EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0950

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/950 tal-20 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

ST/10000/2022/INIT

OJ L 164I, 20.6.2022, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/950/oj

20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 164/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/950

tal-20 ta’ Ġunju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1).

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, tliet persuni u grupp wieħed jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3”:

“12.

Sidan Ag HITTA (magħruf ukoll bħala Asidan Ag Hitta, Abu 'Abd al-Hakim, Abu Abdelhakim al-Kidali, Abu Qarwani, Al Qaïrawani, Abou Abdel Hamid Al Kidali); data tat-twelid: 1976; post tat-twelid: Kidal, il-Mali; sess: raġel; nazzjonalità: Maljana.

13.

Salem ould BREIHMATT (magħruf ukoll bħala OULD ABED Cheikh ould Mohamed Salec, Abu Hamza al-Shanqiti, Abu Hamza al-Shinqiti, Hamza al-Mauritani, NITRIK Hamza, Abu Hamza al-Chinguetti); data tat-twelid: 1978 jew 1984; post tat-twelid: il-Mauritania; sess: raġel; nazzjonalità: Mauritanjana.

14.

Jafar DICKO (magħruf ukoll bħala Jaffar Dicko, Abdoul Salam Dicko, Amadou Boucary, Amadou Boucary Dicko); data tat-twelid: (maħsub li hi) l-1980; sess: raġel; nazzjonalità: Burkinjana.”;

(2)

L-entrata li ġejja tinżdied taħt l-intestatura “B. Gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3”:

“4.

Ansarul Islam (magħruf ukoll bħala Ansar al-Islam, Ansarour Islam, Ansaroul Islam, Defenders of Islam, Ansar-ul-islam lil-ichad wal jihad, IRSAD, Ansar ul Islam of Malam Boureima Dicko).”.


Top