EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0432

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/432 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward taċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

ST/6066/2022/INIT

OJ L 88, 16.3.2022, p. 15–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/432/oj

16.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/432

tal-15 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward taċ-ċertifikat tal-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 397 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2) ġew emendati permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 (3), li introduċiet eżenzjonijiet mill-VAT u mid-dazju tas-sisa għall-isforzi tad-difiża mwettqa fil-qafas tal-Unjoni. Dawk l-eżenzjonijiet kellhom jiġu applikati mill-Istati Membri mill-1 ta’ Lulju 2022.

(2)

Id-Direttiva 2006/112/KE ġiet emendata ulterjorment permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/1159 (4), li introduċiet eżenzjonijiet ġodda mill-VAT li jikkonċernaw miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Fid-dawl tal-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, dawk l-eżenzjonijiet kellhom jiġu applikati mill-Istati Membri b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021.

(3)

Iċ-ċertifikat tal-VAT u/jew id-dazju tas-sisa stabbilit fl-Anness II għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (5) (iċ-‘ċertifikat’) iservi biex jikkonferma li tranżazzjoni tikkwalifika għall-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw l-eżenzjoni l-ġdida mill-VAT għall-isforzi tad-difiża meħuda fil-qafas tal-Unjoni u l-eżenzjonijiet il-ġodda mill-VAT li jikkonċernaw miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 b’mod uniformi, dak iċ-ċertifikat jenħtieġ li jiġi emendat.

(4)

Fir-rigward tal-eżenzjonijiet il-ġodda tal-VAT li jikkonċernaw miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, iċ-ċertifikat jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jinkludi bħala korp eliġibbli l-Kummissjoni jew kwalunkwe aġenzija jew korp stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni, fejn il-Kummissjoni jew dik l-aġenzija jew dak il-korp iwettqu l-kompiti tagħhom b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed f’każijiet fejn il-provvisti eżentati jkunu diġà ġew ipproċessati bl-użu tal-verżjoni attwali taċ-ċertifikat, huwa xieraq li ċ-ċertifikat, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, ma jiġix applikat retroattivament.

(5)

Fir-rigward tal-eżenzjoni l-ġdida mill-VAT għall-isforzi tad-difiża mwettqa fil-qafas tal-Unjoni, iċ-ċertifikat jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jinkludi bħala korp eliġibbli l-Kummissjoni jew kwalunkwe aġenzija jew korp stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni, fejn il-Kummissjoni jew dik l-aġenzija jew korp iwettqu l-kompiti tagħhom b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, u l-forzi armati ta’ Stat Membru li jieħdu sehem f’attività tal-Unjoni taħt il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK). Għal dak il-għan, u f’konformità mad-data tal-applikazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex l-Istati Membri jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2019/2235, jenħtieġ li ċ-ċertifikat jiġi emendat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2022.

(6)

Fid-dawl tal-effett retroattiv tal-eżenzjonijiet il-ġodda mill-VAT li jikkonċernaw il-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punt (1), għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2022.

L-Artikolu 1, punt (2), għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE

(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 10).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/1159 tat-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-eżenzjonijiet temporanji fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 250, 15.7.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

ANNESS I

“ANNESS II

Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament

L-UNJONI EWROPEA

ĊERTIFIKAT TAL-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA (*)

(Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 151 – u Direttiva 2008/118/KE – Artikolu 13)

Numru tas-serje (mhux obbligatorju):

1.

KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Deżinjazzjoni/isem

Triq u numru

Kodiċi postali, post

Stat Membru (ospitanti)

2.

L-AWTORITÀ KOMPETENTI RESPONSABBLI GĦALL-ITTIMBRAR (isem, indirizz u n-numru tat-telefown)

3.

DIKJARAZZJONI MILL-KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Il-korp jew individwu eliġibbli  (1) b’dan jiddikjara

(a)

li l-prodotti u/jew servizzi msemmija fil-kaxxa 5 huma maħsuba  (2)

għall-użu uffiċjali ta’

għall-użu personali ta’

missjoni diplomatika barranija

membru ta’ missjoni diplomatika barranija

rappreżentanza konsulari barranija

membru ta’ missjoni konsulari barranija

korp Ewropew li għalih japplika l-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

organizzazzjoni internazzjonali

membru tal-persunal ta’ organizzazzjoni internazzjonali

il-forzi militari ta’ Stat li huwa parti kontraenti tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (forza tan-NATO)

il-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati fil-gżira ta’ Ċipru

għall-użu mill-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe aġenzija jew korp stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni, fejn il-Kummissjoni jew dik l-aġenzija jew dak il-korp iwettqu l-kompiti tagħhomb’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19

(deżinjazzjoni tal-istituzzjoni) (ara kaxxa 4)

(b)

li l-prodotti u/jew servizzi deskritti fil-kaxxa 5 huma konformi mal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li japplikaw għall-eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti msemmi fil-kaxxa 1, u

(c)

li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija fornuta in bona fide.

