EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1911

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1911 tas-27 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia u l-Komunità Awtonoma ta’ Principado de Asturias fi Spanja mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis, li jemenda l-Anness VIII tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Komunità Awtonoma ta’ Islas Baleares, il-provinċji ta’ Huelva u Sevilla u r-reġjuni ta’ Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra fil-provinċja ta’ Badajoz fi Spanja u r-reġjun ta’ Alentejo u d-distrett ta’ Santarém fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo fil-Portugall mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu, li jemenda l-Anness IX tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-gżejjer Åland fil-Finlandja mill-infestazzjoni bil-Varroa spp u li jemenda l-Anness XIII tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tad-Danimarka u tal-Finlandja fir-rigward tan-nekrożi ematopojetika infettiva (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/7574

OJ L 389, 4.11.2021, p. 2–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1911/oj

4.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 389/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1911

tas-27 ta’ Ottubru 2021

li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia u l-Komunità Awtonoma ta’ Principado de Asturias fi Spanja mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis, li jemenda l-Anness VIII tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Komunità Awtonoma ta’ Islas Baleares, il-provinċji ta’ Huelva u Sevilla u r-reġjuni ta’ Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra fil-provinċja ta’ Badajoz fi Spanja u r-reġjun ta’ Alentejo u d-distrett ta’ Santarém fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo fil-Portugall mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu, li jemenda l-Anness IX tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-gżejjer Åland fil-Finlandja mill-infestazzjoni bil-Varroa spp u li jemenda l-Anness XIII tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tad-Danimarka u tal-Finlandja fir-rigward tan-nekrożi ematopojetika infettiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 36(4) u 42(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu, jistabbilixxi kif dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati għal kategoriji differenti ta’ mard elenkat u jipprevedi wkoll l-approvazzjoni jew l-irtirar mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tiegħu.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti, iż-żamma, is-sospensjoni u l-irtirar tal-istatus ta’ ħieles mill-mard.

(3)

Fl-Annessi tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jelenka l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħieles mill-mard. Fost l-oħrajn, jelenka żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, M.caprae u M. tuberculosis) (MTBC) fil-Parti I tal-Anness II tiegħu, żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) fil-Parti I tal-Anness VIII tiegħu, żoni ħielsa mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. fl-Anness IX tiegħu u żoni jew kompartimenti bi status ta’ ħieles mill-mard min-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) fil-Parti I tal-Anness XIII tiegħu.

(4)

Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard wasslet għall-ħtieġa li jiġu emendati l-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, sabiex jiġu elenkati Stati Membri jew żoni ġodda ħielsa mill-mard u biex jitneħħew mill-lista ż-żoni fejn ġew konfermati tifqigħat ta’ mard u għalhekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħieles mill-mard ma jibqgħux issodisfati.

(5)

Spanja ppreżentat informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħieles mill-mard mill-MTBC stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-provinċji ta’ La Coruña, Orense u Lugo fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia. Pontevedra, ir-raba’ provinċja f’dik il-Komunità Awtonoma, diġà kienet elenkata bħala żona ħielsa mill-MTBC fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk, jenħtieġ li l-Komunità Awtonoma ta’ Galicia kollha tiġi elenkata bħala żona ħielsa mill-MTBC.

(6)

Spanja ppreżentat informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħieles mill-mard mill-MTBC stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Komunità Awtonoma ta’ Principado de Asturias. Għalhekk, dik il-Komunità Awtonoma għandha tiġi elenkata bħala żona ħielsa mill-MTBC.

(7)

Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ infezzjoni bis-Serotip 4 tal-BTV fil-Komunità Awtonoma ta’ Islas Baleares u, sussegwentement, dwar tifqigħat addizzjonali li jaffettwaw ir-reġjuni ta’ Sierra Oriental u Sierra Occidental fil-provinċja ta’ Huelva, ir-reġjun ta’ Sierra Norte fil-provinċja ta’ Sevilla, u r-reġjuni ta’ Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra fil-provinċja ta’ Badajoz. Peress li l-Komunità Awtonoma ta’ Islas Baleares, ir-reġjuni ta’ Sierra Oriental u Sierra Occidental fil-provinċja ta’ Huelva, ir-reġjun ta’ Cazalla de la Sierra (Sierra Norte) fil-provinċja ta’ Sevilla u, impliċitament bħala parti mill-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura, ir-reġjuni ta’ Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra huma kollha elenkati bħala żoni bi status ta’ ħieles mill-mard fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li dawn jitħassru minn dik il-lista.

