This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R2304
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/2304 of 18 October 2021 supplementing Regulation (EU) 2018/848 of the European Parliament and of the Council with rules on the issuance of complementary certificates certifying the non-use of antibiotics in organic production of animal products for the purpose of export (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2304 tat-18 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati komplementari li jiċċertifikaw in-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi fil-produzzjoni organika ta’ prodotti tal-annimali għall-fini ta’ esportazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2304 tat-18 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati komplementari li jiċċertifikaw in-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi fil-produzzjoni organika ta’ prodotti tal-annimali għall-fini ta’ esportazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/7376
ĠU L 461, 27.12.2021, pp. 2–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 461/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2304
tat-18 ta’ Ottubru 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati komplementari li jiċċertifikaw in-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi fil-produzzjoni organika ta’ prodotti tal-annimali għall-fini ta’ esportazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ċerti pajjiżi terzi jeħtieġu li prodotti tal-annimali organiċi jiġu prodotti mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq f’dawk il-pajjiżi, jenħtieġ li l-operaturi jew il-gruppi ta’ operaturi fl-Unjoni li jixtiequ jesportaw tali prodotti jkunu jistgħu jagħtu prova tan-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi permezz ta’ dokument uffiċjali. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848, l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll, jridu jipprovdu ċertifikat lil kwalunkwe operatur jew grupp ta’ operaturi li jkun innotifika l-attività tiegħu u li jikkonforma ma’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġi ċċertifikat li l-prodotti tal-annimali organiċi huma prodotti mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi, jenħtieġ li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jkollhom il-possibbiltà li jitolbu lil dawk l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll, biex joħorġu ċertifikat komplementari. Jenħtieġ li l-mudell għal dak iċ-ċertifikat komplementari jiġi stabbilit. |
|
(3) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ċertifikat komplementari li jiċċertifika n-nuqqas ta’ użu ta’ antibijotiċi fil-produzzjoni organika ta’ prodotti tal-annimali għall-fini ta’ esportazzjoni
Fuq talba ta’ operatur jew grupp ta’ operaturi li diġà għandhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848, l-awtorità kompetenti rilevanti jew, fejn xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti, għandhom joħorġu ċertifikat komplementari li jiċċertifika li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi pproduċa prodotti tal-annimali organiċi mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi jekk tali ċertifikat ikun meħtieġ għall-fini tal-esportazzjoni ta’ dawk il-prodotti mill-Unjoni. Il-mudell għal dak iċ-ċertifikat komplementari huwa stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
ĊERTIFIKAT KOMPLIMENTARI LI JIĊĊERTIFIKA N-NUQQAS TA’ UŻU TA’ ANTIBIJOTIĊI FIL-PRODUZZJONI ORGANIKA TA’ PRODOTTI TAL-ANNIMALI GĦALL-FINI TA’ ESPORTAZZJONI
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|||||||||
|
Dan iċ-ċertifikat inħareġ biex jiċċertifika li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq) ipproduċa l-prodotti tal-annimali organiċi li ġejjin mingħajr l-użu ta’ antibijotiċi:
|
|||||||||
Isem u firma f’isem l-awtorità kompetenti emittenti, jew, fejn xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll: |
|
||||||||