This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1188
Council Decision (CFSP) 2023/1188 of 19 June 2023 amending Decision 2014/386/CFSP concerning restrictive measures in response to the illegal annexation of Crimea and Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1188 tad-19 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1188 tad-19 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
ST/10263/2023/INIT
ĠU L 157, 20.6.2023, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1188
tad-19 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u tibqa’ tikkundannaha bħala ksur tad-dritt internazzjonali. L-Unjoni għadha soda fl-impenn tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u tibqa’ ddedikata għall-implimentazzjoni sħiħa tal-politika tagħha ta’ nonrikonoxximent. |
(3) |
Fuq il-bażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sat-23 ta’ Ġunju 2024. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/386/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta’ Ġunju 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).