EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0849

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/849 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ST/8912/2022/INIT

OJ L 148, 31.5.2022, p. 52–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/849/oj

31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/849

tat-30 ta’ Mejju 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fis-27 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/855 (2), biex estenda l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta’ Ġunju 2022.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-1 ta’ Ġunju 2023.

(4)

Jenħtieġ li jiġu aġġornati u emendati l-entrati għal 18-il persuna fiżika u 13-il entità fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

L-entrati għal żewġ persuni deċeduti jenħtieġ li jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(6)

L-entrata ta’ individwu wieħed jenħtieġ li titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK wara sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Marzu 2022.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja”;

(2)

l-Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta’ Ġunju 2023. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(3)

l-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/855 tas-27 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 90).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima A (Persuni), jitħassru l-entrati li ġejjin:

40.

Muhammad Bukhaytan;

262.

Salam Tohme;

293.

Abdelkader Sabra;

(2)

fit-Taqsima A (Persuni), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

Ali MAMLUK

(magħruf ukoll bħala Ali Mamlouk; Ali Al-Mamlouk; Abu Ayham )

(علي المملوك; أبو أيهم; علي مملوك)

Data tat-twelid: 19.2.1946;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Passaport diplomatiku Nru 983;

Sess: raġel

Viċi President tar-Repubblika Għarbija Sirjana għall-Affarijiet tas-Sigurtà. Eks Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Sirjana involut fi vjolenza fuq d-dimostranti.

9.5.2011

4.

Atif NAJIB

(magħruf ukoll bħala Atef; Atej Najeeb)

(عاطف نجيب)

Post tat-twelid: Jablah, Syria;

Grad: Brigadier Ġeneral

Sess: raġel

Eks Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f’Dara’a. Involut fi vjolenza fuq id-dimostranti. Membru tal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar al-Assad.

9.5.2011

28.

Khalid (magħruf ukoll bħala Khaled) QADDUR (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour)

(خالد قدور)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-industrija tat-telekomunikazzjoni, taż-żejt, tal-plastik u tat-tabakk u għandu relazzjonijiet ta’ negozju mill-qrib ma’ Maher al-Assad. Huwa marbut ma’ attivitajiet ta’ kuntrabandu.

Huwa jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Soċju ta’ Maher al-Assad, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu ta’ negozju.

27.1.2015

33.

Ayman JABIR

(magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)

(أيمن جابر)

Post tat-twelid: Latakia, Syria;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta’ konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f’dawk il-prodotti. Għandu interessi finanzjarji u/jew karigi eżekuttivi għoljin f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV u Sama Satellite Channel.

Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jabir iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.

Ayman Jabir igawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f’attivitajiet ta’ milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa. Huwa president onorarju ta’ “Wafa lil-Watan” (lealtà lejn art twelidna), li hija assoċjazzjoni li tipprovdi għajnuna lill-familji ta’ suldati u milizzji Sirjani.

Soċju ta’ Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u soċju ta’ Maher al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f’milizzji affiljati mar-reġim.

27.1.2015

48.

Samir HASSAN

(سمير حسن)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’Amir Group u Cham Holding, żewġ konglomerati b’interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. President tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja u għandu rwol sinifikanti fir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Federazzjoni Russa permezz tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta’ gwerra tar-reġim Sirjan permezz ta’ donazzjonijiet ta’ flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma’ persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B’mod partikolari, huwa assoċjat ma’ Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jgawdu mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

114.

Emad Abdul-Ghani SABOUNI

(magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

(عماد عبدالغني صابوني)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Sess: raġel

Eks Ministru għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. Eks Kap tal-Aġenzija għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (PICC). Il-PICC hija aġenzija tal-gvern, affiljata mal-Prim Ministru u tipproduċi, b’mod partikolari, il-pjanijiet ta’ ħames snin li jipprovdu l-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi u ta’ żvilupp tal-Gvern.

27.2.2012

139.