Il-korp jew individwu eliġibbli b’dan qiegħed jintrabat li jħallas lill-Istat Membru li minnu telqu l-prodotti, jew li minnu ġew fornuti l-prodotti u/jew is-servizzi, il-VAT u/jew id-dazju tas-sisa li jkun dovut jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni jew jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma ntużawx bil-mod oriġinalment maħsub.

Post, data

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

4.

TIMBRU TAL-ISTITUZZJONI (f’każ ta’ eżenzjoni għall-użu personali)

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

5.

DESKRIZZJONI TAL-PRODOTTI U/JEW SERVIZZI LI GĦALIHOM HIJA MITLUBA L-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA

A.

Informazzjoni li tikkonċerna l-fornitur/dak li jieħu ħsieb il-maħżen awtorizzat:

(1)

isem u indirizz

(2)

Stat Membru

(3)

Numru tal-VAT/tas-sisa jew numru ta’ referenza tat-taxxa

B.

Informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u/jew is-servizzi:

Nru

Deskrizzjoni ddettaljata tal-prodotti u/jew servizzi  (3) (jew referenza għall-formola tal-ordni mehmuża)

Kwantità jew numru

Valur mingħajr VAT u dazju tas-sisa

Munita

Valur għal kull unità

Valur totali

Ammont totali

6.

ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU OSPITANTI

Il-konsenja/forniment tal-prodotti u/jew servizzi kif deskritti fil-kaxxa 5 tissodisfa/jissodisfa:

totalment

sa kwantità ta’

(numru) (4)

il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

7.

PERMESS GĦAD-DISPENSA MIT-TIMBRU TAĦT IL-KAXXA 6 (fil-każ biss ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali)

Permezz ta’ ittra bin-Nru:

Bid-data:

Deżinjazzjoni tal-istituzzjoni eliġibbli:

Maħruġ minn

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti:

Dispensat mill-obbligu fil-kaxxa 6 li jinkiseb it-timbru

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

(*)

Ħassar kif xieraq.

Noti ta’ spjegazzjoni

1.

Għall-fornitur u/jew il-persuna responsabbli għall-maħżen awtorizzata, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-forniment ta’ prodotti u servizzi jew il-konsenji ta’ prodotti lill-korpi/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/118/KE. Għalhekk, ċertifikat wieħed għandu jitfassal għal kull fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen. Barra minn hekk, il-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen huwa meħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu.

2.

(a)

L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li għandha tintuża hija stipulata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (C 164, 1.7.1989, p. 3).

Il-karta għandha tkun bajda għal kull kopja u jenħtieġ li tkun 210 millimetru b’297 millimetru b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimetri iktar fir-rigward tat-tul tagħhom.

Għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni għandu jitfassalf’żewġ kopji:

kopja waħda biex tinżamm mill-konsenjatur;

kopja waħda biex takkumpanja l-moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(b)

Kwalunkwe spazju mhux użat f’kaxxa 5.B għandu jiġi maqtugħ b’sing biex xejn ma jista’ jiġi miżjud.

(c)

Id-dokument irid jimtela b’mod li jista’ jinqara u b’tali mod li l-entrati ma jkunux jistgħu jitħassru. L-ebda tħassir jew kitba mill-ġdid ma huwa permess. Għandu jimtela b’lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.

(d)

Jekk id-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) tirreferi għal formola tal-ordni tax-xiri mfassla f’lingwa oħra għajr lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti, traduzzjoni trid tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(e)

Min-naħa l-oħra, jekk iċ-ċertifikat ikun tfassal f’lingwa għajr lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen, traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi f’kaxxa 5.B trid tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(f)

Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mil-lingwi uffiċjali li tintuża fl-Istat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni li l-Istat Membru jiddikjara li tista’ tintuża għal dan il-fini.

3.

Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, il-korp/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.

4.

Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, il-korp jikkonferma d-dettalji fil-kaxxi 1 u 3(a) tad-dokument u jiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-korp.

5.

(a)

Ir-referenza għall-formola tal-ordni tax-xiri (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) irid ikollha fiha minn tal-inqas id-data u n-numru tal-ordni. Il-formola tal-ordni jenħtieġ li jkollha fiha l-elementi kollha li jidhru fil-kaxxa 5 taċ-ċertifikat. Jekk iċ-ċertifikat ikollu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, il-formola tal-ordni għandha tkun ittimbrata wkoll.

(b)

L-indikazzjoni tan-numru tas-sisa definit fl-Artikolu 2, punt (12), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 mhijiex obbligatorja; in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa irid ikun indikat.

