EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0497

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/497 tat-28 ta’ Marzu 2022 li jemenda u li jikkoreġi l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 rigward ċerti mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet għall-movimenti bejn l-Istati Membri u d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/1809

OJ L 101, 29.3.2022, p. 6–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/497/oj

29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/497

tat-28 ta’ Marzu 2022

li jemenda u li jikkoreġi l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 rigward ċerti mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet għall-movimenti bejn l-Istati Membri u d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 146(2), l-Artikolu 156(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikoli 162(5), 238(3) u 239(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (3) jistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati, fil-forma ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet għall-movimenti bejn l-Istati Membri, u d-dħul fl-Unjoni, ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom. Dawk il-kunsinni jinkludu dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 (4), (UE) 2020/688 (5) u (UE) 2020/692 (6).

(2)

L-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi kkonċernata. Il-Kapitoli 7 u 8 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu rispettivament, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ annimal ekwin individwali mhux maħsub għall-iskarnar (“ EQUI-INTRA-IND”), u ta’ kunsinna ta’ annimali ekwini (mudell “EQUI-INTRA-CON”). Sabiex jiġi ċċarat li l-eżami kliniku meħtieġ qabel il-moviment tal-annimali ekwini lejn Stati Membri oħrajn jista’ jitwettaq fl-aħħar jum tax-xogħol qabel it-tluq tagħhom biss fir-rigward tal-annimali ekwini msemmija fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, in-noti f’qiegħ il-paġna (2) u (3) rispettivi tal-Parti II tan-Noti f’dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(3)

L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti kategoriji ta’ għasafar u ta’ prodotti ġerminali tagħhom iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont il-kategoriji tal-għasafar u tal-prodotti kkonċernati. Il-Kapitoli 17 u 18 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu rispettivament, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ pollam tat-tnissil u ta’ pollam produttiv (mudell “POU-INTRA-X”), u għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ anqas minn 20 eżemplar tal-pollam għajr ir-ratiti jew anqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam għajr ir-ratiti (mudell “POU-INTRA-LT20”). Ir-referenzi żbaljati għad-dħul fl-Unjoni fil-punti II.2.1. U II.2.1.1. ta’ dawk il-mudelli rispettivi jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(4)

Barra minn hekk, il-Kapitoli 16 u 18 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, imsemmija fl-Artikolu 7 tiegħu, jistabbilixxu rispettivament il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ flieles ta’ ġurnata (mudell “POU-INTRA-DOC”), u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ anqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti jew anqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam għajr ir-ratiti (mudell “POU-INTRA-LT20”). In-nota f’qiegħ il-paġna (4) tan-Noti għall-Parti II ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li tiġi kkoreġuta biex jiġi ċċarat li l-miżuri msemmija fil-Parti III, it-Titolu 2, il-Kapitolu 5, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 iridu jiġu rrispettati fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Barra minn hekk, fil-Kapitolu 16, jenħtieġ li jiġi kkoreġut żball ovvju fir-rigward tal-età tal-għasafar li trid tiġi indikata fil-punt II.1.4. tal-mudell POU-INTRA-DOC.

(5)

L-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont it-tip ta’ prodotti konċernati. Il-Kapitoli 23 (mudell “BOV-SEM-A-INTRA”), 26 (mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-INTRA”), 30 (mudell “OV/CAP-SEM-A-INTRA”), u 33 (mudell “OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-INTRA”) ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali. Il-kaxxa ta’ referenza I.30 tan-Noti tal-Parti I ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi deskrizzjoni tat-testijiet għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu u għall-marda emorraġika epiżootika.

(6)

Barra minn hekk, il-mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-INTRA”, stabbilit fil-Kapitolu 26 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, irid jintuża għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini miġbura jew prodotti, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta mill-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li permezz tiegħu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni. Ir-referenzi żbaljati għall-annimali ovini u kaprini fil-punt II.2.5.1. u fil-Kaxxa ta’ referenza I.30 tan-Noti għall-Parti I ta’ dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(7)

L-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali ekwini jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont it-tip ta’ prodotti konċernati. Il-Kapitoli 45 u 49 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri rispettivament, ta’ kunsinni ta’ semen ta’ annimali ekwini miġbura, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen (mudell “EQUI-SEM-A-INTRA”), u ta’ kunsinni ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali ekwini miġbura jew prodotti, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta mill-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li permezz tiegħu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni (mudell “EQUI-OOCYTES-EMB-A-INTRA”). Il-punt II.2.5.2. ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li l-annimali ekwini donaturi tas-semen, tal-ooċiti u tal-embrijuni jridu jinżammu fi stabbilimenti, minflok fi stabbiliment wieħed, fejn l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, id-durina, is-surra (Trypanosoma evansi), l-anemija li tittieħed tal-ekwini, il-metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), l-infezzjoni bil-virus tar-rabja u l-antraċe ma ġewx irrapportati, għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni u matul il-perjodu tal-ġbir. Barra minn hekk, il-Kaxxa ta’ referenza I.30 tan-Noti għall-Parti I tal-mudell “EQUI-SEM-A-INTRA” jenħtieġ li tiġi emendata biex tiġi inkluża deskrizzjoni tat-testijiet.

(8)

L-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u dikjarazzjonijiet li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u ċerti prodotti ġerminali tagħhom iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi u l-kategoriji tal-prodotti konċernati. Il-Kapitolu 61 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u mudell tad-dikjarazzjoni għall-moviment bejn l-Istati Membri ta’ klieb, qtates u inmsa. Il-punt II.2.2. ta’ dak il-mudell taċ-ċertifikat fih żbalji ovvji u jeħtieġ kjarifika. Għalhekk huwa meħtieġ li dak il-mudell jiġi kkoreġut kif xieraq.

(9)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq.

(10)

L-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati tas-saħħa/uffiċjali tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi kkonċernata. Il-Kapitolu 4 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini (mudell “OV/CAP-X”). Il-punti II.2.2. u II.2.11.6. tal-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali ta’ dak il-mudell fihom żbalji ovvji u jeħtieġu kjarifika. Għalhekk huwa meħtieġ li dak il-mudell jiġi kkoreġut kif xieraq.

(11)

L-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw dawk iċ-ċertifikati, li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni jew għat-tranżitu fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali ekwini, iridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont il-movimenti konċernati. Il-Kapitoli 12 sa 15 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu rispettivament il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-X”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u d-dikjarazzjoni mudell għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-Y”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni tal-annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-X”), u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-Y”). F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, il-perjodu li jista’ jgħaddi bejn l-eżami kliniku u t-tluq tal-annimali ekwini, minbarra l-annimali ekwini rreġistrati, huwa stabbilit għal 24 siegħa għal dik il-kategorija ta’ annimali. F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu kkoreġuti kif xieraq.

(12)

Barra minn hekk, il-Kapitoli 16, 17 u 18 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, imsemmija fl-Artikolu 15 tiegħu, jistabbilixxu rispettivament, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, għall-kompetizzjoni u għall-avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 30 ġurnata (mudell “EQUI-RE-ENTRY-30”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 ġurnata biex jipparteċipaw f’avvenimenti ekwestri organizzati taħt l-awspiċji tal-Fédération Equestre Internationale (FEI) (mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-COMP”), u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 ġurnata biex jipparteċipaw f’avvenimenti speċifiċi tat-tiġrija fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerka, f’Hong Kong, fil-Ġappun, f’Singapore, fl-Emirati Għarab Magħquda jew fil-Qatar (mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE”). F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu kkoreġuti kif xieraq.

