mill-armonizzazzjoni tal-proċedura doganali tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Fit-tieni fażi, il-proġett jimplimenta l-formola elettronika tal-applikazzjoni u tad-deċiżjoni tal-AEO u jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi b’interfaċċa armonizzata biex jissottomettu l-applikazzjoni tal-AEO u jirċievu d-deċiżjoni tal-AEO elettronikament. Is-sistema aġġornata se tiġi varata f’żewġ rilaxxi: il-parti 1 għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-AEO u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u l-parti 2 għall-proċessi sussegwenti l-oħra.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16, 22, 23, 26, 27, 28, 38 u 39, l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2016

5.3.2018

(fażi 1)

5.3.2018

(fażi 1)

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q4 2018

1.10.2019

(fażi 2 – parti 1 proċessi inizjali)

16.12.2019

(fażi 2 – parti 2 proċessi oħra)

1.10.2019

(fażi 2 — parti 1)

16.12.2019

(fażi 2 — parti 2)

6.

Aġġornament tas-Sistema ta' Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operatur Ekonomiku (EORI 2) tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jipprovdi aġġornament minuri lis-sistema EORI trans-Ewropea eżistenti li tippermetti r-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll persuni oħra li mhumiex operaturi ekonomiċi li huma attivi fi kwistjonijiet doganali fl-Unjoni.

L-Artikolu 6(1), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q2 2016

5.3.2018

5.3.2018

7.

Sorveljanza 3 tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jipprovdi aġġornament tas-sistema tas-Sorveljanza 2+ sabiex jiġi żgurat l-allinjament tagħha mar-rekwiżiti tal-KDU bħall-iskambju standard ta’ informazzjoni permezz ta’ metodi elettroniċi tal-proċessar tad-data u l-istabbiliment tal-funzjonalitajiet meħtieġa għall-proċessar u għall-analiżi tas-sett sħiħ tad-data tas-sorveljanza miksub mill-Istati Membri.

Għaldaqstant, dan jinkludi aktar kapaċitajiet għall-estrazzjoni tad-data u funzjonalitajiet tar-rappurtar li għandhom isiru disponibbli lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

L-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-proġett hija dipendenti mill-proġetti elenkati fil-punti 10 u 14. Id-data tal-varar ta’ din is-sistema hija stabbilita mill-Istati Membri bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali tagħhom.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16 u 56(5), l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2016

1.10.2018

1.10.2018

8.

Prova ta’ Status tal-Unjoni (PoUS) tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li joħloq sistema trans-Ewropea ġdida biex taħżen, timmaniġġja u tirkupra l-Provi tal-Istatus tal-Unjoni T2L/F u l-manifest doganali tal-oġġetti (maħruġ minn emittent mhux awtorizzat).

Peress li l-implimentazzjoni tal-manifest doganali tal-merkanzija jrid jintrabat mas-Single Window Marittima Ewropea, din il-parti tal-proġett se tkun koperta fil-fażi 2.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16 u 153, l-Artikolu 278(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q1 2022

1.3.2024

(fażi 1)

1.3.2024

(fażi 1)

15.8.2025

(fażi 2)

15.8.2025

(fażi 2)

9.

Aġġornament tas-Sistema Ġdida ta' Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS) tal-KDU

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jallinja s-sistema trans-Ewropea eżistenti tal-NCTS mal-KDU l-ġdid.

Komponent 1 – “Fażi 5 tal-NCTS”: l-għan ta’ din il-fażi huwa li tallinja s-sistema tal-NCTS mar-rekwiżiti l-ġodda tal-KDU ħlief fl-elementi tas-sikurezza u tas-sigurtà tad-data fid-dikjarazzjonijiet doganali ta’ tranżitu tal-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Hija tkopri r-reġistrazzjoni tal-eventi “en route” u l-allinjament tal-iskambji tal-informazzjoni mar-rekwiżiti tad-data tal-KDU u l-aġġornament u l-iżvilupp ta’ interfaċċi ma’ sistemi oħra.

Il-proġett se jiġi implimentat f'żewġ passi.

