EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2060
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/2060 of 14 June 2022 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards specifying the criteria for assessing the modellability of risk factors under the internal model approach (IMA) and specifying the frequency of that assessment under Article 325be(3) of that Regulation (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju skont l-approċċ ta’ mudell intern (IMA) u li jispeċifikaw il-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni skont l-Artikolu 325be(3) ta’ dak ir-Regolament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju skont l-approċċ ta’ mudell intern (IMA) u li jispeċifikaw il-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni skont l-Artikolu 325be(3) ta’ dak ir-Regolament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/3801
OJ L 276, 26.10.2022, p. 60–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/60 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2060
tal-14 ta’ Ġunju 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju skont l-approċċ ta’ mudell intern (IMA) u li jispeċifikaw il-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni skont l-Artikolu 325be(3) ta’ dak ir-Regolament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 325be(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju msemmija fl-Artikolu 325be(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li tiddetermina l-miżura ta’ riskju xierqa li għandha tintuża mill-istituzzjonijiet biex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ kull fattur ta’ riskju inkluż, jew li jinsab fil-proċess li jiġi inkluż, fl-approċċ alternattiv tal-mudell intern tal-istituzzjonijiet stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-fatturi ta’ riskju li jistgħu jiġu mmudellati jkunu soġġetti għall-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, filwaqt li l-fatturi ta’ riskju li ma jistgħux jiġu mmudellati jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ kriżi, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni jenħtieġ li jkopri d-distribuzzjoni probabilistika tal-fatturi ta’ riskju fuq perjodu storiku twil biżżejjed, li fih tkun osservabbli d-data tas-suq rilevanti għal dawk il-fatturi ta’ riskju. Għalhekk, fattur ta’ riskju jenħtieġ li jitqies bħala mudellabbli fejn ikun hemm disponibbli għadd suffiċjenti ta’ prezzijiet verifikabbli osservabbli li jkunu rappreżentattivi ta’ dak il-fattur ta’ riskju. Sabiex titwettaq dik il-valutazzjoni, jenħtieġ li jkun xieraq perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar li jintemm fid-data ta’ referenza ta’ rapportar preċedenti. Madankollu, biex jitqies dewmien possibbli fid-disponibbiltà tad-data, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jitħallew jissostitwixxu dak il-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar b’perjodu ta’ 12-il xahar spostat. Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-prattiki madwar l-Unjoni, tali bidla jenħtieġ li tkun limitata għal xahar. Għall-istess raġuni, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li japplikaw tali perjodi ttrasferiti b’mod konsistenti fil-fatturi ta’ riskju kollha tal-istess tip, u jipprovdu lill-awtorità kompetenti tagħhom b’dokumentazzjoni dettaljata fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ tali perjodi ttrasferiti. |
(3) |
Huwa mistenni li l-istituzzjonijiet jista’ ma jkollhomx l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju mill-attività ta’ negozjar tagħhom stess. Għalhekk, meta jiġi vvalutat jekk il-fatturi ta’ riskju jkunux mudellabbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jitħallew jużaw ukoll informazzjoni dwar il-prezzijiet miksuba minn bejjiegħa terzi, dment li dawk il-prezzijiet ikunu verifikabbli u li dawk il-bejjiegħa terzi jkunu soġġetti għal awditu indipendenti rigward il-validità tal-informazzjoni tagħhom dwar il-prezzijiet. |