(13)

L-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati maħsuba għal stabbiliment konfinat iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont l-ispeċi konċernata. Il-Kapitoli 19 sa 22 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali elenkati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 19 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-RUM”), annimali elenkati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 20 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-SUI”), l-annimali elenkati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 21 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-TRE”), u l-annimali tal-familja ta’ Hippopotamidae li joriġinaw minn stabbiliment konfinat u li huma maħsuba għalih (mudell “CONFINED-HIPPO”). Il-punt II.1.2. tal-Parti II (Informazzjoni dwar is-saħħa) ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġi emendat bl-inserzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali nieqsa previsti fl-Artikolu 34, fil-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, u jenħtieġ li jiġu kkoreġuti xi żbalji ovvji oħrajn u ommissjonijiet mhux intenzjonati.

(14)

L-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ għasafar u l-prodotti ġerminali tagħhom iridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont il-kategoriji tal-għasafar u l-prodotti konċernati. Il-Kapitolu 34a ta’ dak l-Anness jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħamiem tat-tiġrija li jiġi rilaxxat immedjatament wara d-dħul (mudell “RACING PIGEONS-IMMEDIATE RELEASE”). Il-punti II.1.2. u II.1.6. ta’ dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti biex jiġi ċċarat rispettivament ir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti tal-oriġini kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 62(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u l-kundizzjonijiet tat-trasport għall-ħamiem tat-tiġrija.

(15)

L-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali jridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu, skont it-tip ta’ prodotti konċernati. Il-Kapitoli 39 (mudell “BOV-SEM-A-ENTRY”), 42 (mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”), 48 (“OV/CAP-SEM-A-ENTRY”), u 50 (mudell “OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”) ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali. Il-kaxxa ta’ referenza I.27 tan-Noti tal-Parti I ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi deskrizzjoni tat-testijiet għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu u għall-marda emorraġika epiżootika.

(16)

Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi kkoreġuta n-numerazzjoni żbaljata fil-punt II.2. tal-mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”, stabbilit fil-Kapitolu 42 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403.

(17)

Barra minn hekk, l-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jirreferi għall-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali mibgħuta wara l-20 ta’ April 2021 miċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali (mudell “BOV-GP-STORAGE-ENTRY”), stabbilit fl-Anness II tiegħu. In-Noti f’dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti sabiex ikopru mhux biss is-semen tal-annimali bovini, iżda wkoll ooċiti u embrijuni ta’ dawk l-annimali.

(18)

L-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali ovini u kaprini jridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu. Il-Kapitolu 53 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti ġerminali mibgħuta wara l-20 ta’ April 2021 miċ-ċentri tal-ħżin tal-prodotti ġerminali (mudell “OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY”). In-Noti f’dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti sabiex ikopru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni mhux biss tal-annimali ovini, iżda wkoll tal-annimali kaprini.

(19)

L-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali porċini jridu jikkorrispondu ma’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu. Il-Kapitolu 54 ta’ dak l-Anness jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ semen ta’ annimali porċini miġbura, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 wara l-20 ta’ April 2021, u mibgħuta minn ċentru tal-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen (mudell ‘POR-SEM-A-ENTRY’). Ir-referenzi żbaljati għal Stat Membru, minflok għal pajjiż terz jew territorju, fil-punti II.4.8.3. u II.4.9.3., ta’ dak il-mudell jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(20)

L-Artikolu 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali ekwini jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu, u msemmija f’dak l-Artikolu. Il-Kapitoli 59 u 63 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ semen ta’ annimali ekwini miġbura, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen fejn inġabar is-semen (mudell “EQUI-SEM-A-ENTRY”), u tal-ooċiti u l-embrijuni tal-annimali ekwini miġbura jew prodotti, ipproċessati u maħżuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u mar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 wara l-20 ta’ April 2021, mibgħuta mill-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li permezz tiegħu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni (mudell “EQUI-OOCYTES-EMB-A-ENTRY”). Il-punt II.4.4.2. ta’ dawk il-mudelli jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex jiġi ċċarat li l-annimali ekwini donaturi tas-semen, tal-ooċiti u tal-embrijuni jridu jinżammu fi stabbilimenti, minflok fi stabbiliment wieħed, fejn l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, id-durina, is-surra (Trypanosoma evansi), l-anemija li tittieħed tal-ekwini, il-metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), l-infezzjoni bil-virus tar-rabja u l-antraċe ma ġewx irrapportati, għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni u matul il-perjodu tal-ġbir. Barra minn hekk, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 tan-Noti għall-Parti I tal-mudell “EQUI-SEM-A-ENTRY” jenħtieġ li tiġi emendata biex tiġi inkluża deskrizzjoni tat-testijiet.

(21)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq.

(22)

Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq.

(23)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni kkonċernati mill-emendi li jridu jsiru fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 minn dan ir-Regolament, l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jibqgħu jiġu awtorizzati matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(24)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huma emendati u kkoreġuti f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Diċembru 2022, kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali terrestri u prodotti ġerminali tagħhom, akkumpanjati minn ċertifikati xierqa tas-saħħa tal-annimali, ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u dikjarazzjonijiet maħruġa f’konformità mal-mudelli stabbiliti fil-Kapitoli 4, 12 sa 22, 34a, 39, 42, 47, 48, 50, 53, 54, 59 u 63 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, kif applikabbli qabel l-emendi li saru għal dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni dment li dawk iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet ikunu nħarġu mhux aktar tard mil-15 ta’ Settembru 2022.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

ANNESS

L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huma emendati u kkoreġuti kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu 7, fil-mudell EQUI-INTRA-IND, fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Għażla disponibbli biss f’każ ta’ jew:

(a)

annimal ekwin akkumpanjat mid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku tiegħu kif previst fl-Artikolu 114(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, li jinkludi marka ta’ validazzjoni valida msemmija fl-Artikolu 92(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688; jew

(b)

annimal ekwin irreġistrat akkumpanjat mid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku tiegħu kif previst fl-Artikolu 114(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jinkludi liċenzja valida msemmija fl-Artikolu 92(2), il-punt (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, jew mid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku tiegħu flimkien mal-Karta ta’ Rikonoxximent tal-FEI u l-istiker ta’ validazzjoni.”;

(b)

fil-Kapitolu 8, fil-mudell EQUI-INTRA-CON, fin-Noti tal-Parti II, in-nota (3) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(3)

Għażla disponibbli biss f’każ ta’ jew:

(a)

annimali ekwini li kull wieħed minnhom ikun akkumpanjat mid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku tiegħu kif previst fl-Artikolu 114(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jinkludi marka ta’ validazzjoni valida msemmija fl-Artikolu 92(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688; jew

(b)

annimali ekwini reġistrati li kull wieħed minnhom ikun akkumpanjat mid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku tiegħu kif previst fl-Artikolu 114(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jinkludi liċenzja valida msemmija fl-Artikolu 92(2), il-punt (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, jew mid-dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku tiegħu flimkien mal-Karta ta’ Rikonoxximent tal-FEI u l-istiker ta’ validazzjoni.”;

(c)

fil-Kapitolu 16, il-mudell POU-INTRA-DOC huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punt II.1.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.4.

il-flieles ta’ ġurnata deskritti fil-Parti I:

(a)

ma juru l-ebda sinjal kliniku jew raġuni biex jiġi suspettat xi mard elenkat rilevanti għall-ispeċi;

(2)(3)jew

[(b) ma jkunux tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;]

(2)(3)jew

[(b) ikunu tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle b’[vaċċini inattivati](2) [vaċċini ħajjin attenwati li jikkonformaw mal-kriterji tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688](2)

(isem ir-razza użata fil-vaċċin)

fi … (data) fl-età ta’ … jiem;]”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (4) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(4)

Billi l-flieles ta’ ġurnata msemmija f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali jkunu faqqsu minn bajd li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu, fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni jridu jiġu rispettati r-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għall-moviment u l-immaniġġjar ta’ dawk l-annimali fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, kif inhuma stabbiliti fl-Artikoli 112, 113 u 114 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.”;

(d)

fil-Kapitolu 17, fil-mudell POU-INTRA-X, il-punt II.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(10)[II.2.1.