Pass 1: Il-funzjonalitajiet ewlenin għall-NCTS-Fażi 5 li se jiżguraw il-kontinwità operazzjonali tas-sistema, bħad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu standard (fluss ċentrali), il-proċedura simplifikata fi tluq/destinazzjoni (konsenjatur/konsenjatarju awtorizzat), emenda/invalidazzjoni, devjazzjoni (fl-uffiċċju tat-tranżitu u tad-destinazzjoni), proċessi ta’ inkjesta/irkupru u t-trażmissjoni ta’ data tal-istatistika tan-negozju. Dan il-pass jista’ jkopri wkoll il-funzjonalitajiet mhux ewlenin kif definiti fil-pass 2.

Pass 2: dan l-istadju jkopri l-funzjonalitajiet li jifdal bħall-iżvilupp ta’ interfaċċa armonizzata mal-AES, id-dikjarazzjoni ppreżentata qabel il-preżentazzjoni tal-oġġetti, id-dikjarazzjoni b’sett ta’ data mnaqqas, l-Inċident “en route” u bħall-formalitajiet fl-Uffiċċju tal-Ħruġ għat-Tranżitu.

Komponent 2 - “Fażi 6 tal-NCTS”: l-għan ta’ din il-fażi huwa li timplimenta r-rekwiżiti l-ġodda speċifiċi għall-elementi tas-sikurezza u tas-sigurtà tad-data fid-dikjarazzjonijiet doganali ta’ tranżitu tal-oġġetti li jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni li jirriżultaw mill-proġett 17 (UCC ICS2). Dan ikopri l-iżvilupp tal-interfaċċa mal-ICS2, biex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu li jkun fiha d-dettalji tad-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul billi jiġi applikat l-Artikolu 130(1) tal-KDU.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16 u 226-236, l-Artikolu 278(3)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q4 2019

1.3.2021

(il-komponent 1)

Pass 1: 1.12.2023

Pass 2: 2.12.2024

Tmiem it-tranżizzjoni: 21.1.2025

(il-komponent 1)

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q2 2022

3.3.2025

(il-komponent 2)

1.9.2025

(il-komponent 2)

10.

Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jimplimenta r-rekwiżiti tal-KDU għall-esportazzjoni u l-ħruġ.

Komponent 1 —“AES Trans-Ewropea”. L-għan tal-proġett huwa li jiżviluppa aktar is-Sistema ta’ Kontroll tal-Esportazzjoni trans-Ewropea eżistenti sabiex tiġi implimentata AES sħiħa li tkopri r-rekwiżiti tan-negozju għall-proċessi u għad-data li joriġinaw mill-KDU. Il-komponent 1 se jiġi implimentat fi tliet passi.

Pass 1: Il-funzjonalitajiet ewlenin għall-AES li se jippermettu l-awtomazzjoni sħiħa tal-proċeduri ta’ esportazzjoni u tal-formalitajiet ta’ ħruġ. L-AES tkopri l-partijiet li għandhom jiġu żviluppati fuq livell ċentrali u nazzjonali, inklużi l-komponenti nazzjonali li fihom tiġi ppreżentata u pproċessata d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u li jippermettu l-iskambju sussegwenti ta’ informazzjoni mal-uffiċċju doganali tal-ħruġ permezz tal-komponenti komuni tal-AES. Dan il-pass jinkludi wkoll il-funzjonijiet tal-formalitajiet ta’ ħruġ li huma meħtieġa biex l-oġġetti jiġu rilaxxati għall-ħruġ. Dan il-pass jista’ jkopri wkoll il-funzjonalitajiet definiti fil-passi 2 u 3.

Pass 2: Dan il-pass ikopri l-iżvilupp ta’ interfaċċa armonizzata mas-Sistema tal-Moviment u l-Kontroll tas-Sisa (EMCS). Dan il-pass jista’ jkopri wkoll il-funzjonalitajiet mhux ewlenin kif definiti fil-pass 3.

Pass 3: Dan il-pass ikopri funzjonalitajiet oħra bħal dikjarazzjonijiet simplifikati u supplimentari, l-iżvilupp ta’ interfaċċa armonizzata mal-NCTS, l-iżdoganar ċentralizzat, id-dikjarazzjoni ppreżentata qabel il-preżentazzjoni tal-oġġetti.

