Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1091

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni

ST/10385/2022/INIT

ĠU L 176, 1.7.2022, p. 5–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1091/oj

1.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1091

tat-30 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (1) jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 jistabbilixxi qabda totali permissibbli proviżorja (TAC) għall-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjoni 3a tal-ICES (Kattegat/Skagerrak), sakemm jiġi ppubblikat il-parir xjentifiku rilevanti pprovdut mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), li huwa ppubblika fid-9 ta' Mejju 2022. F'konformità mar-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Unjoni u n-Norveġja għal Skagerrak għall-2022, l-Unjoni kellha konsultazzjonijiet bilaterali man-Norveġja dwar il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd definittivi għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant għall-2022. L-Unjoni u n-Norveġja qablu dwar TACta' 7 712-il tunnellata fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant, li minnhom 5 398 tunnellata għandhom jiġu allokati lid-diviżjoni 3a tal-ICES.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 jistabbilixxi TACs żero proviżorji għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fid-diviżjonijiet 3a tal-ICES (Kattegat/Skagerrak), 2a tal-ICES (il-Baħar Norveġiż) u fis-subżona 4 tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana) għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023, sakemm jiġi ppubblikat il-parir xjentifiku rilevanti pprovdut mill-ICES, li ppubblika fid-9 ta' Mejju 2022. F'konformità mar-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Unjoni, in-Norveġja u r-Renju Unit għall-2022, l-Unjoni kellha konsultazzjonijiet trilaterali man-Norveġja u r-Renju Unit dwar il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd definittivi għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 3a, 2a u s-subżona 4 tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023. L-Unjoni, in-Norveġja u r-Renju Unit qablu dwar TAC ta' 12 570 tunnellata għad-diviżjoni 3a tal-ICES, u ta' 56 120 tunnellata għad-diviżjoni 2a u s-subżona 4 tal-ICES.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 jistabbilixxi TAC ta' 550 tunnellata għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES (il-Kanal Ingliż) mill-1 ta' Jannar 2022 sat-30 ta' Ġunju 2022. Għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023, l-ICES ippubblika l-parir xjentifiku tiegħu fid-9 ta' Mejju 2022. F'konformità mar-Rekord bil-Miktub tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għall-2022, l-Unjoni kellha konsultazzjonijiet bilaterali mar-Renju Unit dwar il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu dwar TAC ta' 9 200 tunnellata għad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 stabbilixxa għal żero t-TAC għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għad-diviżjoni 34.1.1 tal-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023, sa ma jingħata l-parir xjentifiku għal dak il-perjodu. L-ICES ser joħroġ il-parir tiegħu għal dak l-istokk f'Ġunju 2022. Sabiex ikun żgurat li l-attività tas-sajd tkun tista’ titkompla sa ma tiġi stabbilita t-TAC definittiva abbażi tal-aħħar parir xjentifiku, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC proviżorja ta' 10 061 tunnellata għal Lulju, għal Awwissu u għal Settembru 2022, abbażi tal-qabdiet li saru fl-aħħar tliet xhur tal-2021.

(6)

Saret laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku dwar l-alonga tal-Mediterran fid-9 u l-10 ta' Frar 2022. F’dik il-laqgħa ġie miftiehem li dawk il-Partijiet Kontraenti u l-Partijiet Mhux Kontraenti Li Jikkooperaw li kienu qablu mal-iskema ta' allokazzjoni adottata fil-laqgħa jippreżentaw rapporti ta' kull xahar dwar il-qbid għas-sajd immirat għall-alonga tal-Mediterran (Thunnus alalunga) u rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-qabdiet inċidentali ta' din l-ispeċi. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati kodiċijiet apposta li jintużaw mill-Istati Membri meta jirrappurtaw dawk il-qabdiet.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 implimenta fid-dritt tal-Unjoni l-limiti ta' qbid riveduti għat-tonna safra (Thunnus albacares) fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan. Il-limiti ta’ qbid riveduti skont ir-riżoluzzjoni tal-IOTC 2021/01 ma għadhomx limitati għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u issa jinkludu l-irkaptu kollu involut fis-sajd għat-tonna safra. Billi, sal-aħħar tal-2021, ma kienx intlaħaq qbil fost l-Istati Membri kkonċernati dwar l-aktar mod xieraq biex jiġu kondiviżi l-limiti ta’ qbid riveduti għal dawn l-opportunitajiet tas-sajd, ir-Regolament (UE) 2022/109 attribwixxa lill-Istati Membri porzjon inizjali (50 %) tas-sehem tal-Unjoni għat-tonna safra fiż-żona tal-IOTC għall-2022, bħala soluzzjoni proviżorja għall-ewwel nofs tal-2022. Minħabba l-ħtieġa li jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni għat-tonna safra fiż-Żona ta’ Kompetenza tal-IOTC lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jinqabdu mill-flotta tas-sajd tal-Unjoni fl-2022, huwa neċessarju li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni finali ta’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd li altrimenti ma jkunux jistgħu jinqabdu. Billi ammont żgħir ta’ tonn isfar jinqabad bħala qabda aċċessorja mill-flotta tas-sajd bil-konzijiet tal-Portugall, ġie maqbul li huwa xieraq li jiġu allokati 100 tunnellata lill-Portugall għal dawk il-qabdiet aċċessorji. Filwaqt li jitqies li l-qabdiet b’irkaptu ieħor minbarra bil-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jirrappreżentaw parti limitata ħafna tal-qabdiet globali, huwa xieraq li dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-100 tunnellata, f’konformità mal-koeffiċjent tal-allokazzjoni li kien jeżisti qabel għat-TAC għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/109 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-limiti ta' qbid previsti fir-Regolament (UE) 2022/109 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-limiti ta' qbid, japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu jew għadhom ma ġewx eżawriti. Minħabba l-urġenza biex jiġu evitati interruzzjonijiet fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109