Il-programm ta’ kontroll tas-Salmonella msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006, ġew applikati għall-qatgħa ta’ oriġini u l-qatgħa ġiet ittestjata għas-serotipi tas-Salmonella ta’ sinifikat għas-saħħa pubblika:

Identifikazzjoni tal-qatgħa

Età tal-għasafar

Data tal-aħħar kampjunar tal-qatgħa li minnu jkun magħruf ir-riżultat tal-ittestjar [jj/xx/ssss]

Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa(11)

pożittiv

negattiv

Għal raġunijiet oħra għajr il-programm ta’ kontroll tas-Salmonella, fil-perjodu ta’ 21 jum qabel id-data ta’ moviment tal-kunsinna bejn l-Istati Membri:

(2)jew

[l-antimikrobiċi ma ngħatawx lill-pollam tat-tnissil u lill-pollam produttiv għajr ir-ratiti;]

(2)(12)jew

[l-antimikrobiċi li ġejjin ingħataw lill-pollam tat-tnissil u lill-pollam produttiv għajr ir-ratiti: …;]]”;

(e)

fil-Kapitolu 18, il-mudell POU-INTRA-LT20 huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

fil-Parti II, il-punt II.2.1.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(10)[II.2.1.1.

Il-programm ta’ kontroll tas-Salmonella msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006, ġew applikati għall-qatgħa ta’ oriġini u l-qatgħa ġiet ittestjata għas-serotipi tas-Salmonella ta’ sinifikat għas-saħħa pubblika:

Identifikazzjoni tal-qatgħa

Età tal-għasafar

Data tal-aħħar kampjunar tal-qatgħa li minnu jkun magħruf ir-riżultat tal-ittestjar [jj/xx/ssss]

Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa(11)

pożittiv

negattiv

Għal raġunijiet oħra għajr il-programm ta’ kontroll tas-Salmonella, fil-perjodu ta’ 21 jum qabel id-data ta’ moviment tal-kunsinna bejn l-Istati Membri:

(1)jew

[l-antimikrobiċi ma ngħatawx lill-pollam tat-tnissil u lill-pollam produttiv għajr ir-ratiti;]

(1)(12)jew

[l-antimikrobiċi li ġejjin ingħataw lill-pollam tat-tnissil u lill-pollam produttiv għajr ir-ratiti: …;]]”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (14) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(14)

Billi l-flieles ta’ ġurnata msemmija f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali jkunu faqqsu minn bajd li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu, fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni jridu jiġu rispettati r-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għall-moviment u l-immaniġġjar ta’ dawk l-annimali fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, kif inhuma stabbiliti fl-Artikoli 112, 113 u 114 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.”;

(f)

fil-Kapitolu 23, fil-mudell BOV-SEM-A-INTRA, fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.30 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.30

:

Tip”: Indika s-semen.

Speċi”: Agħżel minn fost “Bos taurus”, “Bison bison” jew “Bubalus bubalis” kif xieraq.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħed is-semen tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabar is-semen tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen minn fejn inġabar is-semen.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.2.8.5. u/jew II.2.8.6., u/jew għat-test EHD: II.2.9.3.1. u/jew II.2.9.3.2., jekk rilevanti.”;

(g)

fil-Kapitolu 26, il-mudell BOV-OOCYTES-EMB-A-INTRA huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

fil-Parti II, il-punt II.2.5.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.2.5.1.

inżammu fi stabbilimenti li ma jinsabux f’żona ristretta stabbilita minħabba l-okkorrenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, ta’ infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina, ta’ infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift, tal-plewropulmonite bovina li tittieħed jew tal-marda tal-infafet fil-ġilda jew ta’ marda emerġenti rilevanti għall-annimali bovini;”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.30 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.30

:

Speċi”: Agħżel minn fost “Bos taurus”, “Bison bison” jew “Bubalus bubalis” kif xieraq.

“Tip”: Speċifika jekk humiex ooċiti, embrijuni derivati in vivo, embrijuni prodotti in vitro jew embrijuni mikromanipulati.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħdu l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li minnu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.2.7.5. u/jew II.2.7.6., u/jew għat-test EHD: II.2.8.3.1. u/jew II.2.8.3.2., jekk rilevanti.”;

(h)

fil-Kapitolu 30, fil-mudell OV/CAP-SEM-A-INTRA, fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.30 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.30

:

“Tip”: Indika s-semen.

“Speċi”: Agħżel minn fost “Ovis aries” jew “Capra hircus” kif xieraq.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħed is-semen tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabar is-semen tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew, f’każ ta’ stabbiliment kif imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686, in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbiliment fejn ikun inġabar is-semen.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.2.8.5. u/jew II.2.8.6., u/jew għat-test EHD: II.2.9.3.1. u/jew II.2.9.3.2., jekk rilevanti.”;

(i)

fil-Kapitolu 33, fil-mudell OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-INTRA, fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.30 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.30

:

Tip”: Speċifika jekk humiex embrijuni derivati in vivo, ooċiti derivati in vivo, embrijuni prodotti in vitro jew embrijuni mikromanipulati.

Speċi”: Agħżel minn fost “Ovis aries” jew “Capra hircus” kif xieraq.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħdu l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li minnu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.3.7.5. u/jew II.3.7.6., u/jew għat-test EHD: II.3.8.3.1. u/jew II.3.8.3.2., jekk rilevanti.”;

(j)

fil-Kapitolu 45, il-mudell EQUI-SEM-A-INTRA huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(i)

fil-Parti II, il-punt II.2.5.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.2.5.2.

inżammu fi stabbilimenti fejn ma ġewx irrapportati enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, surra (Trypanosoma evansi), anemija infettiva ekwina, metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), infezzjoni bil-virus tar-rabja u antraċe;”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.30 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.30

:

Tip”: Indika s-semen.

Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħed is-semen tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabar is-semen tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen minn fejn inġabar is-semen.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Indika “Iva, ara l-punti II.2.8. u II.2.9”;

(k)

fil-Kapitolu 49, fil-mudell EQUI-OOCYTES-EMB-A-INTRA, il-punt II.2.5.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.2.5.2.

inżammu fi stabbilimenti fejn ma ġewx irrapportati enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, surra (Trypanosoma evansi), anemija infettiva ekwina, metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), infezzjoni bil-virus tar-rabja u antraċe;”;

(l)

fil-Kapitolu 61, fil-mudell CANIS-FELIS-FERRETS-INTRA, il-punt II.2.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2) jew

[II.2.2. Il-klieb, minħabba d-destinazzjoni maħsuba tagħhom(5) indikata fil-Kaxxa I.9, jew fil-Kaxxa I.10 fejn tiġi applikata r-reġjonalizzazzjoni:

(2) jew

[ikunu ngħataw kura kontra l-Echinococcus multilocularis f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772.]

(2) jew

[ma jkunux ingħataw kura kontra(6) l-Echinococcus multilocularis.]]

