EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0713

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/713 tal-4 ta’ Mejju ta’ 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-apparati għat-tisħin tal-likwidi, għaċ-ċarġers tal-batteriji, għall-ħiters tal-ilma istantanji, għall-ħiters tal-kmamar b’akkumulu termali, għat-tojlits, għall-kabini għal doċoċ multifunzjonali, għall-esponiment tal-ġilda għar-radjazzjoni ultravjola u infraħamra, u tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/2922

OJ L 133, 10.5.2022, p. 17–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D2723

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/713/oj

10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/713

tal-4 ta’ Mejju ta’ 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-apparati għat-tisħin tal-likwidi, għaċ-ċarġers tal-batteriji, għall-ħiters tal-ilma istantanji, għall-ħiters tal-kmamar b’akkumulu termali, għat-tojlits, għall-kabini għal doċoċ multifunzjonali, għall-esponiment tal-ġilda għar-radjazzjoni ultravjola u infraħamra, u tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.

(3)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati, u l-emendi għalihom, EN 50689:2021 għall-prodotti bil-lejżer għall-konsumaturi; EN IEC 61010-2-011:2021, u EN IEC 61010-2-011:2021/A11:2021 għall-apparati refriġeranti; EN IEC 61347-2-14:2018 u EN IEC 61347-2-14:2018/A11:2021 għal controlgear elettroniku DC u/jew AC għal lampi fluworexxenti tal-induzzjoni.

(4)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (3): EN 60320-1:2001 kif emendat b’EN 60320-1:2001/A1:2007 għal konnetturi ta’ apparati li jintużaw fid-dar; EN 60335-2-25:2012 kif emendat b’EN 60335-2-25:2012/A1:2015, u EN 60335-2-25:2012/A2:2016 għal fran microwave; EN 60335-2-41:2003 kif emendat b’EN 60335-2-41:2003/A1:2004 u EN 60335-2-41:2003/A2:2010 għal pompi; EN 60335-2-96:2002 kif emendat b’EN 60335-2-96:2002/A1:2004 u EN 60335-2-96:2002/A2:2009 għal elementi tat-tisħin magħmulin minn pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar; EN 60974-8:2009 għal panils tal-gass għal sistemi ta’ wweldjar u ta’ qtugħ ta’ plażma; EN 61010-2-032:2012 għal sensuri tal-kurrent tal-idejn u mħaddmin bl-idejn; EN 61010-2-033:2012 għal multimeters tal-idejn għal użu domestiku u professjonali; EN 61010-2-040:2005 għal sterilizzaturi u diżinfettanti tal-ħasil; EN 61914:2016 għal klamps tal-kejbils; EN 62031:2008 kif emendat b’EN 62031:2008/A1:2013 u EN 62031:2008/A2:2015 għal moduli LED għat-tidwil ġenerali. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin: EN IEC 60320-1:2021; EN IEC 60335-2-25:2021; EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-41:2021; EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-96:2021; EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021; EN IEC 60974-8:2021; EN IEC 61010-2-032:2021; EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-033:2021; EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-040:2021; EN IEC 61914:2021; EN IEC 62031:2020; u EN IEC 62031:2020/A11:2021.

(5)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew u emendaw ukoll dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4): EN 61010-2-091:2012 kif ikkoreġut b’EN 61010-2-091:2012/AC:2013 għal sistemi ta’ kabini tar-raġġi-X; EN 60335-2-105:2005 kif emendat b’EN 60335-2-105:2005/A11:2010, EN 60335-2-105:2005/A1:2008, u EN 60335-2-105:2005/A2:2020 għal kabini għal doċoċ multifunzjonali; EN 60335-2-84:2003 kif emendat b’EN 60335-2-84:2003/A1:2008 u EN 60335-2-84:2003/A2:2019 għal apparati tat-tojlits; EN 60335-2-29:2004 kif emendat b’EN 60335-2-29:2004/A11:2018 u EN 60335-2-29:2004/A2:2010 għal ċarġers ta’ batteriji. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati u l-emendi li ġejjin: EN IEC 61010-2-091:2021; EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021; EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021; EN IEC 60335-2-84:2021; EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021; EN 60335-2-29:2021; EN 60335-2-29:2021/A1:2021.

