Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1502

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1502 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/11548/2022/INIT

ĠU L 235, 12.9.2022, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1502/oj

12.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1502

tad-9 ta’ Settembru 2022

li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (‘KSNU’) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1970 (2011) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)   ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrata 6 hija sostitwita b'dan li ġej:

“6.

Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-twelid: 4 ta' April 1944 Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: a) Dorda Abuzed OE b) Abu Zayd Umar Hmeid Dorda Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Nru tal-passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta' Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta' skadenza: 24 ta' Novembru 2026) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: mejjet) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 (emendata fis-27 ta' Ġunju 2014, fl-1 ta' April 2016, fil-25 ta' Frar 2020, fit-18 ta' Lulju 2022) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).”


Top