EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1962

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1962 tat-12 ta’ Awwissu 2021 li jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/5932

OJ L 400, 12.11.2021, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1962/oj

12.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 400/16


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1962

tat-12 ta’ Awwissu 2021

li jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Verifika żvelat żbalji fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (2), li emenda dak l-Anness, żied għadd ta’ sustanzi fit-Tabella 3 tal-Parti 3 tiegħu. L-entrati li jikkonċernaw is-sustanzi pentapotassju 2,2’,2”,2”’,2””(etan-1,2-diilnitrilo)pentaaċetat; N-karbossimetiliminobis(etilenenitrilo)tetra (aċidu aċetiku) u tetraaċetat tal-pentasodju(karbossilatometil)iminobis (etilenenitrilo) fihom żbalji relatati mal-kelma bħala sinjal. Dawk is-sustanzi huma klassifikati, inter alia, bħala tossikant speċifiku ta’ organi fil-mira b’esponiment ripetut tal-kategorija 2 u għalhekk jenħtieġ li jiġu ttikkettati billi tintuża l-kelma bħala sinjal “Warning” (periklu) li tikkorrispondi mal-kelma bħala sinjal “Wng” f’konformità mat-Tabella 3.9.5. tal-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Madankollu r-Regolament Delegat (UE) 2020/217 bi żball introduċa l-kodiċi tal-kliem bħala sinjal “Dgr” (abbrevjazzjoni ta’ “Danger” (periklu)) għal dawk is-sustanzi. Jenħtieġ li dawk l-iżbalji jiġu kkoreġuti.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Peress li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2020/217 li fihom l-iżball japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2021, il-korrezzjoni tagħhom jenħtieġ li tapplika wkoll minn dik id-data.

(4)

Bl-istess mod, sabiex jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2020/217, jenħtieġ li l-fornituri jitħallew japplikaw il-korrezzjonijiet magħmula b’dan ir-Regolament għas-sustanza u t-taħlitiet qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu fuq bażi volontarja.

(5)

Sabiex jiġu evitati spejjeż bla bżonn, jenħtieġ li l-fornituri ma jintalbux ibiddlu t-tikketti u l-imballaġġi tas-sustanzi u t-taħlitiet li tqiegħdu fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Peress li l-kodiċi tal-kelma bħala sinjal żbaljat jikkorrispondi ma’ klassi ta’ periklu aktar severa, iż-żamma tal-kelma bħala sinjal korrispondenti fuq it-tikketta ma jnaqqasx il-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kodiċi tal-kliem bħala sinjal “Dgr” fis-seba’ kolonna “Pittogramma, Kodiċi tal-Kliem Sinjal” tat-Tabella 3 fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fir-rigward tal-entrati li jikkonċernaw il-pentapotassju 2,2’,2”,2”’,2””(etan-1,2-diilnitrilo)pentaaċetat; l-N-karbossimetiliminobis(etilenenitrilo)tetra (aċidu aċetiku) u t-tetraaċetat tal-pentasodju(karbossilatometil)iminobis (etilenenitrilo) huwa sostitwit bil-kodiċi tal-kliem bħala sinjal “Wng”.

Artikolu 2

Il-fornituri ma għandhomx jintalbu jibdlu, kif indikat fl-Artikolu 1, it-tikketta jew l-imballaġġ tas-sustanzi jew it-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi, li jkunu tqiegħdu fis-suq f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 qabel il-15 ta’ Novembru 2021.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2021.

Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u s-sustanzi u t-taħlitiet li fihom dawn is-sustanzi, qabel l-1 ta’ Ottubru 2021 jistgħu jiġu klassifikati, tikkettati u imballati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif ikkoreġut b’dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 44, 18.2.2020, p. 1).


Top