Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0470

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/470 tat-2 ta’ Marzu 2023 li ma tapprovax id-d-Alletrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/1368

ĠU L 68, 6.3.2023, pp. 177–178 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/470/oj

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/177


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/470

tat-2 ta’ Marzu 2023

li ma tapprovax id-d-Alletrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-(RS)-3-Allil-2-metil-4-ossoċiklopent-2-enil-(1R,3R;1R,3S)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)-ċiklopropankarbossilat (taħlita ta’ 4 isomeri 1R trans, 1R: 1R trans, 1S: 1R cis, 1R: 1R cis, 1S 4:4:1:1) (‘d-Alletrina) (Nru CAS: 231937-89-6).

(2)

Id-d-Alletrina ġiet evalwata għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, (insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra), kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Ġermanja nħatret bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tagħha ressqet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) fil-11 ta’ Jannar 2017. Wara l-preżentazzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni, saru diskussjonijiet f’laqgħat tekniċi organizzati mill-Aġenzija.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 75(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi. F’konformita mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzija fit-12 ta’ Ottubru 2021 (3), filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont l-opinjoni tal-Aġenzija, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 li fihom id-d-Alletrina ma jistgħux ikunu mistennija li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (b)(iii) u (iv) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija nnotat li l-ispeċifikazzjonijiet ta’ referenza proposti, stabbiliti abbażi tad-data pprovduta minn wieħed mill-applikanti, mhumiex konformi mal-kompożizzjoni tal-materjal li ntuża għall-ittestjar biex tiġi ġġenerata d-data tossikoloġika pprovduta mill-applikanti. B’riżultat ta’ dan, abbażi tad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet, ma setax jiġi stabbilit jekk il-prodotti bijoċidali rappreżentattivi setgħux jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 19(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Skont l-opinjoni tal-Aġenzija, abbażi tad-data tossikoloġika disponibbli, ġie identifikat riskju inaċċettabbli għall-pubbliku ġenerali minħabba l-esponiment sekondarju għall-fotometaboliti ġenotossiċi ffurmati wara l-applikazzjoni tal-prodotti rappreżentattivi.

(8)

Barra minn hekk, skont l-opinjoni tal-Aġenzija, ġie identifikat riskju inaċċettabbli għall-ambjent għall-kompartiment akkwatiku (l-ilma tal-wiċċ u s-sediment) u għall-ħamrija.

(9)

Bħala konklużjoni, ma seta’ jiġi identifikat l-ebda użu sikur meta jitqiesu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent għal kull wieħed mill-prodotti bijoċidali rappreżentattivi sottomessi fl-applikazzjonijiet.

(10)

Għalhekk, il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tad-d-Alletrina stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma ġewx issodisfati.

(11)

Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, mhuwiex xieraq li d-d-Alletrina tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-d-Alletrina (Nru CAS: 231937-89-6) mhijiex approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance: d-Allethrin, Product type: 18, ECHA/BPC/293/2021, adottata fit-12 ta’ Ottubru 2021.


Top