Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0535

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/535 tal-4 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ST/7385/2022/INIT

ĠU L 106, 5.4.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/535/oj

5.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/535

tal-4 ta’ April 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Wara evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi rilevanti, jenħtieġ li jitħassru żewġ entrati mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Għalhekk l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-entrati li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

270.

Bashar Mohammad ASSI;

286.

Khaldoun AL-ZOUBI.


Top