Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2503

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2503 tad-9 ta’ Novembru 2023 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/12062/2023/INIT

ĠU L, 2023/2503, 10.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2503/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2503/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2503

10.11.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2503

tad-9 ta’ Novembru 2023

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-413/21 P (2), jenħtieġ li titħassar l-entrata ta’ persuna elenkata waħda.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

N. CALVIÑO SANTAMARÍA


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ April 2023, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea v Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi, kawża C-413/21 P, ECLI:EU:C:2023:306.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 8(1) u fl-Anness III għal dik id-Deċiżjoni (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(1)), il-Parti A (Individwi), titħassar l-entrata li ġejja:

“9.

Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1 ta’ Jannar 1978 Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi: 26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2503/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top