EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0129
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/129 of 21 December 2021 laying down rules for types of intervention concerning oilseeds, cotton and by-products of wine making under Regulation (EU) 2021/2115 of the European Parliament and of the Council and for the information, publicity and visibility requirements relating to Union support and the CAP Strategic Plans
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/129 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għat-tipi ta’ intervent li jikkonċerna ż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/129 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għat-tipi ta’ intervent li jikkonċerna ż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
C/2021/9603
OJ L 20, 31.1.2022, p. 197–205
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/197 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/129
tal-21 ta’ Diċembru 2021
li jistabbilixxi regoli għat-tipi ta’ intervent li jikkonċerna ż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2), 37(6), 59(8) u 123(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha tal-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li jeħtieġ jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibilità lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li jeħtieġ jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK. L-Istati Membri jridu jfasslu dawk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u jippreżentaw il-proposti tagħhom għal dawk il-pjanijiet lill-Kummissjoni. Għal dak l-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli ta’ implimentazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jgħid li meta l-Istati Membri jipprevedu interventi ibbażati fuq l-erja, għajr dawk li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, inkluż l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu skont dak ir-Regolament, u meta dawk l-interventi jikkonċernaw iż-żrieragħ żejtnin kollha jew xi wħud minnhom imsemmija fl-Anness tal-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar iż-żrieragħ żejtnin skont il-GATT (2), it-total tal-erja ta’ appoġġ abbażi tal-outputs ippjanati inklużi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri kkonċernati, ma jeħtieġx jaqbeż l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha għall-fini li tkun żgurata l-konformità mal-impenji internazzjonali tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni jeħtieġ tistabbilixxi erja ta’ appoġġ ta’ referenza indikattiva għal kull Stat Membru bħala sehem tal-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha, li tikkorrispondi għal 7 854 446 ettaru, ikkalkulata abbażi tal-erja ta’ kultivazzjoni medja fl-Unjoni matul is-snin 2016 sa 2020. |
(3) |
It-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Subtaqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton, li għalih erba’ Stati Membri jeħtieġu jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet ikkonċernati. Dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dettaljati f’dan ir-rigward. Madankollu, il-proċedura għal dawk l-awtorizzazzjonijiet jenħtieġ li tkun organizzata b’tali mod li tippermetti lill-bdiewa kkonċernati jirċievu notifiki relatati mal-awtorizzazzjoni fi żmien xieraq qabel l-istaġun taż-żrigħ li jmiss. Barra minn hekk, jixraq li tiġi stabbilita l-informazzjoni minima li jenħtieġ jinkludu dawk in-notifiki. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK, ċerti Stati Membri jeħtieġ jagħżlu tip ta’ intervent wieħed jew aktar fis-settur tal-inbid, inkluż id-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid. Il-Kummissjoni jeħtieġ tistabbilixxi assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal dak l-intervent. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 123(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2021/2115, permezz ta’ azzjonijiet xierqa ta’ viżibilità, l-awtorità ta’ ġestjoni jeħtieġ tiżgura li l-benefiċjarji tal-appoġġ finanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), bl-eċċezzjoni tal-appoġġ skont interventi relatati mal-erja u mal-annimali, jirrikonoxxu dak l-appoġġ, inkluż bl-użu xieraq tal-emblema tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 123(2), il-punt (k), ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità ta’ ġestjoni jeħtieġ li tiżgura li ssir pubbliċità għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK billi twettaq azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità għall-pubbliku ġenerali, għall-benefiċjarji potenzjali u għall-gruppi fil-mira rilevanti. Fl-aħħar nett, f’konformità mal-Artikolu 124(3), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-awtorità ta’ ġestjoni jeħtieġ li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumitat tal-monitoraġġ, l-informazzjoni meħtieġa għall-kompitu li tiġi eżaminata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità. Jixraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet. |
