Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2792

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2792 tal-11 ta’ Diċembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivifid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

ST/15787/2023/INIT

ĠU L, 2023/2792, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2792/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2792/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2792

11.12.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2792

tal-11 ta’ Diċembru 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivifid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 u l-21 ta’ Ottubru 2022, tal-15 ta’ Diċembru 2022, tat-23 ta’ Marzu 2023, tad-29 u t-30 ta’ Ġunju 2023, u tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja pprovdut mill-awtoritajiet Iranjani, li jrid jieqaf.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill ikkundanna bil-qawwa u kkunsidra inaċċettabbli kwalunkwe tip ta’ appoġġ militari mill-Iran, inkluż il-konsenji ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), għall-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. L-armi pprovduti mill-Iran qed jintużaw b’mod indiskriminat mir-Russja kontra l-popolazzjoni ċivili u l-infrastruttura tal-Ukrajna, u qed jikkawżaw qerda orribbli u tbatija umana.

(4)

Ir-Russja qed tuża UAVs prodotti mill-Iran b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, li tikser is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż kontra ċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili. Il-programm Iranjan sponsorjat mill-Istat għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ UAVs għalhekk jikkontribwixxi għall-ksur tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-prinċipji fundamentali tal-liġi internazzjonali. Il-programm huwa mmexxi mill-Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Iran u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, li t-tnejn huma sanzjonati mill-Unjoni, u jinkludi l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-trasferiment tal-UAVs, b’mod partikolari lejn ir-Russja. Huwa bbażat fuq kumpaniji tal-Istat kif ukoll privati u jibbenefika minn kapaċitajiet domestiċi ta’ riċerka.

(5)

F’dak il-kuntest, jenħtieġ li sitt persuni u ħames entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532, is-subintestatura u l-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3”:

“A.

Persuni fiżiċi

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1.

Hadi ZAHOURIAN

هادی ظهوریان

(Ortografija Farsi)

Pożizzjoni(jiet): Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Shakad Sanat Asmari

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjan

Sess: Raġel

Numru tal-passaport: 0055312047 (ID Nazzjonali)

Entitajiet assoċjati: Shakad Sanat Asmari

Hadi Zahourian huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Shakad Sanat Asmari.

Shakad Sanat Asmari (magħruf ukoll bħala Chekad Sanat Faraz Asia) hija kumpanija Iranjana li tiżviluppa u timmanifattura komponenti għall-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) Shahed.

Bħala s-CEO ta’ Shakad Sanat Asmari, Hadi Zahourian għalhekk qed jappoġġa u huwa involut fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

2.

Mohammad Shahab KHANIAN

محمد شهاب خانیان

(Ortografija Farsi)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Shakad Sanat Asmari

Post tat-twelid: Mashhad, Iran

Nazzjonalità: Iranjan

Sess: Raġel

Numru tal-passaport: 0930588411 (ID nazzjonali)

Entitajiet assoċjati: Shakad Sanat Asmari

Mohammad Shahab Khanian huwa l-Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Shakad Sanat Asmari.

Shakad Sanat Asmari (magħruf ukoll bħala Chekad Sanat Faraz Asia) hija kumpanija Iranjana li tiżviluppa u timmanifattura komponenti għall-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) Shahed.

Bħala l-Viċi CEO ta’ Shakad Sanat Asmari, Mohammad Shahab Khania għalhekk qed jappoġġa u huwa involut fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

3.

Ehsan Rahat VARNOSFADRANI

احسان راحت وارنوسفدرانی

(Ortografija Farsi)

Pożizzjoni(jiet): Xjentist prinċipali ta’ Shakad Sanat Asmari

Data tat-twelid: 1983

Post tat-twelid: Bahman, Iran

Nazzjonalità: Iranjan

Sess: Raġel

Entitajiet assoċjati: Shakad Sanat Asmari

Ehsan Rahat Varnosfadrani huwa x-Xjenzjat Prinċipali u eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Shakad Sanat Asmari.

Shakad Sanat Asmari (magħruf ukoll bħala Chekad Sanat Faraz Asia) hija kumpanija Iranjana li tiżviluppa u timmanifattura komponenti għall-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) Shahed.

Bħala x-Xjenzjat Prinċipali u l-eks CEO ta’ Shakad Sanat Asmari, Ehsan Rahat Varnosfadrani għalhekk qed jappoġġa u huwa involut fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

4.