Komponent 2 —“Aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali ta’ Esportazzjoni”. Permezz ta’ proċess li jaqa’ barra mill-ambitu tal-AES iżda li huwa marbut mill-qrib miegħu, is-sistemi nazzjonali separati jridu jiġu aġġornati għall-elementi nazzjonali speċifiċi relatati mal-formalitajiet tal-esportazzjoni u/jew tal-ħruġ. Fejn dawn l-elementi ma jkollhom l-ebda impatt fuq id-dominju komuni għall-AES, jistgħu jiġu koperti minn dan il-komponent.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16, 179 u 263-276, l-Artikolu 278(3)(f) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q4 2019

(il-komponent 1)

1.3.2021

(il-komponent 1)

Pass 1:1.12.2023

Pass 2: 13.2.2024 (8)

Pass 3: 2.12.2024

Tmiem it-tranżizzjoni: 11.2.2025

(il-komponent 1)

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= għandha tiġi definita mill-Istat Membru

(il-komponent 2)

1.3.2021

(il-komponent 2)

2.12.2024

(il-komponent 2)

11.

Folji ta’ Informazzjoni (INF) tal-KDU għal Proċeduri Speċjali

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jiżviluppa sistema trans-Ewropea ġdida biex tappoġġa u tissimplifika l-proċessi tal-ġestjoni tad-data tal-INF u t-trattament elettroniku tad-data tal-INF fil-qasam tal-Proċeduri Speċjali.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16, 215, 255-262, l-Artikolu 278(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q2 2018

1.6.2020

1.6.2020

12.

Proċeduri Speċjali tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jaċċellera, jiffaċilita u jarmonizza l-Proċeduri Speċjali madwar l-Unjoni billi jipprovdi mudelli komuni ta’ proċessi ta’ negozju. Is-sistemi nazzjonali se jimplimentaw il-bidliet tal-KDU kollha meħtieġa għall-ħżin doganali, għall-użu aħħari, għad-dħul temporanju u għall-proċessar attiv u passiv.

Dan il-proġett se jiġi implimentat f'żewġ partijiet.

Komponent 1 - “SP EXP Nazzjonali”. Jipprovdi s-soluzzjonijiet elettroniċi nazzjonali meħtieġa għall-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni tal-proċeduri speċjali.

Komponent 2 - “SP IMP Nazzjonali”. Jipprovdi s-soluzzjonijiet elettroniċi nazzjonali meħtieġa għall-attivitajiet relatati mal-importazzjoni tal-proċeduri speċjali.

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti se ssir permezz tal-proġetti elenkati fil-punti 10 u 14.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16, 215, 237-242 u 250-262, l-Artikolu 278(2)(b) u (3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= għandha tiġi definita mill-Istat Membru (għall-komponent 1 u 2)

1.3.2021

(il-komponent 1)

2.12.2024

(il-komponent 1)

Għandha tiġi definita mill-Istati Membri bħala parti tal-pjan nazzjonali

(il-komponent 2)

Għandha tiġi definita mill-Istati Membri bħala parti tal-pjan nazzjonali b’tieqa ta’ varar sal-31.12.2022 (9)

(il-komponent 2)

13.

Notifika tal-Wasla tal-KDU, Notifika tal-Preżentazzjoni u tal-Ħażna Temporanja

L-għan ta' dan il-proġett huwa li jiddefinixxi l-proċessi għan-Notifika tal-Wasla tal-mezz tat-trasport, il-Preżentazzjoni tal-oġġetti (in-Notifika tal-Preżentazzjoni) u d-Dikjarazzjoni tal-Ħżin Temporanju kif deskritt fil-KDU u li jappoġġa l-armonizzazzjoni f'dan ir-rigward fost l-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tad-data bejn il-kummerċ u d-dwana.

