This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0310
Decision (EU) 2022/310 of the European Central Bank of 17 February 2022 amending Decision (EU) 2019/1743 of the European Central Bank on the remuneration of holdings of excess reserves and of certain deposits (ECB/2022/5)
Deċiżjoni (UE) 2022/310 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2022/5)
Deċiżjoni (UE) 2022/310 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2022/5)
ECB/2022/5
ĠU L 46, 25.2.2022, p. 140–141
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/140 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/310 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2022/5)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 u l-Artikoli 17 sa 19 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti ta’ entitajiet pubbliċi tal-Unjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minbarra dawk eżentati minn rati tal-imgħax negattivi) kif previst fid-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (1) għandha tiġi allinjata mar-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern skont il-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) (2), sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fir-remunerazzjoni ta’ depożiti komparabbli madwar l-Eurosistema. Sabiex tkun tista’ ssir emenda tal-arranġamenti kuntrattwali rilevanti bejn il-BĊE u l-entitajiet pubbliċi tal-Unjoni skont dan, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-4 ta’ April 2022. |
(2) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) huwa mibdul b’dan li gej:
“Artikolu 2
Remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti miżmumin għand il-BĊE
1. Kontijiet miżmumin mal-BĊE skont id-Deċiżjoni BĊE/2003/14 (3)*, id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 (4)*, id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 (5)* u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (6)* għandhom jiġu remunerati hekk kif ġej:
(a) |
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun żero jew ogħla (pożittiva), b’żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa; |
(b) |
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun inqas minn żero (negattiva), bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa. |
Madankollu, meta jkun meħtieġ li d-depożiti jinżammu f’dawk il-kontijiet qabel id-data meta jrid isir ħlas skont ir-regoli legali jew kuntrattwali applikabbli għall-faċilità kkonċernata, dawn id-depożiti għandhom jiġu remunerati matul dan il-perijodu bikri bir-rata ta’ żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), skont liema tkun l-ogħla.
2. Il-kont iddedikat miżmum mal-BĊE skont l-Artikolu 13(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid ta’ self skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 u għall-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati ma’ self mogħti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)* għall-finijiet ta’ holdings ta’ flus kontanti prudenzjali kif imsemmi f’dak l-Artikolu għandu jiġi remunerat b’żero fil-mija jew ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), skont liema tkun l-ogħla, ħlief fejn l-ammont aggregat ta’ depożiti miżmuma f’dak il-kont dedikat jaqbeż EUR 20 biljun, f’liema każ l-ammont eċċessiv għandu jiġi remunerat hekk kif ġej:
(a) |
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun żero jew ogħla (pożittiva), b’żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa; |
(b) |
jekk ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu fil-jum kalendarju rilevanti tkun inqas minn żero (negattiva), bir-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), liema minnhom tkun l-aktar baxxa. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandha tapplika mill-4 ta’ April 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).
(2) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2014, p. 11).