Maġġur Ġeneral Hussam LUQA

(magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam; Louqa, Louca, Louka, Luka)

(حسام لوقا)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Sess: raġel

Eks Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà tar-Reġjun tan-Nofsinhar mill-2018 sal-2020. Eks Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali. Maġġur Ġeneral. Minn April 2012 sat-2 ta’ Diċembru 2018, kien il-kap tal-fergħa ta’ Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (issuċċeda lill-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3 ta’ Diċembru 2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Direttur tad-Dipartiment tal-Intelligence Ġenerali mill-2019. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.

24.7.2012

203.

George HASWANI

(magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)

Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria;

Tagħrif ieħor: HESCO Engineering and Construction Company Ltd hija rreġistrata fl-istess indirizz ta’ Londra bħad-ditta Brittanika, Savero Ltd.;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.

7.3.2015

204.

Emad HAMSHO

(magħruf ukoll bħala Imad Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho, حميشو)

(حمشو عماد)

Indirizz: Hamsho Building 31 Baghdad Street, Damascus, Syria;

Sess: raġel

Jokkupa kariga maniġerjali għolja f’Hamsho Trading. Bħala riżultat tal-kariga għolja tiegħu f’Hamsho Trading, sussidjarja ta’ Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill, huwa jappoġġa lir-reġim Sirjan. Huwa wkoll assoċjat ma’ entità ddeżinjata, Hamsho International.

Huwa wkoll Viċi President tal-Kunsill Sirjan tal-Ħadid u l-Azzar flimkien ma’ negozjanti tar-reġim iddeżinjati bħal Ayman Jabir. L-assi ta’ Hamsho jinkludu Syrian Metal Industries, impjant tal-azzar barra Damasku, li Hamsho forniet bi skrapp tal-metall misruq minn milizzji favur il-gvern matul il-gwerra. Huwa wkoll soċju tal-President Bashar al-Assad.

7.3.2015

245.

Muhammad Yousef HASOURI

(magħruf ukoll bħala Mohammad Yousef Hasouri; Mohammed Yousef Hasouri)

(محمد يوسف حاصوري)

Grad: Brigadier Ġeneral;

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri huwa uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Huwa kellu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Persunal tal-Brigata tal-Forza tal-Ajru 50 u Deputat Kmandant tal-Bażi tal-Ajru ta’ Shayrat. Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri jopera fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi u kien involut fil-massakru kimiku f’“Khan Sheikhoun” tal-4 ta’ April 2017. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

18.7.2017

247.

Jayyiz Rayyan AL-MUSA

(magħruf ukoll bħala Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa)

(جايز ريان الموسى)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Hama, Syria;

Grad: Maġġur Ġeneral;

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta’ Hasaka, maħtur mill-President Bashar al-Assad; huwa assoċjat mal-President Bashar al-Assad.

Jokkupa l-grad ta’ Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta’ attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti.

18.7.2017

271.

Khaled AL-ZUBAIDI

(magħruf ukoll bħala (Mohammed) Khaled/Khalid (Bassam) (al-) Zubaidi/Zubedi

(خالد الزبيدي)

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Koproprjetarju ta’ Zubaidi u Qalei LLC; Direttur ta’ Agar Investment Company; Maniġer Ġenerali tal-kumpanija Al Zubaidi u Al Zubaidi & Al Taweet Contracting Company; Direttur u Proprjetarju ta’ Zubaidi Development Company; koproprjetarju ta’ Enjaz Investment Company;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ 50 % f’Zubaidi and Qalei LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u li għaliha r-reġim ta ftehim ta’ 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. Khaled al-Zubaidi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ dan is-sehem fl-iżvilupp ta’ Grand Town.

Khaled Zubaidi ffirma sponsorizzazzjoni (b’valur ta’ USD 350 000 ) ma’ klabb tal-futbol Sirjan “Wihda FC” permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tiegħu “Hijaz Company”. Membru tal-Federazzjoni tal-Kmamar tat-Turiżmu Sirjani mill-2019.

21.1.2019

283.

