EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0069

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/69 tat-12 ta’ Jannar 2022 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (“Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno” (STG))

C/2022/280

OJ L 12, 19.1.2022, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/69/oj

19.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/69

tat-12 ta’ Jannar 2022

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (“Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno” (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Awstrija għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/304 (2). Din l-emenda tibdel l-isem “Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno” f’ “Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno”/“Seneno mleko”.

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir l-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) ta’ dak ir-Regolament (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għaldaqstant jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno” (STG) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/304 tat-2 ta’ Marzu 2016 li jdaħħal fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti [“Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno” (STG)] (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 28).

(3)  ĠU C 392 28.9.2021, p. 8.


Top