This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2183
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/2183 of 8 November 2022 amending Annexes V and XIV to Implementing Regulation (EU) 2021/404 as regards the entries for Canada, the United Kingdom and the United States in the lists of third countries authorised for the entry into the Union of consignments of poultry, germinal products of poultry and fresh meat of poultry and game birds (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2183 tat-8 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2183 tat-8 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/8075
ĠU L 288, 9.11.2022, p. 21–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/21 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2183
tat-8 ta’ Novembru 2022
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jeżiġi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew minn territorji, minn żoni jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar għaxar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (2), British Columbia (2), Manitoba (2), Ontario (1), Quebec (1) u Saskatchewan (2) fil-Kanada, ikkonfermati bejn is-26 ta’ Settembru 2022 u t-13 ta’ Ottubru 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(6) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar 41 tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-kontej ta’Anglesey (2), Cheshire (1), Devon (1), Essex (2), Lancashire (2), Lincolnshire (2), Norfolk (25), Suffolk (2), West Essex (1), u Yorkshire (2) fl-Ingilterra, ir-Renju Unit u fil-Gżejjer Orkney (1), fl-Iskozja, ir-Renju Unit, ikkonfermati bejn id-9 ta’ Ottubru 2022 u s-26 ta’ Ottubru 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(7) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 18-il tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam li jinsabu fl-istati ta’ Alaska (1), California (1), Colorado (1), Florida (2), Kansas (3), Minnesota (1), Nebraska (1), Nevada (1), Pennsylvania (1) South Dakota (1) u Utah (5), l-Istati Uniti, ikkonfermati bejn is-7 ta’ Ottubru 2022 u l-25 ta’ Ottubru 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(8) |
Wara dawn it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żona ta’ kontroll ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
(9) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ressqu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat riċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. |
(10) |
Barra minn hekk, il-Kanada ressqet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ erba’ tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fi stabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ British Columbia (1), Alberta (1), Ontario (1) u Quebec (1), il-Kanada, ikkonfermati rispettivament fit-8 ta’ Ġunju 2022, fit-12 ta’ April 2022, fis-26 ta’ April 2022 u fl-14 ta’ April 2022. |
(11) |
Il-Kanada ressqet ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadet biex tevita aktar tixrid ta’ dik il-marda. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, il-Kanada implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, u lestiet ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħha. |
(12) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni mressqa mill-Kanada u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fi stabbilimenti tal-pollam tneħħew u li ma għadx hemm xi riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam miż-żoni tal-Kanada minn fejn id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam kien ġie sospiż minħabba dawk it-tifqigħat. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
(14) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza. |
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2061 (4) emenda l-Parti 1 tal-Anness V u l-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi żied ir-ringielaUS-2.296, li tiddefinixxi żona affettwata waħda fl-entrati għall-Istati Uniti fl-Anness V u fl-Anness XIV. Peress li nstab żball dwar id-data tal-konferma tat-tifqigħa relatata, jenħtieġ li r-ringieli għaż-żona US-2.296 f’dawn l-Annessi jiġu kkoreġuti skont dan. Jenħtieġ li din il-korrezzjoni tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2061. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
1. Fl-Anness V, fil-Parti 1, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.296 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“US l-Istati Uniti |
US-2.296 |
Pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti u pollam produttiv għajr ir-ratiti |
BPP |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi |
BPR |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti |
SP |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Ratiti maħsuba għall-iskarnar |
SR |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti |
DOC |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti |
DOR |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Inqas minn 20 eżemplar tal-pollam għajr ir-ratiti |
POU-LT20 |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Bajd għat-tifqis tal-pollam għajr ir-ratiti |
HEP |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Bajd għat-tifqis tar-ratiti |
HER |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Inqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam għajr ir-ratiti |
HE-LT20 |
N, P1 |
|
7.10.2022” |
|
2. Fl-Anness XIV, fil-Parti 1, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.296 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“US l-Istati Uniti |
US-2.296 |
Laħam frisk tal-pollam għajr ir-ratiti |
POU |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
Laħam frisk tar-ratiti |
RAT |
N, P1 |
|
7.10.2022 |
|
||
Laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa |
GBM |
P1 |
|
7.10.2022” |
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mis-27 ta’ Ottubru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2061 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 69).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|