Rahmatollah HEIDARI

magħruf ukoll bħala Rehmatollah HEIDARI

رحمت الله حیدری

(Ortografija Farsi)

Pożizzjoni(jiet): Direttur Maniġerjali u membru tal-bord tad-diretturi ta’ Baharestan Kish Company ibbażata fl-Iran

Data tat-twelid: 22.9.1985

Nazzjonalità: Iranjan

Sess: Raġel

Entitajiet assoċjati: Baharestan Kish Company; Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Rahmatollah Heidari huwa d-Direttur Maniġerjali u membru tal-bord tad-diretturi ta’ Baharestan Kish Company ibbażata fl-Iran.

Baharestan Kish Company timmanifattura komponenti ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV) għall-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

Bħala d-Direttur Maniġerjali u membru tal-bord tad-diretturi ta’ Baharestan Kish Company, Rahmatollah Heidari għalhekk qed jappoġġa u huwa involut fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

5.

Nader Khoon SIAVASH

نادر خون سیاوش

(Ortografija Farsi)

Pożizzjoni(jiet): Direttur ta’ Aerospace Industries Organisation (AIO)

Data tat-twelid: 30.4.1963

Nazzjonalità: Iranjan

Sess: Raġel

Numru tal-passaport: 0028892753 (ID nazzjonali)

Entitajiet assoċjati: Aerospace Industries Organization (AIO); Defence Industries Organization (DIO); Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Nader Khoon Siavash huwa d-Direttur tal-Aerospace Industries Organization (AIO).

L-AIO hija organizzazzjoni, li tirrapporta lill-Ministeru Iranjan għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) u hija attiva fil-programm ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV) tal-Iran.

Bħala Direttur tal-AIO, Nader Khoon Siavash għalhekk qed jappoġġa u huwa involut fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

6.

Ehsan IMANINEJAD

magħruf ukoll bħala Ehsan IMANIJAD

احسان ایمانی نژاد احسان ایمانی نژاد

(Ortografija Farsi)

Pożizzjoni(jiet): Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Saad Sazeh Faraz Sharif

Data tat-twelid: 1982

Post tat-twelid: Shahrivar, Iran

Nazzjonalità: Iranjan

Sess: Raġel

Entitajiet assoċjati: Saad Sazeh Faraz Sharif

Ehsan Imaninejad huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) ta’ Saad Sazeh Faraz Sharif.

Saad Sazeh Faraz Sharif (magħrufa wkoll bħala Daria Fanavar Borhan Sharif) hija kumpanija Iranjana, li toffri servizzi ta’ inġinerija ajruspazjali u timmanifattura partijiet mill-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ Shahed (UAVs).

Bħala CEO ta’ Saad Sazeh Faraz Sharif, Ehsan Imaninejad għalhekk qed jappoġġa u huwa involut fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

B.

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1.

Shakad Sanat Asmari

magħrufa ukoll bħala Chekad Sanat Faraz Asia

شکاد صنعت آسماری/چکاد صنعت فراز آسیا

(Ortografija Farsi)

Indirizz: Tehran Province - District 18, Tehran City, Central Sector, Tehran City, Tehran Station Quarter, Afshar Nou Alley, Fadaiyan Islam St., No. 841, 1st floor, postal code 1851617167

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Data tar-reġistrazzjoni: 2013

Post prinċipali tan-negozju: Iran

Individwi assoċjati: Hadi Zahourian (Uffiċjal Kap Eżekuttiv); Mohammad Shabab Khanian (Viċi Kap Uffiċjal Eżekuttiv); Ehsan Rahat Varnosfadrani (Xjenzat Prinċipali u eks Kap Uffiċjal Eżekuttiv)

Shakad Sanat Asmari (magħruf ukoll bħala Chekad Sanat Faraz Asia) hija kumpanija Iranjana li tiżviluppa u timmanifattura komponenti għall-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) Shahed.

Għalhekk qed tappoġġa u hija involuta fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

2.

Baharestan Kish Company

شرکت بهارستان کیش

(Ortografija Farsi)

Indirizz nru 1: Unit 17, Fifth Floor, Yas Building, Number 116, Sheikh Fazlollah Highway, Teimuri Blvd, before Sharif University Metro Station, Tehran, Iran;

Indirizz nru 2: Unit 18, Fifth Floor, Yas Building, Number 116, Sheikh Fazlollah Highway, Teimuri Blvd, before Sharif University Metro Station, Tehran, Iran;

Indirizz nru 3: Unit 19, Fifth Floor, Yas Building, Number 116, Sheikh Fazlollah Highway, Teimuri Blvd, before Sharif University Metro Station, Tehran 1459994450, Iran;

Indirizz nru 4: No. 47, East 18th Street, Farhang Boulevard, Sa’adat Abad, Tehran 1997857976, Iran;

Indirizz nru 5: Unit 2, First Floor, EX35, Number 2, Exhibition Industrial Town, Kish Island 7941659854, Iran;

Post tar-reġistrazzjoni: Iran

Data tar-reġistrazzjoni: 2002

Individwi assoċjati: Rahmatollah Heidari (Direttur Maniġerjali u membru tal-bord tad-diretturi)

Baharestan Kish Company timmanifattura komponenti ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV) għall-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

Il-kumpanija ħadmet ukoll fuq komponenti UAV Shahed, li ġew esportati lejn ir-Russja.