Mohammed Nazer JAMAL EDDIN

(magħruf ukoll bħala Nazir Ahmad, Mohammed JamalEddine; Jamal Aldiyn)

(محمد ناذر جمال الدين)

Data tat-twelid: 2.1.1962;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Numru tal-passaport: N 011612445, ħarġa nru 002-17-L022286 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana);

Numru tal-identità: 010-30208342 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana);

Kariga: Kofundatur u azzjonist maġġoritarju ta’ Apex Development and Projects LLC u fundatur ta’ A’ayan Company for Projects and Equipment;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ kontroll ta’ 90 % f’Apex Development and Projects LLC, li daħal f’impriża konġunta ta’ USD 34,8 miljun għall-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta’ Marota City, Mohammed Nazer Jamal Eddin igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. F’Mejju 2019, Jamal Eddin ħoloq “Trillium Private JSC”, kumpanija SYP ta’ 15-il miljun involuta fil-kummerċ ta’ materjali tal-bini u prodotti elettriċi.

21.1.2019

284.

Mazin AL-TARAZI

(magħruf ukoll bħala

Image 1
; Mazen al-Tarazi)

(مازن الترزي)

Data tat-twelid: Settembru 1962;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Negozjant;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-avjazzjoni. Permezz tal-investimenti u l-attivitajiet tiegħu, Mazin al-Tarazi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. B’mod partikolari, Mazin al-Tarazi kkonkluda ftehim ma’ Damascus Cham Holdings għal investiment ta’ USD 320 miljun fil-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Huwa ingħata wkoll liċenzja għal linja tal-ajru privata fis-Sirja. F’Settembru 2019, huwa ħoloq “al-Dana Group Investments LLC”, kumpanija SYP ta’ 25 miljun involuta fl-esportazzjoni u l-importazzjoni u l-investiment f’faċilitajiet turistiċi u kumplessi kummerċjali.

21.1.2019

285.

Samer FOZ

(magħruf ukoll bħala Samir Foz/Fawz; Samer Zuhair Foz; Samer Foz bin Zuhair)

(سامر فوز)

Data tat-twelid: 20 ta’ Mejju 1973;

Post tat-twelid: Homs, is-Sirja / Latakia, is-Sirja;

Nazzjonalitajiet: Sirjana, Torka;

Numru tal-passaport Tork: U 09471711 (post tal-ħruġ: Turkija; data ta’ skadenza 21.7.2024);

Numru nazzjonali Sirjan: 06010274705

Indirizz: Platinum Tower, office No 2405, Jumeirah Lake Towers, Dubai, UAE;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Samer Foz jipprovdi appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor lir-reġim Sirjan, inkluż finanzjament tal-Military Security Shield Forces fis-Sirja u senserija ta’ ftehimiet tal-qamħ. Huwa jibbenefika finanzjarment ukoll mill-aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali permezz talkummerċ tal-qamħ u proġetti ta’ rikostruzzjoni bħala riżultat tar-rabtiet tiegħu mar-reġim.

Samer Foz fetaħ fabbrika tar-raffinar taz-zokkor (“Samer Foz Factory”) fl-2021 b’appoġġ għall-objettiv tar-reġim Sirjan li jżid il-produzzjoni taz-zokkor madwar il-pajjiż.

21.1.2019

287.

Hussam AL QATARJI

(magħruf ukoll bħala Hussam/Hossam Ahmed/Mohammed/Muhammad al-Katerji)

(حسام القطرجي)

Data tat-twelid: 1982;

Post tat-twelid: Raqqa, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: CEO ta’ Katerji Group (magħrufa wkoll bħala Al Qatarji, Al Qatarji Company / Qatirji Company / Khatirji Group / Katerji International Group);

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li huwa wkoll Membru tal-Parlament Sirjan. Al Qatarji jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan billi jippermetti u japprofitta minn ftehimiet kummerċjali mar-reġim fir-rigward taż-żejt u tal-qamħ.

Hussam Al Qatarji, flimkien mal-familja tiegħu, kiseb liċenzja biex joħloq bank ġdid, in-National Islamic Bank. Huma akkwistaw ukoll impjant tas-siment ġdid mill-gvern, permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tagħhom, Nabd Contracting and Construction. Huma espandew ukoll fis-settur tat-turiżmu u ħolqu Arman Hotel and Tourist Management LLC. Huma daħlu wkoll f’impriża konġunta mal-ministeru tat-turiżmu “Bere Aleppo Private JSC”. Hussam Al Qatarjiu l-familja tiegħu jmexxu wkoll milizzja f’Aleppo. F’Ottubru 2021, il-BS Company for Oil Services ta’ Qaterji ffirmat ftehim mar-reġim għall-provvista ta’ fjuwil fl-istazzjonijiet tal-gass f’żoni miżmuma mir-reġim.