(8)

Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ infezzjoni bis-Serotip 4 tal-BTV fir-reġjun ta’ Alentejo u, sussegwentement, b’tifqigħa oħra fid-distrett ta’ Santarém fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo. Peress li r-reġjun kollu ta’ Alentejo u d-distrett ta’ Santarém, bħala parti mill-Portugall, huma impliċitament inklużi bħala żoni bi status ta’ ħieles mill-mard fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li r-reġjun ta’ Alentejo u d-distrett ta’ Santarém jiġu esklużi minn dik il-lista.

(9)

Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp. fil-muniċipalità ta’ Brändö fil-Gżejjer Åland. Il-Gżejjer Åland huma elenkati bħala żona bi status ta’ ħieles mill-mard fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Il-Finlandja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li, abbażi ta’ investigazzjoni epidemjoloġika, muniċipalitajiet oħra mhumiex affettwati minn dik it-tifqigħa. Jenħtieġ li l-muniċipalità ta’ Brändö titħassar mil-lista ta’ żoni bi status ta’ ħieles mill-mard.

(10)

Id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat reċenti tal-marda akkwatika nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) fiż-żoni tal-magħqad tal-ilma ta’ Varde Å, Kolding Å, kif ukoll fil-lag tas-sajd rikreattiv Hove Kalkgrav. Dawn iż-żoni bħalissa huma inklużi fit-territorju tad-Danimarka li huwa elenkat bħala ħieles mill-mard fil-Parti I tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness XIII tiġi emendata biex teskludi dawk iż-żoni infettati mit-territorju ħieles mill-mard tad-Danimarka.

(11)

Il-Finlandja temmet b’suċċess programm ta’ eradikazzjoni tal-IHN li kien jinkludi kompartiment f’Ii, Kuivaniemi, u l-erba’ żoni ta’ Virmasvesi, Nilakka, Saarijarvi u Pielinen, u sussegwentement għamlet dikjarazzjoni ta’ ħelsien mill-mard f’konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, għal dak il-kompartiment u dawk iż-żoni. Għalhekk huwa xieraq li ma jibqgħux esklużi mit-territorju ħieles mill-IHN ta’ dak l-Istat Membru. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 tiġi emendata skont dan.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).


ANNESS

L-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

1.

fil-parti I tal-Anness II, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Spanja

Comunidad Autónoma de Canarias

Comunidad Autónoma de Galicia

Comunidad Autónoma del Principado de Asturias”

;

2.

fil-parti I tal-Anness VIII, l-entrata għal Spanja hija modifikata kif ġej:

a.

iż-żoni li ġejjin jitħassru:

“Comunidad Autónoma de Islas Baleares”, “Provinċja ta’ Huelva, ir-reġjuni li ġejjin: Aracena (Sierra Oriental) u Cortegana (Sierra Occidental)”“Provinċja ta’ Sevilla, ir-reġjun li ġej: Cazalla de la Sierra (Sierra Norte)” fil-“Comunidad Autónoma de Andalucía”;

b.

l-entrata għal Comunidad Autónoma de Extremadura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Comunidad Autónoma de Extremadura, minbarra r-reġjuni li ġejjin: Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra fil-provinċja ta’ Badajoz”;

3.

fil-Parti I tal-Anness VIII, l-entrata għall-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Portugall

It-territorju kollu, minbarra r-reġjuni ta’ Algarve u Alentejo u d-distrett ta’ Santarém fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo”

;

4.

Fl-Anness IX, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Finlandja

Il-Gżejjer Åland, minbarra l-muniċipalità ta’ Brändö”

;

5.

fil-Parti I tal-Anness XIII, l-entrata għad-Danimarka hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Id-Danimarka

It-territorju kollu, minbarra ż-żona madwar Hove Kalkgrav sa distanza ta’ 1 km miċ-ċentru tal-lagi u ż-żoni tal-magħqad tal-ilma ta’ Rohden Å, Sneum Å, Vidå, Lindenborg Å, Århus Å, Varde Å, Kolding Å”

;

6.

fil-Parti I tal-Anness XIII, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Finlandja

It-territorju kollu, minbarra l-kompartiment kostali magħmul mill-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Föglö, Lumparland, Lemland, u Vårdö f’ċirku b’radjus ta’ 11,466 kilometri li ċ-ċentru tiegħu jinsab fuq WGS84 fil-koordinati Lat 60,013565060°, Lon 20,317617393°”

.


Top