(6)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03): EN 60335-2-54:2008 kif emendat b’EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015, EN 60335-2-54:2008/A11:2012, u EN 60335-2-54:2008/A1:2015 għal apparati tat-tindif tas-superfiċe; EN 61009-1:2012 kif emendat b’EN 61009-1:2012/A1:2014, EN 61009-1:2012/A11:2015, u EN 61009-1:2012/A2:2014 għal salvaviti mħaddma għal kurrent residwu. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-54:2008/A12:2021; EN 60335-2-54:2008/A2:2021; u EN 61009-1:2012/A13:2021.

(7)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec emendaw u kkoreġew ukoll dawn l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956: EN 60335-2-15:2016 kif emendat b’EN 60335-2-15:2016/A11:2018 għal apparati għat-tisħin tal-likwidi; EN 60335-2-35:2016 kif emendat b’EN 60335-2-35:2016/A1:2019 għal ħiters tal-ilma istantanji; EN 60335-2-61:2003 kif emendat b’EN 60335-2-61:2003/A1:2005, EN 60335-2-61:2003/A2:2008, u EN 60335-2-61:2003/A11:2019 għal ħiters tal-kmamar b’akkumulu termali; EN 60335-2-27:2013 kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020 għal apparati għall-esponiment tal-ġilda għar-radjazzjoni ultravjola u infraħamra; EN 60335-2-21:2021 għal ħiters tal-ilma b’akkumulu. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati ta’ korrezzjoni u emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-15:2016/A12:2021; EN 60335-2-15:2016/A1:2021; EN 60335-2-15:2016/A2:2021; EN 60335-2-35:2016/A2:2021; EN 60335-2-61:2003/A12:2021; EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11; u EN 60335-2-21:2021/A1:2021.

(8)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi u l-korrezzjonijiet għalihom jikkonformawx mat-talba M/511.

(9)

L-istandards armonizzati EN 50689:2021; EN IEC 61010-2-011:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-011:2021/A11:2021; EN IEC 61347-2-14:2018 kif emendat b’EN IEC 61347-2-14:2018/A11:2021; EN IEC 60320-1:2021; EN IEC 60335-2-25:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-41:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-96:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021; EN IEC 60974-8:2021; EN IEC 61010-2-032:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-033:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-040:2021; EN IEC 61010-2-091:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021; EN IEC 61914:2021; EN IEC 62031:2020 kif emendat b’EN IEC 62031:2020/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021 u b’EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021; EN IEC 60335-2-84:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021; EN 60335-2-29:2021 kif emendat b’EN 60335-2-29:2021/A1:2021; EN 60335-2-54:2008 kif emendat b’EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015, EN 60335-2-54:2008/A11:2012, u EN 60335-2-54:2008/A1:2015, EN 60335-2-54:2008/A12:2021, u EN 60335-2-54:2008/A2:2021; EN 61009-1:2012 kif emendat b’EN 61009-1:2012/A1:2014, EN 61009-1:2012/A11:2015, EN 61009-1:2012/A2:2014, u EN 61009-1:2012/A13:2021; EN 60335-2-15:2016 kif emendat b’EN 60335-2-15:2016/A11:2018, EN 60335-2-15:2016/A12:2021, EN 60335-2-15:2016/A1:2021, u EN 60335-2-15:2016/A2:2021; EN 60335-2-35:2016 kif emendat b’EN 60335-2-35:2016/A1:2019, u EN 60335-2-35:2016/A2:2021; EN 60335-2-61:2003 kif emendat b’EN 60335-2-61:2003/A1:2005, EN 60335-2-61:2003/A2:2008, u EN 60335-2-61:2003/A11:2019, u EN 60335-2-61:2003/A12:2021; EN 60335-2-27:2013 kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020, EN 60335-2-27:2013/A2:2020, u kkoreġut b’EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11; EN 60335-2-21:2021 kif emendat b’EN 60335-2-21:2021/A1:2021 jissodisfaw l-għanijiet tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta’ dawk l-istandards, kif ukoll ir-referenzi tal-emendi u tal-korrezzjonijiet għalihom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I tagħha, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(11)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 60320-1:2001; EN 60335-2-25:2012; EN 60335-2-41:2003; EN 60335-2-96:2002; EN 60974-8:2009; EN 61010-2-032:2012; EN 61010-2-033:2012; EN 61010-2-040:2005; EN 61914:2016; EN 62031:2008; EN 60335-2-54:2008; EN 61009-1:2012.