Ir-Regolament (UE) 2022/109 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta' Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (UE) 2022/109 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness IA:

(a)

fil-Parti A, dwar l-istokkijiet awtonomi tal-Unjoni, l-ewwel tabella hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

(ANE/9/3411)

Spanja

 

4 812

(1)

TAC prekawzjonarja

Il-Portugall

 

5 249

(1)

L-Unjoni

 

10 061

(1)

TAC

 

10 061

(1)

(1)

Il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Settembru 2022.”

(b)

Fil-Parti B, dwar l-istokkijiet kondiviżi, it-tabelli għall-istokkijiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti b'dan li ġej:

(i)

it-tabella għall-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03A.)

Id-Danimarka

 

1 874

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika”

L-Iżvezja

 

1 009

 

L-Unjoni

 

2 883

 

TAC

 

5 398

 

(ii)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

3a

(SPR/03A.)

Id-Danimarka

 

8 422

(1)(2)(3)

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

18

(1)(2)(3)

L-Iżvezja

 

3 187

(1)(2)(3)

L-Unjoni

 

11 627

(1)(2)(3)

TAC

 

12 570

(2)

(1)

Sa 5 % tal-kwota tista' tikkonsisti f'qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*03A.). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(2)

Din il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023.

(3)

Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni ta' 2a u ta' 4. Madankollu, il-Kummissjoni u r-Renju Unit għandhom ikunu notifikati minn qabel bit-tali trasferimenti.”

(iii)

it-tabella għall-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 u fl-ilmijiet tar-Renju Unit fid-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni ta' 4; L-ilmijiet tar-Renju Unit ta' 2a

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

 

633

(1)(2)

TAC analitika

Id-Danimarka

 

50 114

(1)(2)

Il-Ġermanja

 

633

(1)(2)

Franza

 

633

(1)(2)

In-Netherlands

 

633

(1)(2)

L-Iżvezja

 

1 330

(1)(2)(3)

L-Unjoni

 

53 976

(1)(2)

In-Norveġja

 

0

(1)

Il-Gżejjer Faeroe

 

0

(1)(4)

Ir-Renju Unit

 

2 144

(1)

TAC

 

56 120

(1)

(1)

Il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023.

(2)

Sa 2 % tal-kwota tista' tikkonsisti f'qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(3)

Inkluż iċ-ċiċċirell.

(4)

Din il-kwota jista' jkun fiha sa 4 % ta' qabdiet aċċessorji tal-aringa.”

(iv)

tiżdied it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd li ġejja għal-laċċa kaħla fiż-żoni 7d u 7e għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023:

“Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

7d u 7e

(SPR/7DE.2)

Il-Belġju

 

25

(1)

TAC analitika

Id-Danimarka

 

1 601

(1)

Il-Ġermanja

 

25

(1)

Franza

 

345

(1)

In-Netherlands

 

345

(1)

L-Unjoni

 

2 341

(1)

Ir-Renju Unit

 

6 859

(1)

TAC

 

9 200

(1)

(1)

Il-kwota tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023.”

(2)

Fl-Anness ID, għat-tabella tal-alonga tal-Mediterran (ALB/MED), fir-ringiela għat-TAC finali, tiżdied it-tielet nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:

"(3)

Kondizzjoni speċjali: qabdiet aċċessorji tal-alonga tal-Mediterran għandhom jinqatgħu minn din il-kwota, iżda għandhom jiġu rrappurtati separatament (ALB/MED-BC)."

(3)

L-Anness IJ huwa sostitwit b’dan li ġej:

"ANNESS IJ

IŻ-ŻONA TA' KOMPETENZA TAL-IOTC

Il-qabdiet tat-tonn isfar (Thunnus albacares) mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta' qbid stabbiliti f'dan l-Anness.

Speċi:

Tonna safra

Thunnus albacares

Żona:

Iż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC

(YFT/IOTC)

Franza

 

27 736

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Italja

 

2 367

 

Spanja

 

42 943

 

Il-Portugall

 

100

(1)

L-Unjoni

 

73 146

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.


Top