EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0694
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/694 of 2 May 2022 amending Regulation (EU) 2016/403 as regards new serious infringements of the Union rules which may lead to the loss of good repute by the road transport operator
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/694 tat-2 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/403 fir-rigward ta’ ksur serju ġdid tar-regoli tal-Unjoni li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba mill-operatur tat-trasport bit-triq
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/694 tat-2 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/403 fir-rigward ta’ ksur serju ġdid tar-regoli tal-Unjoni li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba mill-operatur tat-trasport bit-triq
C/2022/2742
OJ L 129, 3.5.2022, p. 22–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/694
tat-2 ta’ Mejju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/403 fir-rigward ta’ ksur serju ġdid tar-regoli tal-Unjoni li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba mill-operatur tat-trasport bit-triq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li żied ksur serju ġdid fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, il-kabotaġġ u l-istazzjonar ta’ ħaddiema fit-trasport bit-triq mal-lista ta’ ksur li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1055 introduċa wkoll kriterju addizzjonali li għandu jitqies mill-Kummissjoni meta tiddefinixxi l-grad ta’ serjetà ta’ ksur serju, billi żied ir-referenza għar-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1055 emenda wkoll ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 sabiex jipprevedi li, meta tiġi stabbilita l-frekwenza tal-okkorrenza li lil hinn minnha l-ksur ripetut għandu jitqies bħala aktar serju, il-Kummissjoni jenħtieġ tqis l-għadd ta’ vetturi, u mhux l-għadd ta’ sewwieqa, użati għall-attivitajiet tat-trasport. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward ta’ ksur li jwassal għal riskji ta’ korrimenti serji jew fatalitajiet jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq. Jenħtieġ li dak il-ksur jiżdied mal-lista ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, li jista’ jaffettwa r-reputazzjoni tajba tal-impriża tat-trasport bit-triq jew tal-maniġer tat-trasport. |
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 (4) jenħtieġ jiġi emendat biex jinkludi l-ksur il-ġdid u jqis il-kriterji l-ġodda għad-definizzjoni tal-livell ta’ serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport bit-Triq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 2016/403 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit mit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 17).
(3) Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta’ rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq u li jemenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 8).
ANNESS I
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/403 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafi introduttorji u t-Taqsima 1 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Kategorizzazzjoni ta’ ksur serju (imsemmija fl-Artikolu 1) It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta’ ksur serju tar-regoli tal-UE tat-trasport bit-triq kummerċjali, maqsuma fi tliet kategoriji ta’ gradi ta’ serjetà skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta’ fatalitajiet jew ta’ korrimenti gravi u/jew iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq. 1. Gruppi ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) (Ħin ta’ sewqan u ta’ mistrieħ)
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).”." |
(2) |
It-Taqsima 2 hija sostitwita b’ dan li ġej:
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).”" |
(3) |
It-Taqsima 6 hija sostitwita b’dan li ġej:
(*3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27)”." |
(4) |
it-Taqsima 10 hija sostitwita b’dan li ġej:
(*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).”;" |
(5) |
It-Taqsima 11 hija sostitwita b’dan li ġej:
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).”;" |
(6) |
It-Taqsimiet 13 u 14 li ġejjin jiżdiedu: “13. Ksur tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) (Ruma I) (il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali)
14. Gruppi ta’ ksur tad-Direttiva (UE) Nru 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) (stazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq)
(*6) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6)." (*7) Id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 49).”" |
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).”.
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).”
(*3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27)”.
(*4) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).”;
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).”;
(*6) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(*7) Id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 49).””
(1) KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju.
ANNESS II
“ANNESS II
Frekwenza tal-okkorrenza ta’ ksur serju
1. |
Il-Ksur Serju (KS) u l-Ksur Serju Ħafna (KSĦ) elenkati fl-Anness I, meta jitwettaq b’mod ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ta’ stabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza ta’ ksur ripetut l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:
|
2. |
Filwaqt li jitqies il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza stradali, il-frekwenza massima ta’ ksur serju li tmur lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala iżjed serju għandha tiġi stabbilita kif ġej:
|
3. |
L-għadd ta’ ksur għal kull vettura fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollha tal-istess grad ta’ serjetà (KS jew KSĦ) bl-għadd medju ta’ vetturi użati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza tistipula limitu massimu għall-okkorrenza tal-ksur serju li lil hinn minnu dawn għandhom jitqiesu bħala aktar serji. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti iktar stretti jekk dawn huma previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni ta’ reputazzjoni tajba. |