(2) jew

[II.2.2. L-annimali huma maħsuba għat-trasport dirett f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 lejn l-istabbiliment konfinat indikat fil-Kaxxa I.12 tal-Parti I.]”;

(2)

l-Anness II huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu 4, il-mudell OV/CAP-X huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punti II.2.2. u II.2.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.2.2.

baqgħu kontinwament:

(i)

fiż-żona msemmija fil-punt II.2.1 mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha ntbagħtu lejn l-Unjoni, u

(ii)

fl-istabbiliment ta’ oriġini mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas 40 jum qabel id-data li fiha ntbagħtu lejn l-Unjoni, li fiha matul dan il-perjodu ma jkun ġie introdott l-ebda annimal ovin jew kaprin u l-ebda annimal ta’ speċijiet oħra elenkati għall-istess mard bħal dak tal-annimali ovini u kaprini.

II.2.3.

ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data li fiha ntbagħtu lejn l-Unjoni.”;

(ii)

il-punt II.2.11.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:

jew [II.2.11.6.

li fih ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M.bovis, M.caprae u M.tuberculosis) matul perjodu ta’ mill-inqas 42 jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni](1)(8)

jew[II.2.11.6.

soġġett għal sorveljanza biex tinstab infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M.bovis, M.caprae u M.tuberculosis) f’konformità mal-proċeduri stipulati fil-punti (1) u (2) tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 matul perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni u matul dan il-perjodu:

(i)

fl-istabbiliment ikunu ġew introdotti biss annimali kaprini minn stabbilimenti li japplikaw sorveljanza bħal din;

(ii)

f’każ fejn tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M.bovis, M.caprae u M.tuberculosis) f’annimali kaprini miżmuma fl-istabbiliment, ikunu ttieħdu miżuri f’konformità mal-punt (3) tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688].(1)(9)”;

(iii)

il-punti II.2.11.9. u II.2.11.10 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.2.11.9.

li fih ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni;

jew[II.2.11.10.

li fih ma tkunx ġiet irrapportata surra (Trypanosoma evansi) għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu l-Unjoni.] (1)

jew[II.2.11.10.

li fih ma tkunx ġiet irrapportata s-surra (Trypanosoma evansi) għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni u fejn dik il-marda tkun ġiet irrapportata fl-istabbiliment ta’ oriġini matul is-sentejn qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni, l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet sakemm l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment u l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment ġew soġġetti, b’riżultati negattivi, għal test għas-surra (Trypanosoma evansi) kif deskritt fl-Artikolu 9, il-punt (b)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 imwettaq fuq kampjuni meħuda mill-inqas sitt xhur wara d-data li fiha l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment.] (1)

[II.2.11.11.

li fih ma tkunx ġiet irrapportata Burkholderia mallei (glanders) għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha l-annimali ntbagħtu lejn l-Unjoni.](9)”;

(iv)

in-noti f’qiegħ il-paġna tal-Parti II huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

Żomm kif xieraq.

(2)

Il-kodiċi taż-żona kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Data tat-tagħbija: din ma tistax tkun data qabel id-data ta’ awtorizzazzjoni taż-żona għad-dħul fl-Unjoni, jew data f’perjodu meta l-Unjoni tkun adottat miżuri ta’ restrizzjoni kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ dawn l-annimali minn din iż-żona.

(4)

Għal żoni b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(5)

Għal żoni bl-entrata BTV fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(6)

Għal żoni bl-entrata SF-BTV fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(7)

Għal żoni bl-entrata SF-EHD fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(8)

Għall-annimali ovini biss.

(9)

Għall-annimali kaprini biss.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(11)

Żoni bl-entrata BRU għall-annimali ovini u kaprini fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(b)

fil-Kapitolu 12, il-mudell EQUI-X huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punti II.1.1. u II.1.2. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.1.1.

mhuwiex maħsub għall-iskarnar għall-konsum mill-bniedem u mhuwiex maħsub għall-iskarnar fil-qafas tal-eradikazzjoni ta’ marda li tittieħed mill-annimali ekwini, u

(1) jew

[huwa annimal ekwin reġistrat, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692.]

(1) jew

[huwa żiemel reġistrat kif definit fl-Artikolu 2, il punt (12) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692]

(1) jew

[huwa annimal ekwin għajr annimal ekwin reġistrat jew żiemel reġistrat.]

II.1.2.

ma jkunx wera sinjali jew sintomi ta’ mard elenkat għall-annimali ekwini fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 matul l-eżami kliniku li sar fi … (daħħal id-data jj/xx/ssss)(2), b’din id-data fi ħdan il-perjodu ta’ 24 siegħa jew, f’każ ta’ żiemel reġistrat, fi ħdan il-perjodu ta’ 48 siegħa jew fl-aħħar jum tax-xogħol qabel it-tluq tal-annimal mill-istabbiliment reġistrat.”;

(ii)

in-noti għall-Parti I huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.8

:

Ipprovdi l-kodiċi tal-pajjiż, ta’ territorju jew żona tiegħu tad-dispaċċ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.

Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Sistema ta’ identifikazzjoni”: L-annimal irid jiġi identifikat individwalment b’wieħed mill-metodi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, jew irid jiġi identifikat b’metodu alternattiv dment li jiġi reġistrat fid-dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) tal-annimal kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (b)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Speċifika s-sistema ta identifikazzjoni u l-post anatomiku użati fuq l-annimali. Jekk l-annimal ikun akkumpanjat minn passaport, iridu jiġu ddikjarati n-numru tiegħu u isem l-awtorità kompetenti li vvalidatu.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-noti (2) sa (8) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

Iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; f’każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.

Id-dħul fl-Unjoni ma għandux ikun permess meta l-annimal ikun tgħabba jew qabel id-data ta’ awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni mill-pajjiż, territorju jew żona rispettiva tiegħu msemmija fil-punt II.2.1., jew inkella matul perjodu fejn l-Unjoni tkun adottat miżuri restrittivi kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn dan il-pajjiż, territorju jew żona tiegħu. Ivverifika mal-kolonni 8 u 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Il-kodiċi tal-pajjiż, tat-territorju jew taż-żona tiegħu u l-Grupp Sanitarju kif jidhru rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(4)

Testijiet għall-glanders, għas-surra, għad-durina, għall-anemija infettiva ekwina u għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela deskritti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Mard Ekwin għajr il-marda Afrikana taż-żwiemel: https://sitesv2.anses.fr/en/minisite/equine-diseases/sop

(5)

Iż-żona tal-pajjiż jew tat-territorju awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni kif tidher rispettivament fil-kolonni 2 u 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(6)

Awtorizzat biss jekk il-pajjiż tad-dispaċċ ikun assenjat għall-Grupp Sanitarju G.

(7)

Id-dikjarazzjonijiet li jkunu relatati kompletament u esklużivament ma’ Grupp Sanitarju differenti mill-Grupp Sanitarju li lilu jiġu assenjati l-pajjiż, it-territorju jew iż-żona tiegħu ta’ dispaċċ jistgħu jitħallew barra, diment li tinżamm in-numerazzjoni tad-dikjarazzjonijiet sussegwenti.

(8)

Testijiet għall-marda Afrikana taż-żwiemel deskritti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda Afrikana taż-żwiemel:

https://www.mapa.gob.es/en/ganaderia/temas/laboratorios/referencia-union-europea-oie/diagnostico/default.aspx”;

(iv)

fid-Dikjarazzjoni mill-operatur responsabbli għad-dħul fl-Unjoni tal-kunsinna ta’ annimal ekwin mhux maħsuba għall-iskarnar, in-nota (1) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Sistema ta’ identifikazzjoni: L-annimal irid jiġi identifikat individwalment b’wieħed mill-metodi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, jew irid jiġi identifikat b’metodu alternattiv dment li jiġi reġistrat fid-dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) tal-annimal kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (b)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal ċomba tal-widna, transponder) u l-post anatomiku użati fuq l-annimal.