(12)

Jeħtieġ ukoll li tiġi rtirata r-referenza tal-istandard armonizzat EN 61851-22:2002 ippubblikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03), peress li l-istandard rivedut EN IEC 61851-1:2019, li ġie miżjud mal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jinkorpora b’mod integrali t-test tal-istandard EN 61851-22:2002.

(13)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li huma rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li r-referenzi tal-istandards irtirati jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(14)

Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 61010-2-091:2012; EN 60335-2-105:2005; EN 60335-2-84:2003; EN 60335-2-29:2004; EN 60335-2-15:2016; EN 60335-2-35:2016; EN 60335-2-61:2003; EN 60335-2-27:2013; u EN 60335-2-21:2021, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew ikkoreġuti jew emendati. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(15)

Madankollu, minħabba li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 61010-2-091:2012 kif ikkoreġut b’EN 61010-2-091:2012/AC:2013 hija ppubblikata fl-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jeħtieġ li dawk ir-referenzi jitħassru minn dak l-Anness.

(16)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 60320-1:2021; EN IEC 60335-2-25:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-41:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021; EN IEC 60335-2-96:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021; EN IEC 60974-8:2021; EN IEC 61010-2-032:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-033:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021; EN IEC 61010-2-040:2021; EN IEC 61010-2-091:2021 kif emendat b’EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021; EN IEC 61914:2021; EN IEC 62031:2020 kif emendat b’EN IEC 62031:2020/A11:2021; EN IEC 60335-2-105:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021 u b’EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021; EN IEC 60335-2-84:2021 kif emendat b’EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021; EN 60335-2-29:2021 kif emendat b’EN 60335-2-29:2021/A1:2021; EN 60335-2-54:2008 kif emendat b’EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015, EN 60335-2-54:2008/A11:2012, EN 60335-2-54:2008/A1:2015, EN 60335-2-54:2008/A12:2021 u EN 60335-2-54:2008/A2:2021; EN 61009-1:2012 kif emendat b’EN 61009-1:2012/A1:2014, EN 61009-1:2012/A11:2015, EN 61009-1:2012/A2:2014 u EN 61009-1:2012/A13:2021; EN 60335-2-15:2016 kif emendat b’EN 60335-2-15:2016/A11:2018, EN 60335-2-15:2016/A12:2021, EN 60335-2-15:2016/A1:2021 u EN 60335-2-15:2016/A2:2021; EN 60335-2-35:2016 kif emendat b’EN 60335-2-35:2016/A1:2019 u EN 60335-2-35:2016/A2:2021; EN 60335-2-61:2003 kif emendat b’EN 60335-2-61:2003/A1:2005, EN 60335-2-61:2003/A2:2008, EN 60335-2-61:2003/A11:2019 u EN 60335-2-61:2003/A12:2021; EN 60335-2-27:2013 kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020, EN 60335-2-27:2013/A2:2020 u EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11; u EN 60335-2-21:2021 kif emendat b’EN 60335-2-21:2021/A1:2021; jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin jiġi differit flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni: EN 60320-1:2001; EN 60335-2-25:2012; EN 60335-2-41:2003; EN 60335-2-96:2002; EN 60974-8:2009; EN 61010-2-032:2012; EN 61010-2-033:2012; EN 61010-2-040:2005; EN 61914:2016; EN 62031:2008; EN 60335-2-54:2008; EN 61009-1:2012; EN 61851-22:2002; EN 61010-2-091:2012; EN 60335-2-105:2005; EN 60335-2-84:2003; EN 60335-2-29:2004; EN 60335-2-15:2016; EN 60335-2-35:2016; EN 60335-2-61:2003; EN 60335-2-27:2013; u EN 60335-2-21:2021.

(17)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan.

(18)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-għanijiet tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:

(a)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

l-Anness IB huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (b) tal-Artiklu 1 għandu japplika mill-10 ta’ Novembru 2023.

Il-punt (1) tal-Anness I rigward ir-ringieli 4, 7, 34, 39, 41, 68 u 96 għandu japplika mill-10 ta’ Novembru 2023.

Il-punt (1) tal-Anness I rigward ir-ringiela 76 għandu japplika mill-10 ta’ Novembru 2022.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).


ANNESS I

(1)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jitħassru r-ringieli 4, 7, 34, 39, 41, 68, 76 u 96.

(2)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin f’ordni sekwenzjali:

Nru

Referenza tal-istandard

“4a.