(4) |
Pass ewlieni fil-valutazzjoni ta’ jekk il-fatturi ta’ riskju jkunux mudellabbli huwa l-valutazzjoni tar-rappreżentattività tal-prezzijiet verifikabbli identifikati għal dawk il-fatturi ta’ riskju. Prezz verifikabbli jenħtieġ li jitqies rappreżentattiv ta’ fattur ta’ riskju ta’ istituzzjoni fejn l-istituzzjoni tkun tista’ tieħu l-valur tal-fattur ta’ riskju mill-valur tal-prezz verifikabbli bl-użu ta’ metodoloġiji kwantitattivi użati b’mod komuni. Għadd ta’ dawk il-metodoloġiji jeħtieġu data addizzjonali tal-input sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jieħdu l-valur ta’ fattur ta’ riskju, li jagħmilha aktar kumplessa biex juru r-rappreżentattività tal-prezzijiet verifikabbli. Għalhekk, dawk il-metodoloġiji, kif ukoll id-data addizzjonali tal-input, fejn meħtieġ, jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni oġġettiva u ddokumentata kif xieraq, u b’hekk l-istituzzjonijiet ma jitħallewx jużaw suppożizzjonijiet mhux sodi. Minħabba n-nuqqas ta’ verifikabbiltà u rappreżentattività tagħhom, f’konformità ma’ standards internazzjonali, ir-rikonċiljazzjonijiet jew il-valutazzjonijiet tal-kollateral jenħtieġ li ma jitqisux bħala sorsi eliġibbli ta’ prezzijiet verifikabbli. |
(5) |
Meta l-fatturi ta’ riskju jkunu punti ta’ kurva, wiċċ jew kubu, kemm dawk il-fatturi ta’ riskju jkunu mudellabbli jenħtieġ li jiġi vvalutat skont kemm kull bucket ta’ dik il-kurva, wiċċ jew kubu, ikun mudellabbli, minħabba karatteristiċi komuni ta’ fatturi ta’ riskju li jappartjenu għal bucket partikolari. Għalhekk, il-mudellabbiltà ta’ dak il-bucket jenħtieġ li tiġi vvalutata b’referenza għall-prezzijiet verifikabbli kollha li jkunu allokati għal dak il-bucket, filwaqt li l-prezzijiet verifikabbli rappreżentattivi ta’ fattur ta’ riskju partikolari f’bucket jenħtieġ li jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-fatturi ta’ riskju kollha li jappartjenu għall-istess bucket. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jitħallew jagħżlu buckets standard, jew, fejn jitqies aktar xieraq għal kurva, wiċċ jew kubu speċifiku, buckets alternattivi żviluppati minnhom stess. |
(6) |
Barra minn hekk, il-kriterji għall-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju jenħtieġ li jkopru każijiet fejn istituzzjoni tuża funzjoni parametrika biex tirrappreżenta kurva, wiċċ jew kubu, u tistabbilixxi l-parametri tal-funzjoni bħala l-fatturi ta’ riskju fil-mudell tagħha tal-kejl tar-riskji. F’dawk il-każijiet, dawk il-kriterji jenħtieġ li jispeċifikaw kif jenħtieġ li titwettaq il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dawk il-funzjonijiet parametriċi u tal-parametri ta’ funzjoni. |
(7) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiġu megħjuna jivvalutaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif ir-rekwiżit ta’ dokumentazzjoni ġenerali previst fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet meta jivvalutaw jekk fattur ta’ riskju jkunx mudellabbli. |
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
(9) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ fatturi ta’ riskju li ma jappartjenux għal kurva, wiċċ jew kubu
1. Il-fatturi ta’ riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 325be(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li ma jappartjenux għal kurva, wiċċ jew kubu għandhom jiġu vvalutati bħala mudellabbli meta jiġi ssodisfat wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a) |
matul perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar li jintemm fid-data ta’ referenza ta’ rapportar preċedenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (3), jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