Jekk l-annimal ikun akkumpanjat minn passaport, iridu jiġu ddikjarati n-numru tiegħu u isem l-awtorità kompetenti li vvalidatu.

Età: Data tat-twelid (jj/xx/ssss).

Sess (M = maskil, F = femminil, C = kastrat).”;

(c)

fil-Kapitolu 13, il-mudell EQUI-Y huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punt II.1.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.2.

ma jkunux urew sinjali jew sintomi tal-mard elenkat għall-annimali ekwini fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 matul l-eżami kliniku li sar fi … (daħħal id-data jj/xx/ssss)(2), b’din id-data fi ħdan il-perjodu ta’ 24 siegħa qabel it-tluq:

(3)jew

[mill-istabbiliment reġistrat ta’ oriġini fil-pajjiż, territorju jew żona tiegħu ta’ dispaċċ;]

(3)jew

[mill-istabbiliment approvat biex jitwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa tal-annimali ekwini mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż jew territorju ta’ dispaċċ, f’konformità ma’ rekwiżiti stretti mill-inqas daqs dawk stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035;]”;

(ii)

in-Noti għall-Parti I huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.8

:

Ipprovdi l-kodiċi tal-pajjiż, ta’ territorju jew żona tiegħu tad-dispaċċ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.

Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Sistema ta’ identifikazzjoni”: L-annimali jridu jiġu identifikati individwalment b’wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jippermetti li l-annimali jintrabtu maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali. Speċifika s-sistema ta identifikazzjoni u l-post anatomiku użati fuq l-annimali.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-noti (2) sa (4) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

Iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; f’każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.

Id-dħul fl-Unjoni ma għandux ikun permess meta l-annimali jkunu tgħabbew jew qabel id-data ta’ awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni mill-pajjiż, territorju jew żona tiegħu rispettivi msemmija fil-punt II.2.1., jew inkella matul perjodu fejn l-Unjoni tkun adottat miżuri restrittivi kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn dan il-pajjiż, territorju jew żona tiegħu. Ivverifika mal-kolonni 8 u 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Ħassar kif xieraq.

(4)

Il-kodiċi tal-pajjiż, tat-territorju jew taż-żona tiegħu u l-Grupp Sanitarju kif jidhru rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(iv)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (7) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(7)

Testijiet għall-marda Afrikana taż-żwiemel deskritti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda Afrikana taż-żwiemel:

https://www.mapa.gob.es/en/ganaderia/temas/laboratorios/referencia-union-europea-oie/diagnostico/default.aspx”;

(v)

fid-Dikjarazzjoni mill-operatur responsabbli għad-dħul fl-Unjoni tal-kunsinna ta’ annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar, in-nota (1) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Sistema ta’ identifikazzjoni: L-annimali jridu jiġu identifikati individwalment b’wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jippermetti li l-annimali jintrabtu maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali. Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal ċomba tal-widna, transponder) u l-post anatomiku użati fuq l-annimali.”;

(d)

fil-Kapitolu 14, il-mudell EQUI-TRANSIT-X huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punti II.1.1. u II.1.2. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.1.1.

mhuwiex maħsub għall-iskarnar għall-konsum mill-bniedem u mhuwiex maħsub għall-iskarnar fil-qafas tal-eradikazzjoni ta’ marda li tittieħed mill-annimali ekwini, u

(1) jew

[huwa annimal ekwin reġistrat, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692.]

(1) jew

[huwa żiemel reġistrat kif definit fl-Artikolu 2, il punt (12) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.]

(1) jew

[huwa annimal ekwin għajr annimal ekwin reġistrat jew żiemel reġistrat.]

II.1.2.

ma jkunx wera sinjali jew sintomi ta’ mard elenkat għall-annimali ekwini fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 matul l-eżami kliniku li sar fi … (daħħal id-data jj/xx/ssss)(2), b’din id-data fi ħdan il-perjodu ta’ 24 siegħa jew, f’każ ta’ żiemel reġistrat, fi ħdan il-perjodu ta’ 48 siegħa jew fl-aħħar jum tax-xogħol qabel it-tluq tal-annimal mill-istabbiliment reġistrat.”;

(ii)

in-Noti għall-Parti I huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.8

:

Ipprovdi l-kodiċi tal-pajjiż, ta’ territorju jew żona tiegħu tad-dispaċċ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.

Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Sistema ta’ identifikazzjoni”: L-annimal irid jiġi identifikat individwalment b’wieħed mill-metodi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, jew irid jiġi identifikat b’metodu alternattiv dment li jiġi reġistrat fid-dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) tal-annimal kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (b)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Speċifika s-sistema ta identifikazzjoni u l-post anatomiku użati fuq l-annimali. Jekk l-annimal ikun akkumpanjat minn passaport, iridu jiġu ddikjarati n-numru tiegħu u isem l-awtorità kompetenti li vvalidatu.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-noti (2) sa (8) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

Iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; f’każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.

Id-dħul fl-Unjoni ma għandux ikun permess meta l-annimal ikun tgħabba jew qabel id-data ta’ awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni mill-pajjiż, territorju jew żona rispettiva tiegħu msemmija fil-punt II.2.1., jew inkella matul perjodu fejn l-Unjoni tkun adottat miżuri restrittivi kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn dan il-pajjiż, territorju jew żona tiegħu. Ivverifika mal-kolonni 8 u 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Il-kodiċi tal-pajjiż, tat-territorju jew taż-żona tiegħu u l-Grupp Sanitarju kif jidhru rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(4)

Testijiet għall-glanders, għas-surra, għad-durina, għall-anemija infettiva ekwina u għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela deskritti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Mard Ekwin għajr il-marda Afrikana taż-żwiemel: https://sitesv2.anses.fr/en/minisite/equine-diseases/sop

(5)

Żona ta’ pajjiż jew territorju awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni kif tidher rispettivament fil-kolonni 2 u 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(6)

Awtorizzat biss jekk il-pajjiż tad-dispaċċ ikun assenjat lill-Grupp Sanitarju G.

(7)

Id-dikjarazzjonijiet li jkunu relatati kompletament u esklużivament ma’ Grupp Sanitarju differenti mill-Grupp Sanitarju li lilu jiġu assenjati l-pajjiż, it-territorju jew iż-żona tiegħu ta’ dispaċċ jistgħu jitħallew barra, diment li tinżamm in-numerazzjoni tad-dikjarazzjonijiet sussegwenti.

(8)

Testijiet għall-marda Afrikana taż-żwiemel deskritti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda Afrikana taż-żwiemel:

https://www.mapa.gob.es/en/ganaderia/temas/laboratorios/referencia-union-europea-oie/diagnostico/default.aspx”;

(iv)

fid-Dikjarazzjoni mill-operatur responsabbli għat-tranżitu mill-Unjoni tal-kunsinna ta’ annimal ekwin mhux maħsub għall-iskarnar, in-nota (1) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Sistema ta’ identifikazzjoni: L-annimal irid jiġi identifikat individwalment b’wieħed mill-metodi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, jew irid jiġi identifikat b’metodu alternattiv dment li jiġi reġistrat fid-dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) tal-annimal kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (b)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal ċomba tal-widna, transponder) u l-post anatomiku użati fuq l-annimal.

Jekk l-annimal ikun akkumpanjat minn passaport, iridu jiġu ddikjarati n-numru tiegħu u isem l-awtorità kompetenti li vvalidatu.