EN 60335-2-15:2016

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-15: Rekwiżiti partikolari għal apparati għat-tisħin tal-likwidi

EN 60335-2-15:2016/A11:2018

EN 60335-2-15:2016/A12:2021

EN 60335-2-15:2016/A1:2021

EN 60335-2-15:2016/A2:2021”

“7a.

EN 60335-2-29:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-29: Rekwiżiti partikolari għal ċarġers ta’ batteriji

EN 60335-2-29:2021/A1:2021”

“34a.

EN 60335-2-35:2016

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-35: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma istantanji

EN 60335-2-35:2016/A1:2019

EN 60335-2-35:2016/A2:2021”

“39a.

EN 60335-2-61:2003

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-61: Rekwiżiti partikolari għal apparati għal ħiters b’akkumulu termali

EN 60335-2-61:2003/A1:2005

EN 60335-2-61:2003/A2:2008

EN 60335-2-61:2003/A11:2019

EN 60335-2-61:2003/A12:2021”

“41a.

EN IEC 60335-2-84:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-84: Rekwiżiti partikolari għat-tojlits

EN IEC 60335-2-84:2021/A11:2021”

“68a.

EN IEC 60335-2-105:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-105: Rekwiżiti partikolari għal kabini għal doċoċ multifunzjonali

EN IEC 60335-2-105:2021/A11:2021

EN IEC 60335-2-105:2021/A1:2021”

“76a.

EN 60335-2-27:2013

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-27: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-esponiment tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraħamra

EN 60335-2-27:2013/A1:2020

EN 60335-2-27:2013/A2:2020

EN 60335-2-27:2013/AC:2021-11”

“96a.

EN 60335-2-21:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma b’akkumulu

EN 60335-2-21:2021/A1:2021”;

(3)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“112.

EN 50689:2021

Sigurtà ta’ prodotti bil-lejżer — Rekwiżiti Partikolari għal Prodotti bil-Lejżer għall-Konsumaturi

113.

EN IEC 61010-2-011:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-011: Rekwiżiti partikolari għal apparati refriġeranti

EN IEC 61010-2-011:2021/A11:2021

114.

EN IEC 61347-2-14:2018

Controlgear tal-lampi — Parti 2-14: Rekwiżiti partikolari għal controlgear elettroniku DC u/jew AC għal lampi fluworexxenti tal-induzzjoni

EN IEC 61347-2-14:2018/A11:2021

115.

EN IEC 60320-1:2021

Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u għal skopijiet ġenerali simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

116.

EN IEC 60335-2-25:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-25: Rekwiżiti partikolari għal fran microwave, inklużi fran microwave kombinati

EN IEC 60335-2-25:2021/A11:2021

117.

EN IEC 60335-2-41:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-41: Rekwiżiti partikolari għal pompi

EN IEC 60335-2-41:2021/A11:2021

118.

EN IEC 60335-2-96:2021

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-96: Rekwiżiti partikolari għal elementi tat-tisħin magħmulin minn pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar

EN IEC 60335-2-96:2021/A11:2021

119.

EN IEC 60974-8:2021

Tagħmir ta’ saldatura bl-ark — Parti 8: Panils tal-gass għal sistemi ta’ wweldjar u ta’ qtugħ ta’ plażma

120.

EN IEC 61010-2-032:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-032: Rekwiżiti partikolari għal sensuri tal-kurrent tal-idejn u mħaddmin bl-idejn għal testijiet elettriċi u għall-kejl

EN IEC 61010-2-032:2021/A11:2021

121.

EN IEC 61010-2-033:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-033: Rekwiżiti partikolari għal multimiters u miters oħra tal-idejn, għal skopijiet domestiċi u professjonali, li jistgħu jkejlu l-vultaġġ ta’ mejns.

EN IEC 61010-2-033:2021/A11:2021

122.

EN IEC 61010-2-040:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-040: Rekwiżiti partikolari għal sterilizzaturi u diżinfettanti tal-ħasil li jintużaw għat-trattament ta’ materjali mediċi

123.

EN IEC 61914:2021

Klamps tal-kejbils għal installazzjonijiet elettriċi

124.

EN IEC 62031:2020

Moduli LED għal tidwil ġenerali — Speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà

EN IEC 62031:2020/A11:2021

125.