matul il-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar imsemmi fil-punt (a), l-istituzzjoni identifikat, għal dak il-fattur ta’ riskju, l-eżistenza ta’ mill-inqas 100 prezz li jkunu verifikabbli f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, li jkollhom dati ta’ osservazzjoni distinti u li jkunu kkunsidrati rappreżentattivi ta’ dak il-fattur ta’ riskju f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
2. Istituzzjoni tista’ tissostitwixxi l-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1 b’perjodu ta’ 12-il xahar li jintemm mhux qabel xahar qabel id-data ta’ referenza ta’ rapportar preċedenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 (“perjodu ttrasferit”), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjoni tapplika dak il-perjodu ttrasferit b’mod konsistenti fil-fatturi kollha ta’ riskju tal-istess tip bħall-fattur ta’ riskju kkonċernat; |
(b) |
l-istituzzjoni tapplika dak il-perjodu ttrasferit b’mod konsistenti maż-żmien; |
(c) |
l-istituzzjoni tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni ta’ dak il-perjodu ttrasferit. |
Artikolu 2
Prezzijiet verifikabbli
1. Prezz għandu jitqies verifikabbli meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-prezz jinkiseb minn tranżazzjoni li għaliha l-istituzzjoni kienet waħda mill-partijiet u li daħlet fiha f’kundizzjonijiet ta’ distakkament; |
(b) |
il-prezz jinkiseb minn tranżazzjoni li jkunu daħlu fiha partijiet terzi f’kundizzjonijiet ta’ distakkament u li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 5; |
(c) |
il-prezz jinkiseb minn offerta kompetittiva reali bona fide u joffri kwotazzjonijiet ipprovduti f’kundizzjonijiet ta’ distakkament mill-istituzzjoni nnifisha jew minn partijiet terzi, il-valuri li bihom l-istituzzjoni jew il-partijiet terzi jkunu impenjaw ruħhom li jeżegwixxu tranżazzjoni f’konformità mad-drawwa tan-negozju u li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 5. |
2. Minkejja l-paragrafu 1, prezz ma għandux jitqies bħala verifikabbli meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-prezz jinkiseb minn tranżazzjoni jew minn offerta u joffri kwotazzjonijiet bejn żewġ entitajiet tal-istess grupp; |
(b) |
il-prezz jinkiseb minn tranżazzjoni jew minn offerta u joffri kwotazzjonijiet ta’ volum negliġibbli meta mqabbel mal-volum tas-soltu ta’ tranżazzjonijiet jew kwotazzjonijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq; |
(c) |
il-prezz jinkiseb minn kwotazzjonijiet b’firxa bejn it-talba u l-offerta li tiddevja sostanzjalment minn firxiet bejn it-talba u l-offerta li jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq; |
(d) |
il-prezz jinkiseb minn tranżazzjoni li tkun twettqet bl-uniku fini li jiġi identifikat għadd suffiċjenti ta’ prezzijiet verifikabbli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament; |
(e) |
il-prezz jinkiseb minn kwotazzjonijiet li jkunu twettqu bl-uniku fini li jiġi identifikat għadd suffiċjenti ta’ prezzijiet verifikabbli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. |
3. Id-data tal-osservazzjoni ta’ prezz verifikabbli għandha tkun identika għad-data li fiha tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew għad-data li fiha jkunu twettqu l-kwotazzjonijiet tat-talba u l-offerta. Id-dati tal-osservazzjoni tal-prezzijiet verifikabbli għandhom jiġu rreġistrati abbażi ta’ żona ta’ ħin unika konsistenti fis-sorsi kollha tad-data.
4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, bejjiegħ terz għandha tfisser impriża li tipprovdi data dwar tranżazzjonijiet jew kwotazzjonijiet lil istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, inklużi fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (36a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u s-sistemi multilaterali kif definiti fl-Artikolu 4(1), tal-punt (19) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
5. Tranżazzjoni jew kwotazzjonijiet ta’ talbiet u offerti għandhom jintużaw biss għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
it-tranżazzjoni jew il-kwotazzjonijiet ikunu ġew ipproċessati permezz ta’ bejjiegħ terz, jew miġbura minnu; |