Età: Data tat-twelid (jj/xx/ssss).

Sess (M = maskil, F = femminil, C = kastrat).”;

(e)

fil-Kapitolu 15, il-mudell EQUI-TRANSIT-Y huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punt II.1.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.2.

ma jkunx wera sinjali jew sintomi ta’ mard elenkat għall-annimali ekwini fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 matul l-eżami kliniku li sar fi … (daħħal id-data jj/xx/ssss)(2), b’din id-data fi ħdan il-perjodu ta’ 24 siegħa qabel it-tluq:

(3)jew

[mill-istabbiliment reġistrat ta’ oriġini fil-pajjiż, territorju jew żona tiegħu ta’ dispaċċ;]

(3)jew

[mill-istabbiliment approvat biex jitwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ annimali ekwini mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż, territorju jew żona tiegħu ta’ dispaċċ, f’konformità ma’ rekwiżiti stretti mill-inqas daqs dawk stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035;]”;

(ii)

in-Noti għall-Parti I huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.8

:

Ipprovdi l-kodiċi tal-pajjiż, ta’ territorju jew żona tiegħu tad-dispaċċ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.

Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Sistema ta’ identifikazzjoni”: L-annimali jridu jiġu identifikati individwalment b’wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jippermetti li l-annimali jintrabtu maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali. Speċifika s-sistema ta identifikazzjoni u l-post anatomiku użati fuq l-annimali.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-noti (2) sa (4) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

Iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; f’każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.

Id-dħul fl-Unjoni ma għandux ikun permess meta l-annimali jkunu tgħabbew jew qabel id-data ta’ awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni mill-pajjiż, territorju jew żona tiegħu rispettivi msemmija fil-punt II.2.1., jew inkella matul perjodu fejn l-Unjoni tkun adottat miżuri restrittivi kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn dan il-pajjiż, territorju jew żona tiegħu. Ivverifika mal-kolonni 8 u 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Ħassar kif xieraq.

(4)

Il-kodiċi tal-pajjiż, tat-territorju jew taż-żona tiegħu u l-Grupp Sanitarju kif jidhru rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(iv)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (7) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(7)

Testijiet għall-marda Afrikana taż-żwiemel deskritti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda Afrikana taż-żwiemel:

https://www.mapa.gob.es/en/ganaderia/temas/laboratorios/referencia-union-europea-oie/diagnostico/default.aspx”;

(v)

fid-Dikjarazzjoni mill-operatur responsabbli għat-tranżitu mill-Unjoni tal-kunsinna ta’ annimali ekwin maħsuba għall-iskarnar, in-nota (1) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(1)

Sistema ta’ identifikazzjoni: L-annimali jridu jiġu identifikati individwalment b’wieħed mill-mezzi ta’ identifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jippermetti li l-annimali jintrabtu maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali. Speċifika s-sistema ta’ identifikazzjoni (bħal ċomba tal-widna, transponder) u l-post anatomiku użati fuq l-annimal.”;

(f)

fil-Kapitolu 16, il-mudell EQUI-RE-ENTRY-30 huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punti II.2.4. sa II.2.7. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.2.4.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ikun ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż, f’territorju jew f’żona tiegħu li fih:

(3)jew

[ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]

(3)jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) rikonoxxut mill-Unjoni(1) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq, u

(3)jew

[fl-istabbiliment tad-dispaċċ ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]]

(3)jew

[fl-istabbiliment tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment:

(3)jew

[sakemm l-annimali ekwini fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test ta’ fissazzjoni tal-komplement għal infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders)(4) imwettaq, b’riżultati negattivi, f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 5, fuq kampjuni meħuda mill-inqas sitt xhur wara d-data li fiha jkunu nqatlu u nqerdu l-annimali infettati.]]]

(3)jew

[għal mill-inqas 30 jum mid-data tat-tindif u diżinfettar tal-istabbiliment wara li jkun inqatel u nqered l-aħħar annimal ekwin fl-istabbiliment.]]]

II.2.5.

[ma tkunx ġiet irrapportata surra matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]

(3)jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni għas-surra rikonoxxut mill-Unjoni(1) matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u

(3)jew

[fl-istabbiliment ma tkunx ġiet irrapportata surra matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]]

(3)jew

[fl-istabbiliment tkun ġiet irrapportata s-surra matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment:

(3)jew

[sakemm l-annimali li jkun fadal fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għat-tripanosomożi jew għal test tal-agglutinazzjoni tal-kard għat-tripanosomożi (CATT) f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 4(4) imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas sitt xhur wara d-data li fiha jkun tneħħa l-aħħar annimal infettat mill-istabbiliment.]]]

(3)jew

[għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum mid-data tat-tindif u tad-diżinfettar tal-istabbiliment, wara li fl-istabbiliment ikun inqatel u nqered jew ikun ġie skarnat l-aħħar annimal tal-ispeċi elenkata.]]]

II.2.6.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ikun ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż, f’territorju jew f’żona tiegħu li fih:

(3)jew

[ma tkunx ġiet irrapportata durina matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]

(3)jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni għad-durina rikonoxxut mill-Unjoni(1) matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u

(3)jew

[fl-istabbiliment ma tkunx ġiet irrapportata durina matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]]

(3)jew

[fl-istabbiliment tkun ġiet irrapportata d-durina matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment:

(3)jew

[sakemm l-annimali ekwini li jkun fadal fl-istabbiliment, għajr l-annimali ekwini rġiel ikkastrati, ikunu ġew soġġetti għal test ta’ fissazzjoni tal-komplement għad-durina mwettaq, b’riżultati negattivi, f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 5(4) fuq kampjuni meħuda mill-inqas sitt xhur wara d-data li fiha jkunu nqatlu u nqerdu jew ikunu ġew skarnati l-annimali infettati, jew wara li jkunu ġew kastrati l-annimali ekwini maskili kollha li jkunu infettati.]]]

(3)jew

[għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum mid-data tat-tindif u tad-diżinfettar tal-istabbiliment wara li jkun inqatel u nqered jew ikun ġie skarnat l-aħħar annimal ekwin fl-istabbiliment.]]]

II.2.7.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ma jkunx tlaqqam kontra l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul il-perjodu ta’ 60 jum qabel id-data tat-tluq tiegħu, u

(3)jew

[ikun ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż jew territorju li fih ma tkunx ġiet irrapportata l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tiegħu.]

(3)jew

[ikun ġej minn stabbiliment li fih ma tkunx ġiet irrapportata l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul il-perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data tat-tluq tiegħu u li jinsab f’pajjiż, f’territorju jew f’żona tiegħu li fihom ikun twettaq programm ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela rikonoxxut mill-Unjoni(1) matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tiegħu.]”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.8

:

Ipprovdi l-kodiċi tal-pajjiż, ta’ territorju jew żona tiegħu tad-dispaċċ, kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-noti (1) sa (2) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

Iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; f’każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.

