EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1420

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1420 tat-22 ta’ Awwissu 2022 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/5883

ĠU L 218, 23.8.2022, p. 17–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1420/oj

23.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1420

tat-22 ta’ Awwissu 2022

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategoriji “addittivi nutrittivi” u “addittivi sensorjali”.

(4)

L-applikant talab li l-addittiv tal-għalf jiġi awtorizzat għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-użu tal-glutamat tal-monosodju prodott mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80188 fl-ilma tax-xorb jenħtieġ ma jkunx permess. Il-fatt li l-użu tal-addittiv mhuwiex awtorizzat bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost amministrat mal-ilma.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ Jannar 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-aċidu L-glutamiku u l-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li dawn is-sustanzi la huma kkunsidrati bħala irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn, u lanqas sensitizzaturi tal-ġilda, iżda huma kkunsidrati bħala riskju mill-inalazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li dawn is-sustanzi għandhom il-potenzjal li jkunu effikaċi bħala addittivi nutrittivi u bħala komposti aromatizzanti fl-għalf. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-aċidu L-glutamiku u tal-glutamat tal-monosodju prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex ikun hemm kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2022;20(3):7156.

ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi nutrittivi

Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

2b620i

Aċidu L-glutamiku

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu L-glutamiku

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu L-glutamiku prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681

Purità: ≥ 98 %

Formula kimika: C5H9O4N

Numru CAS: 56-86-0

Numru EINECS: 200-293-7

Metodu analitiku  (1)

Għall-identifikazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fl-addittiv tal-għalf:

Monografiji tal-Codex tas-Sustanzi Kimiċi tal-Ikel: “Aċidu L-glutamiku”

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu glutamiku fl-addittiv tal-għalf:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni viżibbli jew fluworexxenti (IEC-VIS/FLD) jew

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS)

Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fit-taħlitiet lesti minn qabel:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fl-għalf:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż protezzjoni għan-nifs.

4.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Is-supplimentazzjoni bl-aċidu L-glutamiku, b’mod partikolari permezz tal-ilma tax-xorb, għandha tqis kull amminoaċidu essenzjali u kundizzjonalment essenzjali biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

It-12 ta’ Settembru 2032

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b620i

Aċidu L-glutamiku

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu L-glutamiku

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu L-glutamiku prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681

Purità: ≥ 98 %

Formula kimika: C5H9O4N

Numru CAS: 56-86-0

Numru EINECS: 200-293-7

Metodu analitiku  (2)

Għall-identifikazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fl-addittiv tal-għalf:

Monografiji tal-Codex tas-Sustanzi Kimiċi tal-Ikel: “Aċidu L-glutamiku”

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu glutamiku fl-addittiv tal-għalf:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni viżibbli jew fluworexxenti (IEC-VIS/FLD) jew

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS)

Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-glutamiku fit-taħlitiet lesti minn qabel:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni viżibbli jew fluworexxenti (IEC-VIS/FLD) jew

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg.”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom ikunu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel, meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel iwassal biex jinqabeż il-livell tas-sustanza attiva fl-għalf komplet imsemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż protezzjoni għan-nifs.

It-12 ta’ Settembru 2032

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi nutrittivi

Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

2b621ii

Glutamat tal-monosodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Glutamat tal-monosodju

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Glutamat tal-monosodju prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681

Purità: ≥ 99 %

Formula kimika: C5H8NaNOH2O

Numru CAS: 6106-04-3

Numru EINECS: 205-538-1

Metodu analitiku  (3)

Għall-identifikazzjoni tal-L-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:

Monografiji tal-Codex tas-Sustanzi Kimiċi tal-Ikel: “L-glutamat tal-monosodju”

Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni viżibbli jew fluworexxenti (IEC-VIS/FLD) jew

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS)

Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fit-taħlitiet lesti minn qabel:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni viżibbli jew fluworexxenti (IEC-VIS/FLD) jew

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fl-għalf:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż protezzjoni għan-nifs.

4.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Is-supplimentazzjoni bil-glutamat tal-monosodju, b’mod partikolari permezz tal-ilma tax-xorb, għandha tqis kull amminoaċidu essenzjali u kundizzjonalment essenzjali biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

It-12 ta’ Settembru 2032

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b621ii

Glutamat tal-monosodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Glutamat tal-monosodju

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Glutamat tal-monosodju prodott mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-01681

Purità: ≥ 99 %

Formula kimika: C5H8NaNOH2O

Numru CAS: 6106-04-3

Numru EINECS: 205-538-1

Metodu analitiku  (4)

Għall-identifikazzjoni tal-L-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:

Monografiji tal-Codex tas-Sustanzi Kimiċi tal-Ikel: “L-glutamat tal-monosodju”

Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni viżibbli jew fluworexxenti (IEC-VIS/FLD) jew

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS)

Għall-kwantifikazzjoni tal-glutamat tal-monosodju fit-taħlitiet lesti minn qabel:

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni viżibbli jew fluworexxenti (IEC-VIS/FLD) jew

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg.”

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom ikunu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel, meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel iwassal biex jinqabeż il-livell tas-sustanza attiva fl-għalf komplet imsemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, inkluż protezzjoni għan-nifs.

It-12 ta’ Settembru 2032

(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

Top