Baharestan Kish Company issorveljat diversi proġetti relatati mad-difiża, li kienu jinkludu l-manifattura tal-UAVs.

Għalhekk qed tappoġġa u hija involuta fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

3.

Saad Sazeh Faraz Sharif

magħrufa ukoll bħala

Daria Fanavar Borhan Sharif; Sadid Sazeh Parvaz Sharif

سدید سازه پرواز شریف/داریا فن آور برهان شریف/شرکت سعد سازه فراز شریف

(Ortografija Farsi)

Indirizz: Tehran Province - Tehran City - Central Sector - Tehran City - Shahrak Ansar Neighborhood - Tehran Karaj Highway - Chogan Street 9 - Plate 0 - Ground Floor

Tip ta’ entità: Limited Liability Company

Post tar-reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Data tar-reġistrazzjoni: 2017

Numru tar-reġistrazzjoni: 534295

Post prinċipali tan-negozju: Iran

Individwi assoċjati: Ehsan Imaninejad (Uffiċjal Kap Eżekuttiv)

Saad Sazeh Faraz Sharif hija kumpanija Iranjana, li toffri servizzi ta’ inġinerija ajruspazjali u timmanifattura partijiet mill-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ta’ Shahed (UAVs).

Għalhekk qed tappoġġa u hija involuta fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

4.

Sarmad Electronic Sepahan Company

magħrufa ukoll bħala

Sarmad Electronics; Sarmad Electronic Sepahan; Sarmad Electronics Co.

سدید سازه پرواز شریف/داریا فن آور برهان شریف/شرکت سعد سازه فراز شریف

(Ortografija Farsi)

Indirizz: Second Floor, No. 309, Alley 28, South Abou Na’im Street, Jaber Ansari Street, Isfahan, Iran;

Post tar-reġistrazzjoni: Iran

Data tar-reġistrazzjoni: 2014

Post prinċipali tan-negozju: Iran

Sarmad Electronic Sepahan Company hija kumpanija Iranjana, li tipproduċi l-komponenti speċifiċi użati fil-vetturi tal-ajru Iranjani mingħajr ekwipaġġ (UAVs).

Dawk l-UAVs jintużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Servomoturi u flowmotors f’UAVs Iranjani maqlugħa li nstabu fil-kamp tal-battalja tal-Ukrajna ġew intraċċati lura direttament għal Sarmad Electronic Sepahan Company.

Il-kumpanija nnifisha tirreklama l-attivitajiet tagħha fl-Iran billi tiddikjara li hija attiva f’industriji sensittivi kbar fil-pajjiż, inkluża dik tal-UAVs.

Għalhekk qed tappoġġa u hija involuta fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023

5.

Kimia Part Sivan Company (KIPAS)

magħrufa ukoll bħala

Kimiar Parts Sibon

شرکت کیمیا پارت سیوان (کیپس)

(Ortografija Farsi)

Indirizz: 1st Street, 6th Side Street, No. 81, Jey Industrial Park, Isfahan 8376100000, Iran;

Post tar-reġistrazzjoni: Iran

Numru tar-reġistrazzjoni: 10320661315 jew 414950 jew 47779.

Kimia Part Sivan Company (KIPAS) hija kumpanija bbażata fl-Iran li ħadmet mal-Forza Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-Iran (IRGC-QF) biex ittejjeb il-programm ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV) tal-forza.

L-uffiċjali ta’ Kipas wettqu testijiet tat-titjir tal-UAV għall-IRGC-QF u pprovdew assistenza teknika għall-UAVs tal-IRGC-QF trasferiti lejn l-Iraq għall-użu f’operazzjonijiet IRGC-QF. Kipas akkwista wkoll komponenti siewja tal-UAV għall-użu ulterjuri mill-IRGC.

Għalhekk qed tappoġġa u hija involuta fil-programm UAV tal-Iran.

11.12.2023”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2792/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top