(b) |
il-bejjiegħ terz jew l-istituzzjoni tkun qablet li tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni, meta tintalab tagħmel dan, evidenza tat-tranżazzjoni jew tal-kwotazzjonijiet u evidenza tal-verifikabbiltà tal-prezz miksub minn dik it-tranżazzjoni jew minn dawk il-kwotazzjonijiet; |
(c) |
il-bejjiegħ terz ikun ikkomunika lill-istituzzjoni d-data li fiha t-tranżazzjoni jew il-kwotazzjonijiet ikunu ġew osservati, u sett minimu ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjoni jew il-kwotazzjonijiet li jippermettu lill-istituzzjoni tidentifika l-prezz verifikabbli għall-fatturi ta’ riskju li għalihom dak il-prezz miksub minn dik it-tranżazzjoni jew dawk il-kwotazzjonijiet ikun rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
l-istituzzjoni tkun ivverifikat li l-bejjiegħ terz ikun soġġett, mill-inqas darba fis-sena, għal awditu indipendenti minn impriża terza, skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, rigward il-validità tal-informazzjoni, il-governanza u l-proċessi tal-prezzijiet tiegħu, u jkollu aċċess għar-riżultati u għar-rapporti tal-awditjar, sabiex ikun jista’ jikkomunika lill-awtorità kompetenti tiegħu, meta jkunu mitluba, dawk ir-riżultati u r-rapporti. |
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-punt (d), l-awditu indipendenti għandu jivvaluta dawn kollha li ġejjin:
(a) |
jekk il-bejjiegħ terz għandux l-informazzjoni meħtieġa biex jivverifika li l-prezz huwa verifikabbli u biex jimmappja l-prezz verifikabbli mal-fatturi ta’ riskju li għalihom dak il-prezz ikun rappreżentattiv skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jekk il-bejjiegħ terz ikunx jista’ juri l-integrità tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a); |
(c) |
jekk il-bejjiegħ terz ikollux fis-seħħ proċessi interni u għadd suffiċjenti ta’ persunal b’livell ta’ ħiliet xierqa għall-ġestjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a); |
(d) |
jekk, meta bejjiegħ terz ma jipprovdix lill-istituzzjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tivverifika l-verifikabbiltà tal-prezz, il-bejjiegħ terz ikunx kuntrattwalment obbligat li jkun ikkontrolla l-verifikabbiltà tal-prezz. |
7. Meta bejjiegħ terz ma jipprovdix lill-istituzzjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tivverifika l-verifikabbiltà tal-prezz, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ turi lill-awtorità kompetenti tagħha li l-bejjiegħ terz ikun kuntrattwalment obbligat li jkun ikkontrolla l-verifikabbiltà tal-prezz.
Artikolu 3
Rappreżentattività tal-prezzijiet verifikabbli għall-fatturi ta’ riskju
1. Prezz verifikabbli għandu jitqies rappreżentattiv ta’ fattur ta’ riskju mid-data tal-osservazzjoni tiegħu meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
ikun hemm relazzjoni mill-qrib bejn il-fattur ta’ riskju u l-prezz verifikabbli; |
(b) |
l-istituzzjoni tkun speċifikat metodoloġija li tkun valida fil-kunċett sabiex jiġi estratt il-valur tal-fattur ta’ riskju mill-valur tal-prezz verifikabbli. |
Għall-finijiet tal-punt (b), kwalunkwe data tal-input jew fattur ta’ riskju użat fil-metodoloġija għajr il-prezz verifikabbli għandu jkun ibbażat fuq data oġġettiva.
2. Kwalunkwe prezz verifikabbli jista’ jingħadd bħala osservazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 1 għall-fatturi kollha ta’ riskju li għalihom ikun rappreżentattiv f’konformità mal-paragrafu 1.
3. Meta istituzzjoni tuża fattur sistematiku tar-riskju ta’ kreditu jew ta’ ekwità biex tkopri movimenti fis-suq kollu għal attributi partikolari ta’ aggregazzjoni ta’ emittenti, inkluż il-pajjiż, ir-reġjun jew is-settur ta’ dawk l-emittenti, il-prezzijiet verifikabbli tal-indiċijiet tas-suq jew l-istrumenti tal-emittenti individwali għandhom jitqiesu bħala rappreżentattivi għal dak il-fattur ta’ riskju sistematiku biss meta jikkondividu l-istess attributi bħal dak il-fattur ta’ riskju sistematiku.