(6) |
Peress li l-Istati Membri jeħtieġ iqisu r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament meta jkunu qed jiżviluppaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115, għall-fini tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri f’konformità ma’ dak ir-Regolament, rigward:
(a) |
l-erja ta’ referenza indikattiva għal kull Stat Membru għall-finijiet tal-interventi relatati mal-erja li jikkonċernaw iż-żrieragħ żejtnin; |
(b) |
l-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u n-notifika relatata magħha; |
(c) |
l-ammont ta’ appoġġ għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid; |
(d) |
l-użu tal-emblema tal-Unjoni fil-qafas ta’ ċerti interventi ffinanzjati mill-FAEŻR u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-appoġġ tal-Unjoni riċevut abbażi tagħhom. |
Artikolu 2
Erja ta’ appoġġ ta’ referenza indikattiva
L-erja ta’ appoġġ ta’ referenza indikattiva għal kull Stat Membru għall-finijiet tal-interventi relatati mal-art li jikkonċernaw iż-żrieragħ żejtnin imsemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 hija stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u n-notifiki relatata magħha
1. Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Subtaqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandha tkun organizzata b’tali mod li tippermetti lill-bdiewa kkonċernati jirċievu n-notifiki relatati mal-awtorizzazzjoni fi żmien xieraq qabel l-istaġun taż-żrigħ.
Dik in-notifika għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-varjetajiet awtorizzati għaż-żrigħ; |
(b) |
il-kriterji għall-awtorizzazzjoni tal-art għall-produzzjoni tal-qoton kif stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (3); |
(c) |
id-densità minima tal-pjanti tal-qoton imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126. |
2. Meta Stat Membru jirtira awtorizzazzjoni eżistenti għal varjetà, il-bdiewa kkonċernati għandhom jiġu nnotifikati fi żmien xieraq qabel l-istaġun taż-żrigħ tas-sena ta’ wara.
Artikolu 4
Assistenza finanzjarja tal-Unjoni għad-distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid
1. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jeħtieġ titħallas lid-distillaturi, inkluż ammont f’somma f’daqqa biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir imsemmija fl-Artikolu 60(3), it-tielet subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, ma għandhiex taqbeż:
(a) |
għal alkoħol mhux raffinat miksub mill-ilbieba: EUR 1,1/% volum/hl; |
(b) |
għal alkoħol mhux raffinat miksub mill-inbid u mill-karfa tiegħu: EUR 0,5/% volum/hl. |
2. L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammonti li jeħtieġ jitħallsu bħala assistenza finanzjarja tal-Unjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji u billi jqisu t-tipoloġiji differenti tal-produzzjoni.
Artikolu 5
Emblema tal-Unjoni
L-Istat Membru u l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tuża l-emblema tal-Unjoni f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II meta jwettqu l-attivitajiet ta’ viżibilità, ta’ trasparenza u ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 123(2), il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura wkoll li l-benefiċjarji jużaw l-emblema skont dan.
Artikolu 6
Rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità msemmija fl-Artikolu 123(2), il-punti (j) u (k), tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.
(2) ĠU L 147, 18.6.1993, p. 25.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (Ara l-paġna 197 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
Erja ta’ appoġġ ta’ referenza indikattiva msemmija fl-Artikolu 2
ha |
|
Il-Belġju |
7 295 |
Il-Bulgarija |
711 954 |
Iċ-Ċekja |
300 498 |
Id-Danimarka |
114 000 |
Il-Ġermanja |
846 779 |
L-Estonja |
51 620 |
L-Irlanda |
7 197 |
Il-Greċja |
69 709 |
Spanja |
559 382 |
Franza |
1 525 286 |
Il-Kroazja |
117 366 |
L-Italja |
302 843 |
Ċipru |
- |
Il-Latvja |
89 153 |
Il-Litwanja |
154 217 |
Il-Lussemburgu |
2 270 |
L-Ungerija |
707 720 |
Malta |
- |
In-Netherlands |
1 952 |
L-Awstrija |
88 129 |
Il-Polonja |
644 818 |
Il-Portugall |
7 865 |
Ir-Rumanija |
1 250 509 |
Is-Slovenja |
4 059 |
Is-Slovakkja |
184 603 |
Il-Finlandja |
32 342 |
L-Iżvezja |
72 880 |
ANNESS II
L-użu u l-karatteristiċi tekniċi tal-emblema tal-Unjoni (“l-emblema”)
1.
