Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1409

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1409 tal-4 ta’ Lulju 2023 li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-eċċess tal-Unjoni lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto

C/2023/4379

ĠU L 170, 5.7.2023, p. 100–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/08/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1409/oj

5.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/100


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1409

tal-4 ta’ Lulju 2023

li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-eċċess tal-Unjoni lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

L-Unjoni kkonkludiet l-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-emenda ta’ Doha stabbiliet it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1339, l-unitajiet kollha tal-ammont assenjat maħruġa għat-tieni perjodu ta’ impenn li jkunu disponibbli fir-reġistru tal-Unjoni wara li l-Unjoni tkun ikkonformat mal-obbligu tagħha stabbilit fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u wara li jkun sar kwalunkwe trasferiment tal-unitajiet tal-ammont assenjat skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 (“eċċess tal-Unjoni”) għandhom jiġu rritornati lill-Istati Membri fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn.

(3)

Wara t-trasferiment tas-sehem applikabbli ta’ rikavati lill-Fond ta’ Adattament, l-eċċess nett tal-Unjoni fir-Reġistru tal-Unjoni tela’ għal 2 215 147 885 unità tal-ammont assenjat. Dawn l-unitajiet jenħtieġ li jiġu rritornati lill-Istati Membri u lir-Renju Unit (3) f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339.

(4)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-unitajiet lill-Istati Membri u lir-Renju Unit,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kummissjoni tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-unitajiet tal-ammont assenjat stabbiliti fl-Anness fil-kontijiet tal-Awstrija, tal-Belġju, tal-Bulgarija, tal-Kroazja, ta’ Ċipru, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Finlandja, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Ungerija, tal-Irlanda, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, ta’ Malta, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovakkja, tas-Slovenja, ta’ Spanja, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 207, 4.8.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13)

(3)   ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 59.


ANNESS

Stat Membru

Unitajiet tal-ammont assenjat tal-eċċess tal-Unjoni allokati

L-Awstrija

13 779 438

Il-Belġju

21 010 620

Il-Bulgarija

129 595 427

Il-Kroazja

7 379 327

Ċipru

1 611 575

Iċ-Ċekja

136 916 575

Id-Danimarka

13 496 692

L-Estonja

52 162 070

Il-Finlandja

8 895 367

Franza

102 390 482

Il-Ġermanja

200 540 800

Il-Greċja

16 329 385

L-Ungerija

110 193 391

L-Irlanda

11 665 373

L-Italja

81 862 104

Il-Latvja

41 199 008

Il-Litwanja

72 359 623

Il-Lussemburgu

2 472 803

Malta

315 853

In-Netherlands

31 245 242

Il-Polonja

306 866 601

Il-Portugall

13 660 512

Ir-Rumanija

503 842 880

Is-Slovakkja

77 068 229

Is-Slovenja

3 376 854

Spanja

60 009 461

L-Iżvezja

13 580 833

Ir-Renju Unit

181 321 357


Top