EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2430

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2430 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/15575/2022/INIT

OJ L 318I, 12.12.2022, p. 20–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2430/oj

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 318/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2430

tat-12 ta’ Diċembru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

L-Iran jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta' aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li erba' individwi u erba' entitajiet involuti fl-iżvilupp u l-kunsinna ta' Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ lir-Russja jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Persuni

 

Ismijiet

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1268.

Yousef ABOUTALEBI

یوسف ابوطالبی

Data tat-twelid: 29.5.1983

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Direttur maniġerjali ta' OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado)

Yousef Aboutalebi huwa d-direttur maniġerjali ta' OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado) elenkata mill-UE, kumpanija bbażata fl-Iran speċjalizzata fil-manifattura ta' komponenti ta' vVtturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAV) u fl-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti kummerċjali.

MADO hija affiljata mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Permezz ta' Mado, Aboutalebi akkwista magni ta' UAVs maħsuba għall-użu militari mill-IRGC u minn entitajiet marbuta mal-IRGC.

Magni manifatturati minn Mado nstabu fl-UAVs Iranjani Shahed-136 użati mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Yousef Aboutalebi qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022

1269.

Ali Reza BALALI

علیرضا بلالی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Pożizzjoni: Uffiċjal

tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika u konsulent għall-kap tal-Forza Ajruspazjali (IRGC AF), Amir Ali Hajizadeh

Il-Brigadier Ġeneral Ali Reza Balali huwa uffiċjal tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u konsulent għall-kap tal-Forza Ajruspazjali tal-IRGC (IRGC AF), elenkat mill-UE, Amir Ali Hajizadeh.

Balali organizza u ppromwova avveniment biex jintwerew Vetturi tal-Ajru militari mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) u jsir taħtriġ b'dawn il-vetturi f'Kashan, l-Iran f'Awwissu 2022, li għalih ġew mistiedna u li fih ipparteċipaw il-forzi Russi. B'dan il-mod, huwa appoġġa lill-forzi Russi fl-użu ta' UAVs Iranjani fil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, il-Brigadier Ġeneral Amir Ali Hajizadeh qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022

1270.

Abdollah MEHRABI

عبدلله مهرابی

Data tat-twelid: 22.12.1961

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Pożizzjoni: Kap tar-Research and Self-Sufficiency Jihad Organization tal-Forza Aerospazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC AF)

Il-Brigadier Ġeneral Abdollah Mehrabi huwa l-kap tar-Research and Self-Sufficiency Jihad Organization tal-Forza Ajruspazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC AF) u ex-koproprjetarju ta' OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado) elenkata mill-UE.

Mehrabi akkwista magni ta' Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAV) minn Mado għall-użu mill-IRGC AF Research and Self-Sufficiency Jihad Organization. Il-magni manifatturati minn Mado nstabu fl-UAVs Iranjani Shahed-136 użati mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, il-Brigadier Ġeneral Abdollah Mehrabi qed jappoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022

1271.

Hamid VAHEDI

حمید واحدی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru Iranjana

Il-Brigadier Ġeneral Hamid Vahedi huwa l-Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru Iranjana.

F'din il-pożizzjoni, huwa involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm Iranjan ta' Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAV), l-esportazzjonijiet ta' UAVs u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża mal-Federazzjoni Russa f'dan il-qasam, li kollha wasslu biex l-UAVs Iranjani jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, il-Brigadier Ġeneral Hamid Vahedi qed jappoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022”.

Entitajiet

 

Ismijiet

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

“122.

Design and Manufacturing of Aircraft Engines (DAMA)

طراحی و ساخت موتور هواپیما

Indirizz: Shishesh Mina Street, Karaj Special Road, Tehran, Iran

Numru tar-reġistrazzjoni: 14005160213

Post prinċipali tan-negozju: L-Iran

Design and Manufacturing of Aircraft Engines (DAMA) hija kumpannija Iranjana

DAMA hija involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-programm ta' Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) Iranjani Shahed-171, li huwa proprjetà tal-Forza Ajruspazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC AF). DAMA hija kumpannija faċċata li wettqet attivitajiet ta' akkwist bil-moħbi għal Aircraft Manufacturing Industries tal-Iran (HESA), entità affiljata mal-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Iran (MODAFL) .

L-Iran biegħ diversi tipi ta' UAV lill-Federazzjoni Russa, inkluż Shahed-171, żviluppati minn DAMA. Il-UAVs Shahed-171 intużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, DAMA qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022

123.

Islamic Revolutionary Guard Corps Research and Self-Sufficiency Jihad Organization (IRGC SSJO)

سازمان جهاد خودکفایی و تحقیقات سپاه

Indirizz: Teheran u Isfahan, l-Iran

Tip ta' entità: Kuntrattur militari

Post tar-reġistrazzjoni: Tehran, l-Iran

Data tar-reġistrazzjoni: 1993

Post prinċipali tan-negozju: L-Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps Research and Self-Sufficiency Jihad Organization (IRGC SSJO) hija unità ta' riċerka u żvilupp li tiżviluppa u timmanifattura radar li jippenetra l-art, sistemi ta' komunikazzjoni, armi, vetturi tal-ġlied u tagħmir elettroniku tal-gwerra ċibernetika.

Bħala parti mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), l-IRGC SSJO kienet involuta f'attivitajiet ta' riċerka u żvilupp u ta' akkwist marbuta mal-iżvilupp tal-Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) Iranjani, li wħud minnhom qed jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, l-IRGC SSJO qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022

124.

Oje Parvaz Mado Nafar Company (Mado)

شرکت اوژه پرواز مادو نفر (مادو)

Magħrufa wkoll bħala: Owj Parvaz Mado Nafar Company LLC

Indirizz: Qom, No. 1106, 11 Hemmat Corner, Hemmat Square, Hemmat Boulevard, Shokuhieh Industrial Town, Qom Province, 3718116354, Iran

OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado) hija kumpanija bbażata fl-Iran speċjalizzata fil-manifattura ta' komponenti ta' vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV).

MADO pproduċiet magni ta' UAVs għal entitajiet marbuta mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), inkluż magni użati UAVs Shahed-136. UAVs Shahed-136 qed jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna, taħt l-isem Geran-2.

Għaldaqstant, Madoqed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022

125.

Paravar Pars Company

شرکت پراور پارس

Magħrufa wkoll bħala: Paravar Pars Aerospace Research and Engineering Services; Paravar Pars Aerospace Research Institute; Paravar Pars Engineering and Services Aerospace Research Company; Paravar Pars; ParavarPars; Pravarpars Engineering Research and Design Company

Post prinċipali tan-negozju: 13-il km minn Shahid Babaei Highway, wara l-Università Imam Hossein, maġenb Telo Road, Tehran, l-Iran

Email: info@paravar-pars.com

Paravar Pars Company hija assoċjata mill-qrib mal-Università Imam Hossein, li hija kkontrollata mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

Paravar Pars Company ipproduċiet Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali tal-IRGC (IRGC AF) u ttestjat UAVs għall-Forza Navali tal-IRGC. B'mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjan żviluppati mill-IRGC AF. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Paravar Pars Company għandha tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.12.2022”.


Top