Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0752

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/752 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank of Greece

ST/6707/2022/INIT

ĠU L 138, 17.5.2022, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/752/oj

17.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/752

tal-5 ta’ April 2022

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank of Greece

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2022/3) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank of Greece, Deloitte Certified Public Accountants S.A., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2021. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2022.

(3)

Il-Bank of Greece għażel lil Ernst & Young (Hellas) Certified Auditors Accountants S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2022 sa 2026, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2027 u 2028.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Ernst & Young (Hellas) Certified Auditors Accountants S.A. jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2022 sa 2026, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2027 u 2028.

(5)

B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.   Ernst & Young (Hellas) Certified Auditors Accountants S.A. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2022 sa 2026”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

B. LE MAIRE


(1)   ĠU C 102, 2.3.2022, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).


Top