Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023C01340

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (UE) 2023/2675 dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

ST/13939/2023/ADD/1

ĠU C, C/2023/1340, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1340/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1340/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1340

7.12.2023

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (UE) 2023/2675 dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

(C/2023/1340)

Il-koerċizzjoni ekonomika tista' taffettwa kwalunkwe qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u jista' jkollha implikazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u legali kumplessi. Dan ir-Regolament huwa rispons meħtieġ u effettiv għall-koerċizzjoni ekonomika u jopera permezz ta' deterrenza iżda jista' jwassal għall-adozzjoni ta' kontromiżuri, fejn meħtieġ fl-aħħar istanza. Dan ir-Regolament ma għandu ebda preċedent, huwa mfassal bir-reqqa u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-implikazzjonijiet sinifikanti ta' każijiet ta' koerċizzjoni ekonomika. Minn dan isegwi li dan ir-Regolament u l-approċċi fih, b'mod partikolari l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kunsill skont l-Artikolu 4, huma strettament speċifiċi għas-suġġett u ma jikkostitwixxux preċedent għal fajls leġiżlattivi oħra bbażati fuq l-Artikolu 207 TFUE, jew biex jiġu proposti tali atti. Bl-istess mod, ir-regoli dwar l-użu tal-proċedura ta' eżami fir-rigward tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni miftiehma f'dan l-istrument ma jippreġudikawx l-eżitu ta' negozjati leġiżlattivi oħra li għaddejjin jew futuri u ma għandhomx jitqiesu bħala preċedent għal fajls leġiżlattivi oħra. Dan ir-Regolament għalhekk ma għandux jitqies bħala preċedent għal atti oħra.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1340/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top