L-emblema għandha tkun prominenti fuq il-materjali kollha ta’ komunikazzjoni, bħall-prodotti diġitali jew stampati, is-siti web u l-verżjonijiet mobbli tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, li jintużaw għall-pubbliku jew għall-parteċipanti.
2.
Id-dikjarazzjoni “Finanzjat mill-Unjoni Ewropea” jew “Kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea” għandha dejjem tinkiteb b’mod sħiħ u titqiegħed ħdejn l-emblema.
3.
It-tipa li jeħtieġ tintuża flimkien mal-emblema tista’ tkun kwalunkwe waħda minn dawn il-fonts: Arial, Auto, Calibri, Garamond, Trebuchet, Tahoma, Verdana jew Ubuntu. Varjazzjonijiet bis-sottolinja jew bit-tipa korsiva, jew effetti tal-fonts ma għandhomx jintużaw.
4.
Il-pożizzjonament tat-test fir-rigward tal-emblema bl-ebda mod ma għandu jinterferixxi mal-emblema.
5.
Id-daqs tal-font użat għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-emblema.
6.
Il-kulur tal-font għandu jkun “reflex blue”, iswed jew abjad skont l-isfond.
7.
L-emblema ma għandhiex tiġi mmodifikata jew magħquda ma’ elementi grafiċi jew testi oħra. Jekk jintwerew logos oħrajn apparti l-emblema, l-emblema għandu jkollha mill-inqas l-istess daqs, imkejjel f’għoli jew wisa’, daqs l-akbar wieħed mil-logos l-oħrajn. Minbarra l-emblema tal-Unjoni, ma jridux jintużaw identitajiet viżivi jew logos oħrajn sabiex jintwera l-appoġġ mill-Unjoni.
8.
Meta jkunu qed iseħħu diversi operazzjonijiet fl-istess post, appoġġati mill-istess strument ta’ finanzjament jew oħrajn differenti, jew meta jingħata finanzjament ulterjuri għall-istess operazzjoni aktar tard, għandhom jintwerew mill-inqas plakka waħda jew kartellun wieħed.
9.
Standards grafiċi għall-emblema u d-definizzjoni tal-kuluri standard:
(A) |
DESKRIZZJONI SIMBOLIKA Fuq sfond lewn is-sema blu, jinsabu tnax-il stilla tad-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli tal-Ewropa. L-għadd ta’ stilel huwa fiss, peress li n-numru tnax huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u tal-unità. |
(B) |
DESKRIZZJONI ARALDIKA Fuq sfond ikħal, jinsab ċirku bi tnax-il stilla tad-deheb li l-ponot tagħhom ma jmissux. |
(C) |
DESKRIZZJONI ĠEOMETRIKA ![]() L-emblema għandha l-forma ta’ bandiera rettangolari blu, li l-wisa’ tagħha huwa darba u nofs daqs l-għoli. Tnax-il stilla tad-deheb li jinsabu f’intervalli ndaqs, jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt fejn jaqsmu d-djagonali tar-rettangolu. Ir-radjus taċ-ċirku huwa daqs terz tal-għoli tal-bandiera. Kull stilla għandha ħames ponot li jinsabu fuq iċ-ċirkonferenza ta’ ċirku inviżibbli li r-radjus tiegħu huwa daqs wieħed minn tmintax tal-għoli tal-bandiera. L-istilel kollha huma rashom ’il fuq, jiġifieri b’ponta vertikali u żewġ ponot f’linja dritta f’angoli retti mal-arblu. Iċ-ċirku huwa rranġat sabiex l-istilel jidhru fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta’ arloġġ. In-numru tagħhom ma jinbidilx. |
(D) |
IL-KULURI SKONT IR-REGOLAMENT L-emblema għandha l-kuluri li ġejjin: PANTONE REFLEX BLUE għall-wiċċ tar-rettangolu; PANTONE YELLOW għall-istilel. |
(E) |