EN 60335-2-54:2008

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-54: Rekwiżiti partikolari għal apparati tat-tindif tas-superfiċe għall-użu domestiku bil-likwidi jew bl-istim

EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015

EN 60335-2-54:2008/A11:2012

EN 60335-2-54:2008/A1:2015

EN 60335-2-54:2008/A12:2021

EN 60335-2-54:2008/A2:2021

126.

EN 61009-1:2012

Salvaviti mħaddma għal kurrent residwu bi protezzjoni integrali għal kurrent żejjed għal użi domestiċi u simili (RCBOs) — Parti 1: Regoli ġenerali

EN 61009-1:2012/A1:2014

EN 61009-1:2012/A11:2015

EN 61009-1:2012/A2:2014

EN 61009-1:2012/A13:2021

127.

EN IEC 61010-2-091:2021

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-091: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ kabini tar-raġġi-X

EN IEC 61010-2-091:2021/A11:2021”


ANNESS II

Fl-Anness IB tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 titħassar ir-ringiela 30.


ANNESS III

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“105.

EN 60320-1:2001

Konnetturi għal apparati li jintużaw fid-dar u għal skopijiet ġenerali simili — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 60320-1:2001/A1:2007

L-10 ta’ Novembru 2023

106.

EN 60335-2-25:2012

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-25: Rekwiżiti partikolari għal fran microwave, inklużi fran microwave kombinati

EN 60335-2-25:2012/A1:2015

EN 60335-2-25:2012/A2:2016

L-10 ta’ Novembru 2023

107.

EN 60335-2-41:2003

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-41: Rekwiżiti partikolari għal pompi

EN 60335-2-41:2003/A1:2004

EN 60335-2-41:2003/A2:2010

L-10 ta’ Novembru 2023

108.

EN 60335-2-96:2002

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-96: Rekwiżiti partikolari għal elementi tat-tisħin magħmulin minn pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar

EN 60335-2-96:2002/A1:2004

EN 60335-2-96:2002/A2:2009

L-10 ta’ Novembru 2023

109.

EN 60974-8:2009

Tagħmir ta’ saldatura bl-ark — Parti 8: Panils tal-gass għal sistemi ta’ wweldjar u ta’ qtugħ ta’ plażma

L-10 ta’ Novembru 2023

110.

EN 61010-2-032:2012

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-032: Rekwiżiti partikolari għal sensuri tal-kurrent tal-idejn u mħaddmin bl-idejn għal testijiet elettriċi u għall-kejl

L-10 ta’ Novembru 2023

111.

EN 61010-2-033:2012

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-033: Rekwiżiti partikolari għal multimiters u miters oħra tal-idejn, għal skopijiet domestiċi u professjonali, li jistgħu jkejlu l-vultaġġ ta’ mejns.

L-10 ta’ Novembru 2023

112.

EN 61010-2-040:2005

Rekwiżiti ta’ sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-040: Rekwiżiti partikolari għal sterilizzaturi u diżinfettanti tal-ħasil li jintużaw għat-trattament ta’ materjali mediċi

L-10 ta’ Novembru 2023

113.

EN 61914:2016

Klamps tal-kejbils għal installazzjonijiet elettriċi

L-10 ta’ Novembru 2023

114.

EN 62031:2008

Moduli LED għal tidwil ġenerali — Speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà

EN 62031:2008/A1:2013

EN 62031:2008/A2:2015

L-10 ta’ Novembru 2023

115.

EN 60335-2-54:2008

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sigurtà — Parti 2-54: Rekwiżiti partikolari għal apparati tat-tindif tas-superfiċe għall-użu domestiku bil-likwidi jew bl-istim

EN 60335-2-54:2008/A11:2012/AC:2015

EN 60335-2-54:2008/A11:2012

EN 60335-2-54:2008/A1:2015

L-10 ta’ Novembru 2023

116.

EN 61009-1:2012

Salvaviti mħaddma għal kurrent residwu bi protezzjoni integrali għal kurrent żejjed għal użi domestiċi u simili (RCBOs) — Parti 1: Regoli ġenerali

EN 61009-1:2012/A1:2014

EN 61009-1:2012/A11:2015

EN 61009-1:2012/A2:2014

L-10 ta’ Novembru 2023

117.

EN 61851-22:2002

Sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi — Parti 22: Stazzjon ta’ ċċarġjar ta’ vetturi elettriċi AC

L-10 ta’ Novembru 2023”


Top