21.1.2019

290.

Waseem AL-KATTAN

(وسيم القطان)

(magħruf ukoll bħala Waseem, Wasseem, Wassim, Wasim; Anouar; al-Kattan, al-Katan, al-Qattan, al-Qatan; وسيم قطان, وسيم أنوار القطان)

Data tat-twelid: 4.3.1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: President tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Provinċja tal-Pajsaġġ ta’ Damasku (Rurali);

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Larosa Furnishing/Furnishing; Jasmine Fields Company Ltd.; Muruj Cham (Murooj al-Cham) Investment and Tourism Group; Adam and Investment LLC; Universal Market Company LLC; Teżorier tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ Sirjani;

Sess: raġel

Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja li jibbenefika mir-reġim u jappoġġah. Sid ta’ għadd ta’ negozji u kumpaniji azzjonarji b’interessi u attivitajiet f’diversi setturi ekonomiċi bħall-proprjetà immobbli, l-industrija tal-lukandi lussużi, u ċentri kummerċjali. Wasseem al-Kattan laħaq malajr negozjant ewlieni billi impona taxxi fuq oġġetti li ddaħħlu b’kuntrabandu fil-Lvant ta’ Ghouta meta kien taħt assedju, u issa huwa involut f’forom aggressivi ta’ klijenteliżmu għall-benefiċċju tar-reġim. Wasseem al-Kattan jibbenefika finanzjarjament minn aċċess preferut għal offerti pubbliċi kif ukoll għal liċenzji u kuntratti mogħtija minn aġenziji tal-gvern minħabba r-rabtiet mill-qrib tiegħu mar-reġim.

Fl-2020, Al-Kattan ġie elett membru tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Damasku. F’Novembru 2021, Al-Kattan inħatar segretarju tal-Federazzjoni tal-kmamar tal-kummerċ Sirjani mill-Gvern Sirjan, minkejja li tilef l-elezzjonijiet.

17.2.2020

294.

Khodr Ali TAHER

(magħruf ukoll bħala خضر علي طاهر)

Data tat-twelid: 1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Direttur u sid ta’ Ella Media Services; sieħeb fundatur ta’ Castle Security and Protection u Jasmine Contracting Company; President u sieħeb fundatur ta’ Syrian Hotel Management Company; Maniġer u sid ta’ Ematel;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Citadel for Protection; Guard and Security Services (Castle Security and protection); Ematel LLC (Ematel Communications); Syrian Hotel Management Company; Jasmine Contracting Company;

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inkluż is-sigurtà privata, il-bejgħ bl-imnut tat-telefowns ċellulari, il-ġestjoni tal-lukandi, is-servizzi ta’ reklamar, it-trasferiment domestiku tal-flus, xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku.

Jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan permezz ta’ kooperazzjoni fl-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u l-involviment tiegħu f’attivitajiet ta’ kuntrabandu u ta’ profitti illegali. Khodr Ali Taher huwa s-sid ta’ għadd ta’ kumpaniji u huwa kofondatur ta’ oħrajn. L-involviment tiegħu f’negozjati kummerċjali mar-reġim jinkludi li daħal f’impriża konġunta mas-Syrian Transport and Tourism Company, li l-Ministeru għat-Turiżmu għandu sehem ta’ żewġ terzi minnha.

17.2.2020”

(3)

fit-Taqsima B (Entitajiet), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Bena Properties

Cham Holding Building, Daraa Highway, Ashrafiyat Sahnaya Rif Dimashq, Syria, P.O. Box 9525

Miżmuma minn Rami Makhlouf. L-ikbar kumpanija tal-proprjetà immobbli fis-Sirja u l-fergħa tal-proprjetà immobbli u l-investiment ta’ Cham Holding; tipprovdi finanzjament għar-reġim Sirjan.

23.6.2011

2.

