This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1094
Council Decision (CFSP) 2023/1094 of 5 June 2023 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1094 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1094 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/7485/2023/INIT
ĠU L 146, 6.6.2023, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 146/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1094
tal-5 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Frar 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tal-Unjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tinsab lesta li tkompli ssaħħaħ il-miżuri restrittivi tagħha kontra r-Russja. |
(4) |
Il-Kunsill evalwa li teżisti relazzjoni ta’ benefiċċju u appoġġ reċiproċi bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja. B’mod partikolari, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa sistematikament ippermetta lil negozjanti prominenti Russi jakkumulaw il-ġid tagħhom permezz tal-isfruttament ta’ riżorsi naturali u riżorsi pubbliċi oħra. Il-Kunsill iqis, fid-dawl ta’ din ir-relazzjoni ta’ interdipendenza bejn negozjanti ewlenin u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li l-kriterji ta’ deżinjazzjoni jenħtieġ li jkopru negozjanti ewlenin li joperaw fi kwalunkwe settur ekonomiku tar-Russja. Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li l-kriterji ta’ deżinjazzjoni jenħtieġ li jiġu estiżi sabiex jippermettu l-elenkar kif opportun ta’ negozjanti oħra li huma involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, sabiex tiżdied il-pressjoni fuq il-Gvern tal-Federazzjoni Russa biex itemm il-gwerra ta’ aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna. |
(5) |
Il-Kunsill evalwa wkoll li negozjanti ewlenin Russi involvew ruħhom fi prattika sistematika fejn spiss iqassmu l-fondi u l-assi tagħhom fost il-membri immedjati tal-familja tagħhom u persuni oħra sabiex jaħbu l-assi tagħhom, jevitaw il-miżuri restrittivi u jżommu kontroll fuq ir-riżorsi disponibbli għalihom. Għalhekk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li l-membri immedjati tal-familja jew persuni fiżiċi oħra, li jibbenefikaw b’dan il-mod minn negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja, jiġu ddeżinjati wkoll kif xieraq, kemm sabiex tiżdied il-pressjoni fuq il-Gvern tal-Federazzjoni Russa biex itemm il-gwerra ta’ aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna kif ukoll sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi. |
(6) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
(7) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 2(1), il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).