Artikolu 4
Kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà ta’ fatturi ta’ riskju li jappartjenu għal kurva, wiċċ jew kubu
1. Il-fatturi ta’ riskju għall-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 325be(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jappartjenu għal kurva, wiċċ jew kubu għandhom jiġu vvalutati bħala mudellabbli billi jiġu applikati l-passi li ġejjin fl-ordni li ġejja:
(a) |
għal kull kurva, wiċċ jew kubu, l-istituzzjoni tiddetermina l-buckets rilevanti tal-fatturi ta’ riskju f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
l-istituzzjoni tiddetermina l-mudellabbiltà tal-buckets rilevanti msemmija fil-punt (a) f’konformità mal-paragrafu 2; |
(c) |
l-istituzzjoni tqis bħala mudellabbli kwalunkwe fattur ta’ riskju li jappartjeni għal bucket li jkun tqies bħala mudellabbli f’konformità mal-paragrafu 2. |
2. Il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk bucket ikunx mudellabbli għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
matul perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar li jintemm fid-data ta’ referenza ta’ rapportar preċedenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451:
|
(b) |
matul il-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar imsemmi fil-punt (a), għal dak il-bucket, l-istituzzjoni identifikat l-eżistenza ta’ mill-inqas 100 prezz li huma verifikabbli f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, li għandhom dati ta’ osservazzjoni distinti u li huma allokati lil dak il-bucket. |
3. Istituzzjoni tista’ tissostitwixxi l-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmi fil-paragrafu 2 b’perjodu ta’ 12-il xahar li jintemm mhux qabel xahar qabel id-data ta’ referenza ta’ rapportar preċedenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 (“perjodu ttrasferit”), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjoni tapplika dak il-perjodu ttrasferit b’mod konsistenti tul il-buckets kollha ta’ kurva, wiċċ jew kubu; |
(b) |
l-istituzzjoni tapplika dak il-perjodu ttrasferit b’mod konsistenti maż-żmien; |
(c) |
l-istituzzjoni tipprovdi lill-awtorità kompetenti tagħha b’deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni ta’ dak il-perjodu ttrasferit. |
4. Prezz verifikabbli għandu jiġi allokat għal bucket fejn ikun rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għal fattur ta’ riskju li jappartjeni għal dak il-bucket.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, istituzzjoni tista’ tikkunsidra bħala fattur ta’ riskju kwalunkwe punt tal-kurva, wiċċ jew kubu li jappartjeni għall-bucket, irrispettivament minn jekk tali punt ikunx fattur ta’ riskju inkluż fil-mudell tagħha ta’ kejl tar-riskji.
Artikolu 5
Approċċi ta’ bucketing għal fatturi ta’ riskju li jappartjenu għal kurvi, uċuħ jew kubi
1. Għal kull kurva, wiċċ jew kubu li għalihom jappartjeni fattur ta’ riskju, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-buckets ta’ dik il-kurva, wiċċ jew kubu billi jużaw jew il-buckets standard definiti minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2, jew buckets definiti mill-istituzzjonijiet infushom, dment li dawk l-istituzzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-buckets standard definiti minn qabel għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
id-disa’ buckets imsemmija fir-ringiela i tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 għall-fatturi ta’ riskju b’dimensjoni ta’ maturità waħda “t”, espressi fi snin, li ġew assenjati lill-kategoriji ta’ fatturi ta’ riskju wesgħin li ġejjin:
|
(b) |
is-sitt buckets imsemmija fir-ringiela ii tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 għal kull dimensjoni ta’ maturità “t” ta’ fatturi ta’ riskju, b’aktar minn dimensjoni ta’ maturità waħda, espressi fi snin, li ġew assenjati lill-kategoriji ta’ fatturi ta’ riskju wesgħin li ġejjin:
|
(c) |