Al Mashreq Investment Fund (AMIF)

(magħruf ukoll bħala Sunduq Al Mashrek Al Istithmari)

P.O. Box 108, Damascus, Syria;

Tel: +963 112110059 / 963 112110043;

Faks: +963 933333149

Miżmuma minn Rami Makhlouf; tipprovdi finanzjament għar-reġim Sirjan.

23.6.2011

18.

Syriatel

Syriatel Mobile Telecom Building, Amman Road, Daraa Highway, Ashrafiyat Sahnaya Area, Damascus, Syria, P.O. Box 2900;

Tel: +963 11 61 26 270;

Faks: +963 11 23 73 97 19;

Indirizz Elettroniku: info@syriatel.com.sy;

www.agrobank.org http://syriatel.sy/

Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan: permezz tal-kuntratt ta’ liċenzjar tagħha hija tħallas 50 % jew aktar tal-profitti tagħha lill-Gvern.

23.9.2011

24.

Mechanical Construction Factory (MCF)

P.O. Box 35202, Industrial Zone, Al-Qadam Road, Damascus, Syria

Tel: +963 011 5810719; +963 11 4474579; +963 11 5810718; +963 11 5810719;

Indirizz elettroniku: info@metallic-sy.com u shaamco@mail.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

25.

Syronics – Syrian Arab Co. for Electronic Industries

Kaboon Street, PO Box 5966, Damascus, Syria;

Tel: +963 11 5111352;

Faks: +963 11 5110117

Indirizz elettroniku: info@syronics.com.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

26.

Handasieh – Organizzazzjoni għall-Industrji tal-Inġenerija

P.O. Box 5966, Abou Bakr Al-Seddeq St., Damascus, Syria

u

P.O. Box 2849, Al-Moutanabi Street, Damascus, Syria

u

P.O. Box 21120, Baramkeh, Damascus, Syria;

Tel: + 96311 2121824; +963 11 2121825; +963 11 2131307;

Indirizz elettroniku: g.o.eng.ind@net.sy

Kumpanija fittizja li sservi għall-kisba ta’ materjal sensittiv mis-CERS.

1.12.2011

34.

Syrian Lebanese Commercial Bank

Syrian Lebanese Commercial Bank Building, 6th Floor, Makdessi Street, Hamra, P.O. Box 11-8701, Beirut, Lebanon;

Fergħa ta’ Hamra: Hamra Street, Darwish and Fakhro Building, P.O. Box 113-5127/11-8701, Beirut, Lebanon

Fergħa ta’ Mar Elias: Mar Elias Street, Fakhani Building, P.O. Box 145 796, Beirut, Lebanon

Tel:+961 1741666;

Faks: +961 1738214;

Sit web: www.slcb.com.lb

Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.1.2012

38.

Central Bank of Syria

Sabah Bahrat Square, Damascus, Syria

Indirizz tal-posta: Altjreda al Maghrebeh Square, Damascus, Syria, P.O. Box: 2254

Tel: +961 011 - 9985

Indirizz elettroniku: info@cb.gov.sy

Sit web: https://www.cb.gov.sy/

Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

27.2.2012

56.

Baniyas Refinery Company

(magħrufa wkoll bħala Banias; Banyas)

Banias Refinery Building, 26 Latkia Main Road, Tartous, P.O. Box 26, Syria;

352, Tripoli Street, PO Box 352, Homs

Kumpanija sussidjarja ta’ General Corporation for Refining and Distribution of Petroleum Products (GCRDPP), taqsima mill-Ministeru għaż-Żejt mhux Maħdum u r-Riżorsi Minerali. Fil-fatt hija tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

57.

The Homs Refinery Company

(magħrufa wkoll bħala Hims, General Company for Homs Refinery)

General Company for Homs Refinery Building, 352 Tripoli Street, Homs, P.O. Box 352, Syria

Tel: 963-3125-16401

Faks: 963-3124-70101

Indirizz elettroniku: homs-refine@mail.sy

Kumpanija sussidjarja ta’ General Corporation for Refining and Distribution of Petroleum Products (GCRDPP), taqsima mill-Ministeru għaż-Żejt mhux Maħdum u r-Riżorsi Minerali. Fil-fatt hija tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

67.

