EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0492

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2022/492 tal-24 ta’ Marzu 2022 li teleġġi l-President tal-Kunsill Ewropew

ST/19/2022/INIT

OJ L 100, 28.3.2022, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/492/oj

28.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2022/492

tal-24 ta’ Marzu 2022

li teleġġi l-President tal-Kunsill Ewropew

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Lulju 2019, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1135 (1), is-Sur Charles MICHEL ġie elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2019 sal-31 ta’ Mejju 2022.

(2)

F’konformità mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-persuna fil-kariga ta’ President tal-Kunsill Ewropew tista’ tiġi rieletta darba,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Charles MICHEL huwa b’dan rielett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sat-30 ta’ Novembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Charles MICHEL mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MICHEL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1135 tat-2 ta’ Lulju 2019 li teleġġi l-President tal-Kunsill Ewropew (ĠU L 179 I, 3.7.2019, p. 1).


Top