This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0189
Council Decision (EU) 2023/189 of 23 January 2023 appointing an alternate member, proposed by Romania, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/189 tat-23 ta’ Jannar 2023 li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/189 tat-23 ta’ Jannar 2023 li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/15941/2022/INIT
ĠU L 26, 30.1.2023, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2025
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/189
tat-23 ta’ Jannar 2023
li taħtar membru supplenti, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Rumen,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Nicolae PANDEA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Rumen ippropona lis-Sur Valentin-Dumitru-Ioan IVAN, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Primar, Comuna Sadu, Județul Sibiu (Sindku tal-Komun ta’ Sadu, Kontea ta’ Sibiu), bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Valentin-Dumitru-Ioan IVAN, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali, Primar, Comuna Sadu, Județul Sibiu (Sindku tal-Komun ta’ Sadu, Kontea ta’ Sibiu), huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).