PROĊESS B’ERBA’ KULURI Jekk jintuża l-proċess b’erba’ kuluri, iridu jerġgħu jinħolqu żewġ kuluri standard billi jintużaw l-erba’ kuluri tal-proċess b’erba’ kuluri. Il-PANTONE YELLOW jinkiseb bl-użu ta’ 100 % “Process Yellow”. Il-PANTONE REFLEX BLUE jinkiseb b’taħlita ta’ 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”. Internet Il-PANTONE REFLEX BLUE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB: 0/51/153 (eżadeċimali: 003399) u l-PANTONE YELLOW jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB: 255/204/0 (eżadeċimali: FFCC00). PROĊESS TAR-RIPRODUZZJONI MONOKROMATIKA Permezz tal-iswed, dawwar ir-rettangolu b’linja sewda u stampa l-istilel bl-iswed fuq l-abjad. ![]() Il-blu (Reflex Blue) irid jintuża 100 % għall-istilel riprodotti fl-abjad negattiv. ![]() RIPRODUZZJONI FUQ SFOND IKKULURIT Jekk ma hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, qiegħed bordura bajda madwar ir-rettangolu, bil-wisa’ tal-bordura jkun 1/25 tal-għoli tar-rettangolu. ![]() Il-prinċipji tal-użu tal-emblema minn partijiet terzi huma stabbiliti fil-Ftehim Amministrattiv mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-użu tal-Emblema Ewropea minn pajjiżi terzi (1). |
ANNESS III
Rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità
1. Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità tal-awtorità ta’ ġestjoni
1.1. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 123(2), il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li ssir pubbliċità għall-Pjan Strateġiku tal-PAK billi jiġu ppjanati u jitwettqu azzjonijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK bl-għan li jiġu informati l-gruppi fil-mira msemmija f’dak il-punt. |
1.2. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 124(3), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ, l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq il-kompitu li tiġi eżaminata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità. |
1.3. |
L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK, ikun hemm sit web li fih tkun disponibbli l-informazzjoni dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK li hija responsabbli għalih, u jkun ikopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli kif ukoll il-kisbiet mistennija u dawk reali ladarba jkunu disponibbli. Is-sit web għandu jolqot lill-pubbliku ġenerali kif ukoll lill-benefiċjarji potenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 123(2), il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
1.4. |
L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tas-sit web imsemmi fil-punt 1.3, skeda ta’ żmien tas-sejħiet ippjanati u l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet, b’aġġornament mill-inqas tliet darbiet fis-sena, bid-data indikattiva li ġejja:
|
1.5. |
F’konformità mal-Artikolu 123(2), il-punt (k)(i), tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament, inkluż il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità, il-kriterji tal-għażla u r-rekwiżiti kollha għall-benefiċjarji magħżula għall-finanzjament, kif ukoll ir-responsabbiltajiet tagħhom. |
1.6. |
L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarji magħżula għall-finanzjament ikunu informati li l-appoġġ huwa kofinanzjat mill-Unjoni. |
1.7. |
L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-materjal ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità, inkluż fil-livell tal-benefiċjarji, ikun disponibbli fuq talba lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji tal-Unjoni, u li liċenzja mingħajr royalties, mhux esklussiva u irrevokabbli għall-użu ta’ dan il-materjal u kull dritt preeżistenti marbut miegħu, jingħataw lill-Unjoni f’konformità mat-tieni paragrafu. Dan ma għandux jeħtieġ kostijiet addizzjonali sinifikanti jew piż amministrattiv sinifikanti għall-benefiċjarji jew għall-awtorità ta’ ġestjoni.
