This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1452
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1452 of 1 September 2022 concerning the authorisation of 3-ethylcyclopentan-1,2-dione, 4-hydroxy-2,5-dimethylfuran-3(2H)-one, 4,5-dihydro-2-methylfuran-3(2H)-one, eugenol, 1-methoxy-4-(prop-1(trans)-enyl)benzene, α-pentylcinnamaldehyde, α-hexylcinnamaldehyde and 2-acetylpyridine as feed additives for certain animal species (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1452 tal-1 ta’ Settembru 2022 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 3-etilċiklopentan-1,2-dion, 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on, 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on, ewġenol, 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1452 tal-1 ta’ Settembru 2022 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 3-etilċiklopentan-1,2-dion, 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on, 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on, ewġenol, 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/6172
ĠU L 228, 2.9.2022, p. 17–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/09/2024
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1452
tal-1 ta’ Settembru 2022
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 3-etilċiklopentan-1,2-dion, 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on, 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on, ewġenol, 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Is-sustanzi 3-etilċiklopentan-1,2-dion, 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on, 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on, ewġenol, 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk is-sustanzi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu diversi applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ preparat ta’ 3-etilċiklopentan-1,2-dion, α-pentilċinnamaldeid, α-eżilċinnamaldeid u 2-aċetilpiridina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, ewġenol u 1-metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen għall-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-pollam u l-ħut u 4-idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on u 4,5-diidro-2-metilfuran-3(2H)-on għall-qtates u l-klieb. |
(4) |
L-applikant talab biex l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ komposti aromatizzanti għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-użu ta’ dawn l-addittivi fl-ilma tax-xorb jenħtieġ li ma jiġix permess. |
(6) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-15 ta’ Novembru 2011 (3), tat-13 ta’ Ġunju 2012 (4), tas-26 ta’ Jannar 2016 (5), tad-19 ta’ Ottubru 2016 (6) u tas-6 ta’ Diċembru 2016 (7), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, meta jintużaw skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-addittivi ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-perikli għall-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn u għall-esponiment respiratorju huma rikonoxxuti fir-rigward ta’ dawk l-addittivi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet li l-addittivi huma rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, għaldaqstant, ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħhom. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(8) |
Il-valutazzjoni tal-addittivi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. |
(10) |
Il-fatt li l-addittivi mhumiex awtorizzati għall-użu bħala aromatizzanti fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tagħhom fl-għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
(11) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Marzu 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom dawn is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom dawn is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem
(3) EFSA Journal 2011;9(12):2440.
(4) EFSA Journal 2012;10(7):2786.
(5) EFSA Journal 2016;14(2):4390.
(6) EFSA Journal 2016;14(11):4618.
(7) EFSA Journal 2017;15(2):4672.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||
2b07057 |
3-Etilċiklopentan-1,2-dion |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ 3-Etilċiklopentan-1,2-dion Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-Etilċiklopentan-1,2-dion Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 90 % Formula kimika: C7H10O2 Numru CAS: 21835-01-8 FLAVIS: 07.057 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
2b13010 |
4-Idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 4-Idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 4-Idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on Prodott b’sinteżi kimika Purità: 98 % Formula kimika: C6H8O3 Numru CAS: 3658-77-3 FLAVIS: 13.010 |
Qtates u klieb |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
Metodu analitiku (2) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
2b13042 |
4,5-Diidro-2-metilfuran-3(2H)-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 4,5-Diidro-2-metilfuran-3(2H)-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 4,5-Diidro-2-metilfuran-3(2H)-on Prodott b’sinteżi kimika Purità: 97 % Formula kimika: C5H8O2 Numru CAS: 3188-00-9 FLAVIS: 13.042 |
Qtates u klieb |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
Metodu analitiku (3) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
2b04003 |
Ewġenol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ewġenol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ewġenol Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 98 % Formula kimika: C10H12O2 Numru CAS: 97-53-0 FLAVIS: 04.003 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-pollam u l-ħut |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
Metodu analitiku (4) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
|
- |
- |
- |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
2b04010 |
1-Metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen |
Kompożizzjoni tal-addittiv 1-Metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 1-Metossi-4-(prop-1(trans)-enil)benżen Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 99 % Formula kimika: C10H12O Numru CAS: 4180-23-8 FLAVIS: 04.010 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-pollam u l-ħut |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
Metodu analitiku (5) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||
2b05040 |
α-Pentilċinnamaldeid |
Kompożizzjoni tal-addittiv α-Pentilċinnamaldeid Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva α-Pentilċinnamaldeid Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 97 % Formula kimika: C14H18O Numru CAS: 122-40-7 FLAVIS: 05.040 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
Metodu analitiku (6) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||
2b05041 |
α-Eżilċinnamaldeid |
Kompożizzjoni tal-addittiv α-Eżilċinnamaldeid Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva α-Eżilċinnamaldeid Prodott b’sinteżi kimika Purità: 95 % Formula kimika: C15H20O Numru CAS: 101-86-0 FLAVIS: 05.041 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||
Metodu analitiku (7) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||
2b14038 |
2-Aċetilpiridina |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Aċetilpiridina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Aċetilpiridina Prodott b’sinteżi kimika Purità: > 97 % Formula kimika: C7H7ON Numru CAS: 1122-62-9 FLAVIS: 14.038 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||
Metodu analitiku (8) Għall-identifikazzjoni tal-addittiv f’taħlitiet ta’ aromatizzanti:
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(5) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(7) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(8) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en