This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2419
Regulation (EU) 2022/2419 of the European Central Bank of 6 December 2022 amending Regulation (EU) 2021/378 on the application of minimum reserve requirements (ECB/2021/1) (ECB/2022/43)
Regolament (UE) 2022/2419 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2021/378 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (BĊE/2022/43)
Regolament (UE) 2022/2419 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2021/378 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (BĊE/2022/43)
ECB/2022/43
ĠU L 318, 12.12.2022, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/7 |
REGOLAMENT (UE) 2022/2419 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2021/378 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (BĊE/2022/43)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Ir-riżervi minimi sa issa ġew irremunerati bir-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-BĊE. Sabiex ir-remunerazzjoni tar-riżervi minimi tiġi allinjata aktar mill-qrib mal-kundizzjonijiet tas-suq monetarju, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, nhar is-27 ta’ Ottubru 2022, li jistabbilixxi tali remunerazzjoni bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema (DFR). Skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u tal-likwidità, id-DFR tirrifletti aħjar ir-rata li biha l-fondi jistgħu jiġu investiti fi strumenti tas-suq monetarju jekk ma jinżammux bħala riżervi minimi u r-rata li biha l-banek jistgħu jissellfu fondi fis-suq monetarju biex jissodisfaw ir-riżervi minimi. Il-bidla fir-remunerazzjoni tar-riżervi minimi trid tiżgura li s-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema la tpoġġi piż fuq is-sistema bankarja fiż-żona tal-euro, u lanqas tfixkel l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni effettiva, il-bidla fir-remunerazzjoni għandha tiġi allinjata mal-bidu tal-perijodu ta’ manutenzjoni, li jibda fl-21 ta’ Diċembru 2022. |
(2) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trasparenza legali, bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tas-17 ta’ Frar 2022 li tiġi rieżaminata r-remunerazzjoni tad-depożiti tal-politika mhux monetarja fil-livell tal-Eurosistema, huwa xieraq li jiġi ddefinit ukoll it-trattament tar-remunerazzjoni tal-fondi inizjalment inklużi f’fondi ta’ riżervi minimi li sussegwentement jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (2), u għalhekk huma esklużi mill-fondi tar-riżervi minimi ta’ istituzzjoni skont dak l-att. |
(3) |
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-21 ta’ Diċembru 2022. |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) huwa mibdul b’dan li gej:
“Artikolu 9
Remunerazzjoni
1. Il-BĊN rilevanti għandu jirremunera fondi ta’ riżervi minimi fil-kontijiet ta’ riżerva bil-medja, meħuda matul il-perijodu ta’ żamma, tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema (ponderata skont in-numru ta’ jiem kalendarji) skont il-formula li ġejja (fejn ir-riżultat jitqarreb għall-eqreb ċenteżmu):
Fejn:
Rt |
= |
ir-remunerazzjoni li għandha titħallas fuq fondi ta’ riżervi minimi għall-perijodu ta’ żamma t; |
Ht |
= |
il-medja ta’ fondi ta’ kuljum ta’ riżervi minimi għall-perijodu tal-żamma t; |
nt |
= |
in-numru ta’ jiem kalendarji fil-perijodu ta’ żamma t; |
rt |
= |
ir-rata ta’ remunerazzjoni fuq fondi ta’ riżervi minimi għall-perijodu taż-żamma t; għandu jsir aġġustament standardizzat tar-rata ta’ remunerazzjoni għal żewġ punti deċimali; |
i |
= |
i jum kalendarju tal-perijodu ta’ żamma t; |
DFRi |
= |
ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu f’kull jum i tal-perijodu ta’ manutenzjoni. |
2. Il-BĊN rilevanti għandu jħallas ir-remunerazzjoni fuq il-fondi ta’ riżervi minimi fit-tieni jum ta’ negozju TARGET2 wara t-tmiem tal-perijodu ta’ żamma li matulu ġiet iggwadanjata r-remunerazzjoni.
3. Il-fondi inklużi f’fondi ta’ riżervi minimi li sussegwentement jiġu esklużi minn dawk ir-riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 3(1)(d), għandhom jiġu rremunerati mill-BĊN rilevanti skont ir-regoli applikabbli għal politika mhux monetarja ta’ depożiti fil-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) (*1), b’effett mid-data li l-kundizzjoni speċifika tal-Artikolu 3(1)(d) tapplika, kif aċċertata mill-BĊN rilevanti.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-21 ta’ Diċembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.
(2) Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).