(c)

Il-muniti jenħtieġ li jkunu indikati permezz ta’ kodiċi bi tliet ittri b’konformità mal-istandard kodiċi ISO 4217 li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (5).

6.

Id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq mill-korp/individwu eliġibbli għandha tkun awtentikata fil-kaxxa 6 permezz tat-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Dik l-awtorità tista’ tagħżel li l-approvazzjoni tagħha tkun tiddependi fuq il-qbil minn awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha. Huwa f’idejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti biex takkwista tali qbil.

7.

Sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata, l-awtorità kompetenti tista’ tiddispensa mill-obbligu tal-korp eliġibbli biex jitlob timbru fil-każ ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali. Il-korp eliġibbli jenħtieġ li jsemmi din id-dispensa fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat.
”.

(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Agħmel salib fil-kaxxa rilevanti.

(3)  Ħassar l-ispazju mhux użat. Dan l-obbligu japplika wkoll jekk formoli tal-ordni huma mehmużin.

(4)  Prodotti u/jew servizzi mhux eliġibbli jenħtieġ li jitħassru fil-kaxxa 5 jew minn fuq il-formola tal-ordni mehmuża.

(5)  Bħala indikazzjoni, xi kodiċijiet relatati mal-muniti attwalment użati: EUR (euro), BGN (lev), CZK (krona Ċeka), DKK (krona Daniża), GBP (Lira sterlina), HUF (forint), LTL (litas), PLN (zloty), RON (leu Rumen), SEK (krona Żvediża), USD (dollaru Amerikan).

ANNESS II

“ANNESS II

Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament

L-UNJONI EWROPEA

ĊERTIFIKAT TAL-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA (*)

(Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 151 – u Direttiva 2008/118/KE – Artikolu 13)

Numru tas-serje (mhux obbligatorju):

1.

KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Deżinjazzjoni/isem

Triq u numru

Kodiċi postali, post

Stat Membru (Ospitanti)

2.

L-AWTORITÀ KOMPETENTI RESPONSABBLI GĦALL-ITTIMBRAR (isem, indirizz u n-numru tat-telefown)

3.

DIKJARAZZJONI MILL-KORP/INDIVIDWU ELIĠIBBLI

Il-korp jew individwu eliġibbli  (1) b’dan jiddikjara

(a)

li l-prodotti u/jew servizzi msemmija fil-kaxxa 5 huma maħsuba  (2)

għall-użu uffiċjali ta’

għall-użu personali ta’

missjoni diplomatika barranija

membru ta’ missjoni diplomatika barranija

rappreżentanza konsulari barranija

membru ta’ missjoni konsulari barranija

korp Ewropew li għalih japplika l-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

organizzazzjoni internazzjonali

membru tal-persunal ta’ organizzazzjoni internazzjonali

il-forzi militari ta’ Stat li huwa parti kontraenti tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (forza tan-NATO)

il-forzi armati ta’ Stat Membru li qed jieħu sehem f’attività tal-Unjoni taħt il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK)

il-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati fil-gżira ta’ Ċipru

għall-użu mill-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe aġenzija jew korp stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni, fejn il-Kummissjoni jew dik l-aġenzija jew dak il-korp jwettqu l-kompiti tagħhomb’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19

(deżinjazzjoni tal-istituzzjoni) (ara kaxxa 4)

(b)

li l-prodotti u/jew servizzi deskritti fil-kaxxa 5 huma konformi mal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li japplikaw għall-eżenzjoni fl-Istat Membru msemmi fil-kaxxa 1, u

(c)

li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija fornuta in bona fide.

Il-korp jew individwu eliġibbli b’dan qiegħed jintrabat li jħallas lill-Istat Membru li minnu telqu l-prodotti, jew li minnu ġew fornuti l-prodotti u s-servizzi, il-VAT u/jew id-dazju tas-sisa li jkun dovut jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni jew jekk il-prodotti u/jew is-servizzi ma ntużawx bil-mod oriġinalment maħsub.

Post, data

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

4.

TIMBRU TAL-ISTITUZZJONI (f’każ ta’ eżenzjoni għall-użu personali)

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

5.

DESKRIZZJONI TAL-PRODOTTI U/JEW SERVIZZI, LI GĦALIHOM HIJA MITLUBA L-EŻENZJONI MILL-VAT U/JEW MID-DAZJU TAS-SISA

A.

Informazzjoni li tikkonċerna l-fornitur/dak li jieħu ħsieb il-maħżen awtorizzat:

(1)

isem u indirizz

(2)

Stat Membru

(3)

Numru tal-VAT/tas-sisa jew numru ta’ referenza tat-taxxa

B.

Informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u/jew is-servizzi:

Nru

Deskrizzjoni ddettaljata tal-prodotti u/jew servizzi  (3) (jew referenza għall-formola tal-ordni mehmuża)

Kwantità jew numru

Valur mingħajr VAT u dazju tas-sisa

Munita

Valur għal kull unità

Valur totali

Ammont totali

6.

ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU OSPITANTI

Il-konsenja/forniment tal-prodotti u/jew servizzi kif deskritti fil-kaxxa 5 tissodisfa/jissodisfa:

totalment

sa kwantità ta’

(numru) (4)

il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-dazju tas-sisa

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

7.

PERMESS GĦAD-DISPENSA MIT-TIMBRU TAĦT IL-KAXXA 6 (fil-każ biss ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali)

Permezz ta’ ittra bin-Nru:

Bid-data:

Mill-istituzzjoni eliġibbli magħżula:

Maħruġ minn

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti:

Dispensat mill-obbligu fil-kaxxa 6 li jinkiseb it-timbru

Post, data

Timbru

Isem u l-istatus tal-firmatarju

Firma

(*)

Ħassar kif xieraq.

Noti ta’ spjegazzjoni

1.

Għall-fornitur u/jew il-persuna responsabbli għall-maħżen awtorizzata, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-forniment ta’ prodotti u servizzi jew konsenji ta’ prodotti lill-korpi/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/118/KE. Għalhekk, ċertifikat wieħed għandu jitfassal għal kull fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen. Barra minn hekk, il-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen huwa meħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu.

2.

(a)

L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li għandha tintuża hija stipulata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (C 164 tal-1.7.1989, p. 3).

Il-karta għandha tkun bajda għal kull kopja u jenħtieġ li tkun 210 millimetru b’297 millimetru b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimetri iktar fir-rigward tat-tul tagħhom.

Għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa iċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni għandu jitfassal f’żewġ kopji:

kopja waħda biex tinżamm mill-konsenjatur;

kopja waħda biex takkumpanja l-moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(b)

Kwalunkwe spazju mhux użat f’kaxxa 5.B għandu jiġi maqtugħ b’sing ħalli xejn ma jista’ jiġi miżjud.

(c)

Id-dokument irid jimtela b’mod li jista’ jinqara u b’tali mod li l-entrati ma jkunux jistgħu jitħassru. L-ebda tħassir jew kitba mill-ġdid ma huwa permess. Għandu jimtela b’lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.

(d)

Jekk id-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) tirreferi għal formola tal-ordni tax-xiri li saret f’lingwa oħra għajr lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti, traduzzjoni trid tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(e)

Min-naħa l-oħra, jekk iċ-ċertifikat ikun tfassal f’lingwa għajr waħda rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen, traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi f’kaxxa 5.B trid tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(f)

Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mill-lingwi uffiċjali li tintuża fl-Istat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni li l-Istat Membru jiddikjara li tista’ tintuża għal dan il-fini.

3.

Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, il-korp/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.

4.

Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, il-korp jikkonferma d-dettalji fil-kaxxa 1 u 3(a) tad-dokument u jiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-korp.

5.

(a)

Ir-referenza għall-formola tal-ordni tax-xiri (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) irid ikollha fiha minn tal-inqas id-data u n-numru tal-ordni. Il-formola tal-ordni jenħtieġ li jkollha fiha l-elementi kollha li jidhru fil-kaxxa 5 taċ-ċertifikat. Jekk iċ-ċertifikat ikollu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, il-formola tal-ordni għandha tkun ittimbrata wkoll.

(b)

L-indikazzjoni tan-numru tas-sisa definit fl-Artikolu 2, punt (12), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 mhijiex obbligatorja; in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa irid ikun indikat.

(c)

Il-muniti jenħtieġ li jkunu indikati permezz ta’ kodiċi bi tliet ittri b’konformità mal-istandard kodiċi ISO 4217 li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (5).

6.

Id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq mill-korp/individwu eliġibbli għandha tkun awtentikata fil-kaxxa 6 permezz tat-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Dik l-awtorità tista’ tagħżel li l-approvazzjoni tagħha tkun tiddependi fuq il-qbil minn awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha. Huwa f’idejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti biex takkwista tali qbil.

7.

Sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata, l-awtorità kompetenti tista’ tiddispensa mill-obbligu tal-korp eliġibbli biex jitlob timbru fil-każ ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali. Il-korp eliġibbli jenħtieġ li jsemmi din id-dispensa fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat.
”.

(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Agħmel salib fil-kaxxa rilevanti.

(3)  Ħassar l-ispazju mhux użat. Dan l-obbligu japplika wkoll jekk formoli tal-ordni huma mehmużin.

(4)  Prodotti u/jew servizzi mhux eliġibbli jenħtieġ li jitħassru fil-kaxxa 5 jew minn fuq il-formola tal-ordnijiet mehmuża.

Top