Il-liċenzja fuq id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fl-ewwel paragrafu, għandha tagħti lill-Unjoni mill-inqas id-drittijiet li ġejjin:
|
2. Viżibilità ta’ ċerti operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR
Għall-finijiet tal-Artikolu 123(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2021/2115, permezz tal-miżuri li ġejjin, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarji taħt l-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR għajr l-interventi relatati mal-erja jew mal-annimali, jirrikonoxxu l-appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif ġej:
(a) |
billi fuq is-sit web uffiċjali tal-benefiċjarju, meta jkun jeżisti t-tali sit, u fuq is-siti uffiċjali tal-media soċjali, jipprovdu deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni, proporzjonata mal-livell tal-appoġġ, inkluż l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jenfasizzaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni; |
(b) |
billi jipprovdu dikjarazzjoni li tenfasizza l-appoġġ mill-Unjoni b’mod viżibbli fuq dokumenti u materjali ta’ komunikazzjoni marbuta mal-implimentazzjoni tal-operazzjoni, maħsuba għall-pubbliku jew għall-parteċipanti, u jippreżentaw ukoll l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness II; |
(c) |
billi għall-operazzjonijiet li jikkonsistu fil-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ infrastruttura jew ta’ kostruzzjoni, li għalihom in-nefqa pubblika totali, jew il-kost totali fil-każ ta’ appoġġ fl-għamla ta’ strumenti finanzjarji, inkluż il-finanzjament tal-kapital operatorju, jaqbżu l-EUR 500 000, jesponu plakek durabbli jew kartelluni li jkunu jidhru ċar mill-pubbliku, li jippreżentaw l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness II, hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet jew kif jiġi installat it-tagħmir mixtri; |
(d) |
billi għall-operazzjonijiet li jikkonsistu fl-investiment f’assi fiżiċi li ma jaqgħux taħt il-punt (c), li l-appoġġ pubbliku totali tagħhom jaqbeż il-EUR 50 000, jew li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 500 000 fil-każ ta’ appoġġ fl-għamla ta’ strumenti finanzjarji, inkluż il-finanzjament tal-kapital operatorji, jesponu plakka spjegattiva jew skrin elettroniku ekwivalenti bl-informazzjoni dwar il-proġett, filwaqt li jenfasizzaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, u jippreżentaw l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness II; |
(e) |
billi għall-operazzjonijiet li jikkonsistu f’appoġġ għall-operazzjonijiet LEADER, is-servizzi bażiċi u l-infrastruttura li ma jaqgħux taħt il-punti (c) u (d), li l-appoġġ pubbliku totali tagħhom jaqbeż l-EUR 10 000, jew li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 100 000 fil-każ ta’ appoġġ fl-għamla ta’ strumenti finanzjarji, inkluż il-finanzjament tal-kapital operatorju, f’post viżibbli b’mod ċar mill-pubbliku jesponu mill-inqas poster wieħed b’daqs minimu ta’ A3 jew skrin elettroniku ekwivalenti bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni filwaqt li jiġi enfasizzat l-appoġġ mill-Unjoni. Plakka ta’ spjegazzjoni għandha tkun installata wkoll fil-bini tal-gruppi ta’ azzjoni lokali ffinanzjati minn LEADER. |
Permezz ta’ deroga mill-ewwel paragrafu, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura kemm jista’ jkun li f’każijiet fejn il-benefiċjarju jkun persuna fiżika, l-informazzjoni xierqa, b’enfasi fuq l-appoġġ mill-fondi, tkun disponibbli f’post viżibbli mill-pubbliku jew permezz ta’ skrin elettroniku.
L-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ffinanzjati mill-FAEŻR.
L-ewwel paragrafu, il-punti (c), (d) u (e) għandhom japplikaw għar-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji permezz tat-termini kuntrattwali previsti fil-ftehim ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).