Hamsho Trading

(magħrufa wkoll bħala Hamsho Group; Hmisho Trading Group; Hmisho Economic Group)

Hamsho Building, 31 Baghdad Street, Damascus, Syria

Hamsho group, Damascus countryside – northern road-ring, Hamsho for trading and constructions;

Indirizz elettroniku: info@hamsho-group.com;

Tel: 00963 (11) 3227530.

Sussidjarja ta’ Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill.

Bħala tali, Hamsho Trading hija assoċjata ma’ entità ddeżinjata, Hamsho International.

Tappoġġa lir-reġim Sirjan permezz tas-sussidjarji tagħha, inkluż Syria Steel. Permezz tas-sussidjarji tagħha hija assoċjata ma’ gruppi bħall-milizzji Shabiha favur ir-reġim.

7.3.2015

77.

Al Qatarji Company

(magħrufa wkoll bħala Qatarji International Group; Al-Sham u Al-Darwish Company; Qatirji/Khatirji/Katarji/Katerji Group)

(مجموعة/شركة قاطرجي)

Tip ta’ entità: kumpanija privata;

Settur tan-negozju: importazzjoni/esportazzjoni; trasport tal-merkanzija bit-trakkijiet; il-forniment ta’ żejt u komoditajiet;

Isem id-Direttur/Ġestjoni: Hussam Al Qatarji, CEO (deżinjat mill-Kunsill);

Sid benefiċjarju finali: Hussam Al Qatarji (deżinjat mill-Kunsill);

Indirizz reġistrat: Mazzah, Damascus, Syria;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Arvada/Arfada Petroleum Company JSC

Kumpanija ewlenija li topera f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana. Billi tiffaċilita l-kummerċ tal-fjuwil, tal-armi u tal-munizzjon bejn ir-reġim u diversi atturi inkluż l-ISIL (Da’esh) taħt il-pretest ta’ importazzjoni u esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, tappoġġa lill-milizzji li qed jiġġieldu flimkien mar-reġim u tisfrutta r-rabtiet tagħha mar-reġim biex tespandi l-attività kummerċjali tagħha, Al Qatarji Company – li l-bord tagħha huwa mmexxi minn persuna ddeżinjata, Hussam Al Qatarji, membru tal-Assemblea tal-Poplu Sirjan – tappoġġa r-reġim Sirjan u tibbenefika minnu.

17.2.2020

78.

Damascus Cham Holding Company

(magħrufa wkoll bħala Cham Private Joint Stock Company)

(القابضة الشام دمشق)

Tip ta’ entità: kumpanija bi sjieda pubblika taħt il-liġi privata;

Settur tan-negozju: żvilupp tal-proprjetà immobbli;

Isem id-Direttur/Ġestjoni: Adel Anwar al-Olabi, President tal-Bord tad-Diretturi u Gvernatur ta’ Damasku (deżinjat mill-Kunsill);

Sid benefiċjarju: Provinċja ta’ Damasku;

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Rami Makhlouf (deżinjat mill-Kunsill); Samer Foz (deżinjat mill-Kunsill); Mazen Tarazi (deżinjat mill-Kunsill); Talas Group, proprjetà tan-negozjant Anas Talas (deżinjat mill-Kunsill); Khaled al-Zubaidi (deżinjat mill-Kunsill).

Id-Damascus Cham Holding Company ġiet stabbilita mir-reġim bħala l-fergħa ta’ investiment tal-Provinċja ta’ Damasku sabiex tiġġestixxi l-proprjetajiet tal-Provinċja ta’ Damasku u timplimenta l-proġett ta’ Marota City, proġett immobiljari lussuż ibbażat fuq art esproprjata skont id-Digriet Nru 66 u l-Liġi Nru 10 b’mod partikolari.

Billi tiġġestixxi l-implimentazzjoni ta’ Marota City, Damascus Cham Holding (li l-President tagħha huwa l-Gvernatur ta’ Damasku) tappoġġa r-reġim Sirjan u tibbenifika minnu u tipprovdi benefiċċji lil negozjanti b’rabtiet mill-qrib mar-reġim li nnegozjaw ftehimiet bi qligħ tajjeb ma’ din l-entità permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.

17.2.2020”


Top