il-ħames buckets imsemmija fir-ringiela iii tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 għal kull dimensjoni ta’ maturità “t” għal fatturi ta’ riskju b’dimensjoni ta’ maturità waħda jew aktar, espressi fi snin, li ġew assenjati lill-kategoriji ta’ fatturi ta’ riskju wesgħin li ġejjin:
|
(d) |
il-ħames buckets imsemmija fir-ringiela iv tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 għal kwalunkwe fattur ta’ riskju b’dimensjoni waħda jew b’diversi dimensjonijiet ta’ karattru monetarju, kif espressi bl-użu tad-delta tal-opzjoni (“δ”); |
(e) |
il-ħames buckets imsemmija fir-ringiela iii tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 u l-ħames buckets imsemmija fir-ringiela iv tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 għall-fatturi ta’ riskju li ġew assenjati għall-kategoriji tal-fatturi ta’ riskju wiesa’ li ġejjin:
|
(f) |
is-sitt buckets imsemmija fir-ringiela ii tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3, il-ħames buckets imsemmija fir-ringiela iii tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 u l-ħames buckets imsemmija fir-ringiela iv tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 għall-fatturi ta’ riskju assenjati għall-kategorija tal-fatturi ta’ riskju wiesa’ “rata tal-imgħax” u għas-subkategorija tal-fattur ta’ riskju wiesa’ “volatilità” b’dimensjoni ta’ maturità, ta’ skadenza u ta’ flus. |
Għall-finijiet tal-punt (d), għas-swieq tal-opzjoni li jużaw konvenzjonijiet oħra għajr id-delta tal-opzjoni għad-definizzjoni tal-karattru monetarju, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonvertu l-buckets imsemmija fir-ringiela iv tat-Tabella 1 tal-paragrafu 3 għall-konvenzjonijiet prevalenti f’dawk is-swieq tal-opzjonijiet bl-użu ta’ tekniki kwantitattivi derivati mill-mudelli tal-ipprezzar proprji tal-istituzzjoni dment li dawk il-mudelli tal-ipprezzar ikunu ġew dokumentati sew u jkunu ġew rieżaminati b’mod indipendenti.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, bucket standard jista’ jiġi suddiviż f’buckets iżgħar.
Tabella 1
Nru. tal-bucket. |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
i. |
0 ≤ t < 0,75 |
0,75 ≤ t <1,5 |
1,5 ≤ t <4 |
4 ≤ t < 7 |
7 ≤ t < 12 |
12 ≤ t < 18 |
18 ≤ t < 25 |
25 ≤ t < 35 |
35 ≤ t |
ii. |
0 ≤ t <0,75 |
0,75 ≤ t < 4 |
4 ≤ t < 10 |
10 ≤ t < 18 |
18 ≤ t < 30 |
30 ≤ t |
|
|
|
iii. |
0 ≤ t < 1,5 |
1,5 ≤ t < 3,5 |
3,5 ≤ t < 7,5 |
7,5 ≤ t < 15 |
15 ≤ t |
|
|
|
|
iv. |
0 ≤ δ < 0,05 |
0,05 ≤ δ < 0,3 |
0,3 ≤ δ < 0.7 |
0,7 ≤ δ < 0,95 |
0,95 ≤ δ ≤ 1 |
|
|
|
|
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu huma stess buckets għal kurva, wiċċ jew kubu partikolari fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-buckets ikopru l-kurva, il-wiċċ jew il-kubi kollha; |
(b) |
il-buckets ma jkunux sovrapposti; |
(c) |
kull bucket fih eżattament fattur ta’ riskju wieħed li huwa parti mill-kalkolu tal-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta’ wieħed mill-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjoni biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf stabbiliti fl-Artikolu 325bg tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
5. Għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju tal-kategorija tal-fattur ta’ riskju wiesa’ “firxa ta’ kreditu” li jappartjenu għal ċertu bucket ta’ maturità, istituzzjoni tista’ talloka mill-ġdid il-prezzijiet verifikabbli ta’ bucket għall-bucket li jmiss relatat ma’ maturitajiet iqsar biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda fattur ta’ riskju li jappartjeni għall-bucket li jikkorrispondi għall-maturitajiet itwal u għalhekk ma tuża l-ebda wieħed minn dawn il-fatturi ta’ riskju fil-mudell tagħha tal-ġestjoni tar-riskju; |
(b) |
kwalunkwe prezz verifikabbli jingħadd biss f’bucket ta’ maturità wieħed; |
(c) |
kwalunkwe prezz verifikabbli jiġi riallokat darba biss. |
Artikolu 6
Kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju li jirrappreżentaw parametri ta’ funzjoni ta’ kurva, wiċċ jew kubu parametriċi
1. Istituzzjonijiet li jużaw funzjoni parametrika waħda jew aktar biex jirrappreżentaw kurva, wiċċ jew kubu u jinkorporaw il-parametri ta’ funzjoni bħala fatturi ta’ riskju fil-mudelli interni tagħhom tal-kejl tar-riskju, għandhom jivvalutaw il-mudellabbiltà ta’ dawk il-parametri ta’ funzjoni billi japplikaw l-istadji li ġejjin fl-ordni li ġejja għal kull funzjoni parametrika:
(a) |
dawk l-istituzzjonijiet jidentifikaw is-sett ta’ punti tal-kurva, tal-wiċċ jew tal-kubu li ntużaw biex tiġi kkalibrata l-funzjoni parametrika; |
(b) |
dawk l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ tal-bucketing stabbilit fl-Artikolu 5(2) daqslikieku l-fatturi ta’ riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskji tagħhom kienu l-punti identifikati skont il-punt (a); |
(c) |
dawk l-istituzzjonijiet jivvalutaw, f’konformità mal-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3, il-mudellabbiltà tal-buckets li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-approċċ tal-bucketing stabbilit fl-Artikolu 5(2), daqslikieku l-fatturi ta’ riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskji tagħhom kienu l-punti identifikati f’konformità mal-punt (a). |
2. Il-mudellabbiltà ta’ parametru tal-funzjoni parametrika kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi vvalutata billi jiġi identifikat is-sett ta’ punti tal-kurva, tal-wiċċ jew tal-kubu li ntużaw biex jiġi kkalibrat dak il-parametru ta’ funzjoni. Meta l-punti identifikati jkunu jappartjenu biss għal buckets ivvalutati bħala mudellabbli skont il-paragrafu 1, il-punt (c), il-parametru ta’ funzjoni għandu jiġi vvalutat bħala mudellabbli.
Artikolu 7
Dokumentazzjoni
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw fil-politiki interni tagħhom dawn kollha li ġejjin:
(a) |
is-sett u d-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ riskju fil-mudell intern tagħhom tal-kejl tar-riskji soġġett għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà; |
(b) |
is-sorsi ta’ informazzjoni verifikabbli dwar il-prezzijiet użati biex tiġi vvalutata l-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju; |
(c) |
il-kriterji biex prezz jitqies verifikabbli f’konformità mal-Artikolu 2, inkluż deskrizzjoni ta’ kif l-istituzzjoni tivvaluta jekk il-volum ta’ tranżazzjoni jew ta’ kwotazzjoni impenjata huwiex mhux negliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (b), u jekk il-firxa bejn it-talba u l-offerta tkunx raġonevoli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (c); |
(d) |
il-proċess ta’ mmappjar u l-kriterji użati biex tiġi ddeterminata r-rappreżentattività tal-prezzijiet verifikabbli għall-fatturi ta’ riskju kif imsemmi fl-Artikolu 3, inkluż deskrizzjoni tal-metodoloġija speċifikata għall-estrazzjoni tal-valur tal-fattur ta’ riskju mill-prezzijiet verifikabbli u kwalunkwe input addizzjonali li l-metodoloġija potenzjalment teħtieġ; |
(e) |
il-valutazzjoni tal-mudellabbiltà għall-kurvi, l-uċuħ jew il-kubi parametriċi kif imsemmi fl-Artikolu 6; |
(f) |
l-użu tal-approċċi tal-bucketing msemmija fl-Artikolu 5, li jispeċifikaw ukoll jekk u kif l-istituzzjoni tapplika l-Artikolu 5(5); |
(g) |
l-użu tal-perjodu ttrasferit ta’ 12-il xahar f’konformità mal-Artikolu 1(2) jew mal-Artikolu 4(3). |
2. Għal kull fattur ta’ riskju, l-istituzzjonijiet għandhom iżommu rekord ta’ mill-inqas sena tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tagħhom, inkluż id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għall-fatturi ta’ riskju li għalihom ma jkunx għadu disponibbli rekord ta’ sena ta’ riżultati, l-istituzzjonijiet għandhom iżommu r-rekord massimu disponibbli tar-riżultati.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(5) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).