Il-proġett ikopri l-awtomizzazzjoni tal-proċessi fil-livell nazzjonali.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16 u 133-152, l-Artikolu 278(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= trid tiġi definita mill-Istat Membru u għan-Notifika tal-Wasla f’konformità mal-ippjanar tal-ICS2

Għandha tiġi definita mill-Istati Membri bħala parti tal-pjan nazzjonali

Għandha tiġi definita mill-Istati Membri bħala parti tal-pjan nazzjonali b’tieqa ta’ varar sal-31.12.2022 (10)

14.

Aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li jimplimenta r-rekwiżiti kollha tal-proċess u tad-data li jirriżultaw mill-KDU li huma relatati mad-dominju tal-importazzjoni (u li mhumiex koperti minn proġetti oħra definiti fil-programm ta’ ħidma). Dan jirrelata prinċipalment mal-bidliet fil-proċedura tar-“Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” (proċedura standard + simplifikazzjonijiet), iżda jkopri wkoll l-impatt li jirriżulta minn migrazzjonijiet oħra tas-sistema. Dan il-proġett huwa relatat mad-dominju tal-importazzjoni nazzjonali li jkopri s-sistemi tal-proċessar tad-dikjarazzjonijiet doganali nazzjonali kif ukoll sistemi oħra bħal sistemi tal-kontabbiltà nazzjonali u tal-pagament.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16(1) u l-Artikoli 53, 56, 77-80, 83-87, 101-105, 108-109, 158-187, 194-195, l-Artikolu 278(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= għandha tiġi definita mill-Istat Membru

Għandha tiġi definita mill-Istati Membri bħala parti tal-pjan nazzjonali

Għandha tiġi definita mill-Istati Membri bħala parti tal-pjan nazzjonali b’tieqa ta’ varar sal-31.12.2022 (11)

15.

Żdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni (CCI) tal-KDU

Il-proġett għandu l-għan li jippermetti li l-oġġetti jitqiegħdu taħt proċedura doganali billi permezz ta’ żdoganar ċentralizzat, u dan jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiċċentralizzaw in-negozju tagħhom mill-perspettiva doganali. Il-proċessar tad-dikjarazzjoni doganali u r-rilaxx fiżiku tal-oġġetti jenħtieġ li jkunu kkoordinati bejn l-uffiċċji doganali relatati. Dan jikkonċerna sistema trans-Ewropea li jkun fiha komponenti żviluppati ċentralment u b’mod nazzjonali.

Il-proġett se jiġi implimentat f'żewġ fażijiet.

Fażi 1: Din il-fażi se tkopri l-iżdoganar ċentralizzat b’dikjarazzjonijiet doganali standard u tista’ tkopri l-iżdoganar ċentralizzat b’dikjarazzjonijiet doganali simplifikati u d-dikjarazzjonijiet supplimentari ġenerali jew perjodiċi rispettivi (li jirregolarizzaw dikjarazzjoni doganali simplifikata waħda). Barra minn hekk, se tkopri t-tqegħid tal-oġġetti taħt il-proċeduri doganali li ġejjin: ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, il-ħażna doganali, il-proċessar attiv u l-użu aħħari. Rigward it-tip ta’ oġġetti, din il-fażi se tkopri t-tipi kollha ta’ oġġetti bl-eċċezzjoni tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, tal-oġġetti tal-UE fil-kuntest tal-kummerċ mat-territorji fiskali speċjali u tal-oġġetti soġġetti għall-miżuri tal-politika agrikola komuni.

Fażi 2: L-għan ta’ din il-fażi hi li timplimenta l-funzjonalitajiet kollha fl-ambitu kollu tas-CCI: id-dikjarazzjonijiet simplifikati u supplimentari (jekk mhumiex implimentati mill-Fażi 1), id-dikjarazzjonijiet doganali permezz ta’ entrata fir-rekords tad-dikjarant u d-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi supplimentari (li jirregolarizzaw aktar minn dikjarazzjoni doganali simplifikata waħda jew aktar minn entrata waħda fir-rekords tad-dikjarant), it-tqegħid tal-oġġetti taħt il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja, l-oġġetti soġġetti għas-sisa, l-oġġetti tal-UE fil-kuntest tal-kummerċ mat-territorji fiskali speċjali u l-oġġetti soġġetti għall-miżuri tal-politika agrikola komuni.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16 u 179, l-Artikolu 278(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2020

1.3.2022

(Fażi 1)

1.7.2024

(Fażi 1)

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q2 2022

2.10.2023

(Fażi 2)

2.6.2025

(Fażi 2)

16.

