EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1961

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1961 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iqis l-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/5744

OJ L 400, 12.11.2021, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1961/oj

12.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 400/14


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1961

tal-5 ta’ Awwissu 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iqis l-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li l-valur M0 għas-snin 2022, 2023 u 2024 imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 14(1) jiġi stabbilit abbażi tal-massa medja fi stat operattiv tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha rreġistrati fl-Unjoni fl-2017, 2018 u 2019.

(2)

Abbażi tal-valuri speċifikati fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/582 (2), (UE) 2020/1035 (3) u (UE) 2021/973 (4), ponderati skont l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda f’kull waħda minn dawk is-snin, il-massa medja fi stat operattiv ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-snin kalendarji 2017, 2018 u 2019 kienet ta’ 1 398,50 kg.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024 jiġu kkalkulati f’konformità mal-formula stabbilita fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, li juża l-valur 1 398,50 tal-M0.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, l-entrata M0 hija sostitwita b’dan li ġej:

“M0 hija 1 379,88 fl-2021 u 1 398,50 fl-2022, 2023 u 2024”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/582 tat-3 ta’ April 2019 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2017 u għall-konsorzju Volkswagen inkluż il-membri tiegħu għas-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 11.4.2019, p. 47).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1035 tat-3 ta’ Ġunju 2020 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief għas-sena kalendarja 2018 skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 37).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/973 tal-1 ta’ Ġunju 2021 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief għas-sena kalendarja 2019 u, għall-manifattur Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG u l-konsorzju tal-Volkswagen, għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2018 skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 215, 17.6.2020, p. 1).


Top