Id-dħul fl-Unjoni ma għandux ikun permess meta l-annimal ikun tgħabba jew qabel id-data ta’ awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni mill-pajjiż, territorju jew żona rispettiva tiegħu msemmija fil-punt II.2.1., jew inkella matul perjodu fejn l-Unjoni tkun adottat miżuri restrittivi kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn dan il-pajjiż, territorju jew żona tiegħu. Ivverifika mal-kolonni 8 u 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(2)

Il-kodiċi tal-pajjiż, tat-territorju jew taż-żona tiegħu u l-Grupp Sanitarju kif jidhru rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(g)

fil-Kapitolu 17, il-mudell EQUI-RE-ENTRY-90-COMP huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punti II.2.4. sa II.2.7. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.2.4.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ikun ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż, f’territorju jew f’żona tiegħu li fih:

(3)jew

[ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]

(3)jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) rikonoxxut mill-Unjoni(1) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq, u

(3)jew

[fl-istabbiliment tad-dispaċċ ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]]

(3)jew

[fl-istabbiliment tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders) matul il-perjodu ta’ 36 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment:

(3)jew

[sakemm l-annimali ekwini fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test ta’ fissazzjoni tal-komplement għal infezzjoni bil-Burkholderia mallei (glanders)(4) imwettaq, b’riżultati negattivi, f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 5, fuq kampjuni meħuda mill-inqas sitt xhur wara d-data li fiha jkunu nqatlu u nqerdu l-annimali infettati.]]]

(3)jew

[għal mill-inqas 30 jum mid-data tat-tindif u diżinfettar tal-istabbiliment wara li jkun inqatel u nqered l-aħħar annimal ekwin fl-istabbiliment.]]]

II.2.5.

L-annimal ekwin deskritt fil-Parti I ikun ġej minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż, f’territorju jew f’żona tiegħu li fih:

(3)jew

[ma tkunx ġiet irrapportata s-surra matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq.]

(3)jew

[ikun twettaq programm ta’ sorveljanza u eradikazzjoni għas-surra rikonoxxut mill-Unjoni(1) matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u

(3)jew

[fl-istabbiliment ma tkunx ġiet irrapportata surra matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal.]]

(3)jew

[fl-istabbiliment tkun ġiet irrapportata s-surra matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-annimal, u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment:

(3)jew

[sakemm l-annimali li jkun fadal fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għat-tripanosomożi jew għal test tal-agglutinazzjoni tal-kard għat-tripanosomożi (CATT) f’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 minn 4(4) imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda mill-inqas sitt xhur wara d-data li fiha jkun tneħħa l-aħħar annimal infettat mill-istabbiliment.]]]

(3)jew

[għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum mid-data tat-tindif u tad-diżinfettar tal-istabbiliment wara li jkun inqatel u nqered jew ikun ġie skarnat l-aħħar annimal tal-ispeċi elenkata fl-istabbiliment.]]]

fil-Kapitolu 18, il-mudell EQUI- RE-ENTRY-90-RACE huwa kkoreġut kif ġej:

(3) jew

fin-Noti tal-Parti II, in-noti (1) u (2) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

Iċ-ċertifikat irid jinħareġ fil-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-kunsinna fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; f’każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.

Id-dħul fl-Unjoni ma għandux ikun permess meta l-annimal ikun tgħabba jew qabel id-data ta’ awtorizzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni mill-pajjiż, territorju jew żona rispettiva tiegħu msemmija fil-punt II.2.1., jew inkella matul perjodu fejn l-Unjoni tkun adottat miżuri restrittivi kontra d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ekwini minn dan il-pajjiż, territorju jew żona tiegħu. Ivverifika mal-kolonni 8 u 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(2)

Il-kodiċi tal-pajjiż, tat-territorju jew taż-żona tiegħu u l-Grupp Sanitarju kif jidhru rispettivament fil-kolonni 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(i)

fil-Kapitolu 19, fil-mudell CONFINED-RUM, it-Taqsima 2 hija kkoreġuta kif ġej:

(i)

il-punti II.1.2. u II.1.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.1.2.

ikunu baqgħu kontinwament fl-istabbiliment ta’ oriġini mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.

II.1.3.

ma kinux f’kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom età ta’ inqas minn 30 jum, u matul it-trasport tagħhom mill-istabbiliment konfinat approvat ta’ oriġini sal-post tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.”;

(ii)

il-punt II.1.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.6.

ma jkunux inħattu f’xi post li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt II.1.11. minn meta jkunu ntbagħtu mill-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom sakemm intbagħtu lejn l-Unjoni, u matul dak il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Il-kodiċi taż-żona kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(j)

fil-Kapitolu 20, fil-mudell CONFINED-SUI, it-Taqsima 2 hija kkoreġuta kif ġej:

il-punt II.1.14. huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)(4) [ jew (1) [II.1.14.

ikunu ġejjin minn żona fejn, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat, ma jkunx ġie rrapportat id-deni Afrikan tal-ħnieżer matul il-perjodu preċedenti ta’ 12-il xahar.]]

jew (1) [II.1.14.

ikunu ġew soġġetti għal test tal-viroloġija u tas-seroloġija biex jiġi identifikat id-deni Afrikan tal-ħnieżer u f’konformità mat-test preskritt għall-kummerċ internazzjonali fil-Manwal Terrestri tal-OIE, ikunu twettqu fuq kampjuni meħuda matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.]]”;

(iv)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Il-kodiċi taż-żona kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(k)

fil-Kapitolu 21, fil-mudell CONFINED-TRE, it-Taqsima 2 hija kkoreġuta kif ġej:

(i)

il-punti II.1.2. u II.1.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.1.2.

ikunu baqgħu kontinwament fl-istabbiliment ta’ oriġini mit-twelid jew għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.

II.1.3.

ma kinux f’kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom età ta’ inqas minn 30 jum, u matul it-trasport tagħhom mill-istabbiliment konfinat approvat ta’ oriġini sal-post tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.”;

(ii)

il-punt II.1.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.6.

ma jkunux inħattu f’xi post li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt II.1.11. minn meta jkunu ntbagħtu mill-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom sakemm intbagħtu lejn l-Unjoni, u matul dak il-perjodu ma kinux f’kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Il-kodiċi taż-żona kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(l)

fil-Kapitolu 22, il-mudell CONFINED-HIPPO huwa kkoreġut kif ġej:

il-punti II.1.11.3. sa II.1.11.5. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“II.1.11.3.

li fih, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, ma jkunx ġie rrapportat il-mard li ġej matul il-perjodu ta’ sitt xhur preċedenti:

il-marda tal-ilsien u d-dwiefer,

infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina,

infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift,

infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis,

infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M.caprae, M.Tuberculosis),

II.1.11.4.

li fih, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, ma jkunux ġew irrapportati s-surra (Trypanosoma evansi) u l-antraċe matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.

II.1.11.5.

li madwaru, f’żona b’raġġ ta’ 10 km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun ġiet irrapportata l-ebda waħda mill-mardiet elenkati li ġejjin matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni:

il-marda tal-ilsien u d-dwiefer,

infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina,

infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis,

infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M.caprae, M.Tuberculosis).

II.1.11.6.

li madwaru, f’żona b’raġġ ta’ 150 km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.”;

(iv)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Il-kodiċi taż-żona kif jidher fil-kolonna 2 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(m)

fil-Kapitolu 34a, il-mudell RACING PIGEONS-IMMEDIATE RELEASE huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punt I.18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

I.18

Kundizzjonijiet tat-trasport

Ambjentali”;

(ii)

il-punt II.1.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.2.

ikunu ġejjin mill-istabbiliment indikat fil-Kaxxa I.11 reġistrat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jew taż-żona tiegħu, u:

(a)

fi ħdan raġġ ta’ 10 km inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma kienx hemm tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data ta’ tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;

(b)

li fih isir it-tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle.”;

(iii)

il-punt II.1.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.1.6.

jitgħabbew għad-dispaċċ lejn l-Unjoni fi ___/___/____ (jj/xx/ssss)(2) f’mezz ta’ trasport li:

(a)

ikun mibni b’tali mod li:

(i)

l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu jew jaqgħu barra minnu;

(ii)

tkun possibbli spezzjoni viżwali tal-ispazju fejn jinżammu l-annimali;

(iii)

jiġi evitat jew minimizzat il-ħruġ ta’ eskrementi tal-annimali, ta’ mifrex, ta’ għalf jew ta’ rix;

(b)

ikun fih ħamiem tat-tiġrija biss;

(c)

ikun tnaddaf u ġie diżinfettat qabel it-tagħbija b’diżinfettant awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tal-oriġini jew żona tiegħu.”;

(n)

fil-Kapitolu 39, il-mudell BOV-SEM-A-ENTRY huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Tip”: Indika s-semen.