Ġestjoni tal-Garanzija (GUM) tal-KDU

Dan il-proġett għandu l-għan li jiżgura l-ġestjoni effettiv u effiċjenti tat-tipi differenti ta’ garanziji.

Komponent 1 - “GUM”: Il-komponent ċentrali tas-sistema trans-Ewropea se jkopri l-ġestjoni tal-garanziji komprensivi li jistgħu jintużaw f’aktar minn Stat Membru wieħed. Dan se jiġi implimentat fis-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU u se jinterfaċċa ma’ komponent nazzjonali (ara l-Komponent 2) għall-monitoraġġ tal-ammont ta’ referenza. Dan l-ammont ta’ referenza jista’ jkun relatat ma’ kull dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni supplimentari jew informazzjoni xierqa oħra dwar id-dettalji meħtieġa għall-monitoraġġ tal-ammonti ta’ referenza tal-garanziji komprensivi għall-ħżin temporanju u l-proċeduri doganali kollha kif previst fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tat-Tranżitu li jiġi ttrattat bħala parti mill-proġett tal-NCTS.

Komponent 2 - “Ġestjoni tal-Garanzija Nazzjonali”: Dan il-komponent se jiġi implimentat permezz ta’ sistema elettronika nazzjonali fejn il-garanziji komprensivi validi f’aktar minn Stat Membru wieħed se jiġu rreġistrati u ġestiti u l-ammont ta’ referenza tiegħu se jiġi mmonitorjat. Se jintuża wkoll għal garanziji oħra.

Il-komponent se jkun konness mas-sistemi nazzjonali tad-dikjarazzjoni doganali kull meta jiġu invokati garanziji fid-dikjarazzjoni doganali u, f’każ ta’ garanziji komprensivi, jenħtieġ li jirkupra d-data tan-negozju rilevanti mill-awtorizzazzjoni rispettiva biex jipprovdi garanzija komprensiva.

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16 u 89-100, l-Artikolu 278(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= Q3 2022

(il-komponent 1)

11.3.2024

(il-komponent 1)

11.3.2024

(il-komponent 1)

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

= għandha tiġi definita mill-Istat Membru

(il-komponent 2)

Għandha tiġi definita mill-Istat Membru bħala parti mill-pjan nazzjonali b’perjodu ta’ varar mhux qabel l-11.3.2024.

(il-komponent 2)

Għandha tiġi definita mill-Istat Membru bħala parti mill-pjan nazzjonali b’tieqa ta’ varar sal-2.6.2025

(il-komponent 2)

17.

Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (ICS2) tal-KDU

L-għan ta’ dan il-programm huwa li jsaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà ta’ qabel il-wasla tal-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni billi jimplimenta r-rekwiżiti l-ġodda tal-KDU rigward il-preżentazzjoni u t-trattament tad-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul (ENS), jiġifieri l-forniment tad-data tal-ENS f’aktar minn sottomissjoni waħda u/jew minn persuni differenti u l-iskambju ta’ dik id-data u tar-riżultati tal-analiżi tar-riskju fost l-awtoritajiet doganali. L-ICS2 se twassal għal arkitettura kompletament ġdida u għal sostituzzjoni progressiva tas-sistema ICS trans-Ewropea eżistenti.

Il-programm qed jiġi implimentat fi tliet rilaxxi.

Rilaxx 1: Dan ir-rilaxx ikopri l-obbligu fuq l-operaturi ekonomiċi rilevanti (l-operaturi postali u t-trasportaturi express fit-trasport bl-ajru) li jipprovdu d-data minima, jiġifieri s-sett tad-data ta’ qabel it-tagħbija tal-ENS.

Rilaxx 2: Dan ir-rilaxx ikopri l-implimentazzjoni tal-obbligi l-ġodda kompluti tal-ENS, tal-proċessi ta’ negozju u ta’ ġestjoni tar-riskju għall-oġġetti kollha bl-ajru.

Rilaxx 3: Dan ir-rilaxx ikopri l-implimentazzjoni tal-obbligi l-ġodda kompluti tal-ENS, tal-proċessi ta’ negozju u ta’ ġestjoni tar-riskju għall-oġġetti kollha fit-traffiku marittimu u bl-ilmijiet navigabbli interni u stradali u ferrovjarju (dan jinkludi l-oġġetti f’konsenji postali trasportati b’dawn il-mezzi ta’ trasport). L-introduzzjoni tar-Rilaxx 3 se sseħħ kif ġej: l-ewwel se jiġu introdotti t-trasportaturi bil-baħar u bl-ilmijiet navigabbli interni (pass 1), segwiti mill-house filers fit-traffiku marittimu u bl-ilmijiet navigabbli interni (pass 2), segwiti bit-trasportaturi stradali u dawk ferrovjarji (pass 3).

L-Artikolu 6(1), l-Artikoli 16, 46, 47, u 127-132, l-Artikolu 278(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tliet Rilaxxi

= Q2 2018

15.3.2021

(Rilaxx 1)

1.10.2021

(Rilaxx 1)

1.3.2023 (12)

(Rilaxx 2)

2.10.2023

(Rilaxx 2)

3.6.2024 (13) (Rilaxx 3)

Pass 1: 3.6.2024

Pass 2: 4.12.2024

Pass 3: 1.4.2025

Ara l-passi 1-3

Pass 1: 4.12.2024 (l-aktar tard)

Pass 2: 1.4.2025 (l-aktar tard)

Pass 3: 1.9.2025 (l-aktar tard)


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj?locale=mt).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/632 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta’ mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/632/oj/?locale=mt).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2446/oj?locale=mt).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/341/oj?locale=mt).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj?locale=mt).

(6)  Din id-data għall-bidu tat-tieqa tal-varar tas-sistemi elettroniċi hija l-aktar data bikrija biex l-Istati Membri jibdew l-operazzjonijiet.

(7)  Din id-data għat-tmiem tat-tieqa tal-varar tas-sistemi elettroniċi hija l-aħħar data sa meta s-sistema jenħtieġ li tkun varata bis-sħiħ u l-aħħar data sa meta l-operaturi ekonomiċi kollha jenħtieġ li jkunu emigraw; fejn applikabbli, id-data għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri u tkun id-data tat-tmiem tal-validità tal-perjodu tranżizzjonali.

(8)  Sa din id-data, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 55(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 irid jiġi implimentat fis-sistema nazzjonali tal-esportazzjoni.

(9)  Sal-31 ta’ Diċembru 2023 fir-rigward tal-Istati Membri li għalihom hija indirizzata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/237 jew sal-1 ta’ Lulju 2024 fejn japplika l-Artikolu 2(4a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446.

(10)  Sal-31 ta’ Diċembru 2023, fir-rigward tan-notifika tal-wasla ta’ inġenju tal-ajru fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru, u sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Frar 2024, rigward in-notifika tal-wasla ta’ bastiment li jbaħħar fit-territorju doganali tal-Unjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2023, fir-rigward in-notifika ta’ preżentazzjoni u tad-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja fir-rigward ta’ oġġetti mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru, u sad-29 ta’ Frar 2024 fir-rigward ta’ merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Unjoni b’mezzi oħra tat-trasport, fir-rigward tal-Istati Membri li għalihom huma indirizzati id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/234, 2023/235 u 2023/236.

(11)  Sal-31 ta’ Diċembru 2023 fir-rigward tal-Istati Membri li għalihom hija indirizzata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/237, jew sal-1 ta’ Lulju 2024 fejn japplika l-Artikolu 2(4a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446.

(12)  Sat-30 ta’ Ġunju 2023 rigward l-Istati Membri li għalihom hija indirizzata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/438.

(13)  Din id-data hija d-data għall-varar tar-Rilaxx 3 sħiħ tal-ICS2 mill-Istati Membri kollha.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2879/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top