Speċi”: Agħżel minn fost “Bos taurus”, “Bison bison” jew “Bubalus bubalis” kif xieraq.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħed is-semen tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabar is-semen tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen minn fejn inġabar is-semen.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.4.8.5. u/jew II.4.8.6., u/jew għat-test EHD: II.4.9.3.1. u/jew II.4.9.3.2., jekk rilevanti.”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Għal pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(o)

fil-Kapitolu 42, il-mudell “BOV-OOCYTES-EMB-A-ENTRY huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(i)

fil-Parti II, il-punt II.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)[II.2.

L-embrijuni derivati in vivo deskritti fil-Parti I inġabru, ġew ipproċessati u maħżuna, u ntbagħtu mill-grupp għall-ġbir tal-embrijuni(3) li:

II.2.1.

huwa approvat u elenkat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju;

II.2.2.

jikkonforma mar-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltajiet, il-proċeduri operazzjonali, il-faċilitajiet u t-tagħmir stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686.]

(1) [II.2.

L-ooċiti(1)/l-embrijuni prodotti in vitro (1) deskritti fil-Parti I inġabru jew ġew prodotti, ipproċessati u maħżuna, u ntbagħtu mill-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni(3) li:

II.2.1.

huwa approvat u elenkat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju;

II.2.2.

jikkonforma mar-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltajiet, tal-proċeduri operazzjonali, tal-faċilitajiet u tat-tagħmir stipulati fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.]”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Speċi”: Agħżel minn fost “Bos taurus”, “Bison bison” jew “Bubalus bubalis” kif xieraq.

“Tip”: Speċifika jekk humiex ooċiti, embrijuni derivati in vivo, embrijuni prodotti in vitro jew embrijuni mikromanipulati.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħdu l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li minnu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.4.7.5. u/jew II.4.7.6., u/jew għat-test EHD: II.4.8.3.1. u/jew II.4.8.3.2., jekk rilevanti.”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Għal pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(p)

fil-Kapitolu 47, il-mudell BOV-GP-STORAGE-ENTRY huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

in-Noti introduttorji huma sostitwiti b’dan li ġej:

Noti

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali huwa maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, inkluż meta l-Unjoni ma tkunx id-destinazzjoni finali tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni.

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235.”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (3) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(3)

Għal pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(q)

fil-Kapitolu 48, il-mudell OV/CAP-SEM-A-ENTRY huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(i)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.27

:

“Tip”: Indika s-semen.

“Speċi”: Agħżel minn fost “Ovis aries” jew “Capra hircus” kif xieraq.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħed is-semen tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabar is-semen tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen minn fejn inġabar is-semen.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.4.8.5. u/jew II.4.8.6., u/jew għat-test EHD: II.4.9.3.1. u/jew II.4.9.3.2., jekk rilevanti.”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Għal pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(r)

fil-Kapitolu 50, il-mudell OV/CAP-OOCYTES-EMB-A-ENTRY huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(i)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Tip”: speċifika jekk humiex embrijuni derivati in vivo, ooċiti derivati in vivo, embrijuni prodotti in vitro jew embrijuni mikromanipulati.

Speċi”: agħżel minn fost “Ovis aries” jew “Capra hircus” kif xieraq.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħdu l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li minnu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Għat-test BTV indika: II.4.7.5. u/jew II.4.7.6., u/jew għat-test EHD: II.4.8.3.1. u/jew II.4.8.3.2., jekk rilevanti.”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (2) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(2)

Għal pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(s)

fil-Kapitolu 53, il-mudell OV/CAP-GP-STORAGE-ENTRY huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

in-Noti introduttorji huma sostitwiti b’dan li ġej:

Noti

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali huwa maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali ovini u kaprini, inkluż meta l-Unjoni ma tkunx id-destinazzjoni finali tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni.

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235.”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti II, in-nota (3) f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(3)

Għal pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(t)

fil-Kapitolu 54, il-mudell POR-SEM-A-ENTRY huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punt II.4.8.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)[II.4.8.3.

fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA tal-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum, f’każ ta’ annimali li jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu fejn ikun ġie rrapportat deni klassiku tal-ħnieżer jew fejn ikun ġie pprattikat tilqim kontra din il-marda għall-perjodu tat-12-il xahar preċedenti;]”;

(ii)

il-punt II.4.9.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)[II.4.9.3.

fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA tal-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum, f’każ ta’ annimali li jkunu ġejjin minn pajjiż terz, jew territorju jew żona tiegħu fejn ma jkunx ġie rrapportat deni klassiku tal-ħnieżer u fejn ma jkunx ġie pprattikat tilqim kontra din il-marda għall-perjodu tat-12-il xahar preċedenti;]”;

(iii)

fin-Noti tal-Parti II, in-noti (2) u (3) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(2)

Għal pajjiż, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(3)

Għal pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu biss b’data tal-ftuħ f’konformità mal-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.”;

(u)

fil-Kapitolu 59, il-mudell EQUI-SEM-A-ENTRY huwa kkoreġut u emendat kif ġej:

(i)

fil-Parti II, il-punt II.4.4.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.4.4.2.

inżammu fi stabbilimenti fejn ma ġewx irrapportati enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, surra (Trypanosoma evansi), anemija infettiva ekwina, metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), infezzjoni bil-virus tar-rabja u antraċe;”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Tip”: Indika s-semen.

Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħed is-semen tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabar is-semen tal-kunsinna fil-format li ġej: jj.xx.ssss.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen minn fejn inġabar is-semen.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.

“Test”: Indika “Iva, ara l-punti II.4.9. u II.4.10”.”;

(v)

fil-Kapitolu 63, il-mudell EQUI-OOCYTES-EMB-A-ENTRY huwa kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punt II.4.4.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II.4.4.2.

inżammu fi stabbilimenti fejn ma ġewx irrapportati enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, surra (Trypanosoma evansi), anemija infettiva ekwina, metrite ekwina li tittieħed (Taylorella equigenitalis), infezzjoni bil-virus tar-rabja u antraċe;”;

(ii)

fin-Noti tal-Parti I, il-Kaxxa ta’ referenza I.27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kaxxa ta’ referenza I.27

:

Tip”: Speċifika jekk humiex embrijuni derivati in vivo, ooċiti derivati in vivo, embrijuni prodotti in vitro jew embrijuni mikromanipulati.

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur.

“Marka ta’ identifikazzjoni”: Indika l-marka fuq it-tubu jew fuq pakketti oħrajn fejn jitqiegħdu l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Data tal-ġbir/produzzjoni”: Indika d-data li fiha nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni tal-kunsinna.

“Numru ta’ approvazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni tal-impjant/tal-istabbiliment/taċ-ċentru”: Indika n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-grupp għall-ġbir jew għall-produzzjoni tal-embrijuni li minnu nġabru jew ġew prodotti l-ooċiti jew l-embrijuni.

“Kwantità”: Indika l-għadd ta’ tubi jew ta’ pakketti oħrajn bl-istess marka.”.

Top