EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1450

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1450 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 rigward il-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi akrinatrina u prokloraż (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/6454

OJ L 313, 6.9.2021, p. 25–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1450/oj

6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1450

tat-3 ta’ Settembru 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 rigward il-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi akrinatrina u prokloraż

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi akrinatrina u prokloraż ġew estiżi mill-31 ta’ Diċembru 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/291 (3).

(3)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati tressqu f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4). Iżda l-applikanti kkonfermaw li ma għadhomx isostnu l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi akrinatrina u prokloraż.

(4)

Meta jitqies l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-estensjonijiet tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi, previsti fir-Regolament (UE) 2019/291, ma għadhomx ġustifikati. Għaldaqstant jixraq li jiġi previst li l-approvazzjonijiet tal-akrinatrina u tal-prokloraż jiskadu fid-dati meta kellhom jiskadu mingħajr l-estensjonijiet.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/291 tad-19 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, akrinatrina, ażossistrobina, fluważifop p, fluroksipir, imażalil, kreżoksim-metil, ossifluworfen, prokloraż, proeżadjon, spiroksamina, teflutrin u terbutilażina (ĠU L 48, 20.2.2019, p. 17).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Akrinatrina fis-sitt kolonna tar-ringiela 19, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2021”;

(2)

id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Prokloraż fis-sitt kolonna tar-ringiela 20, hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2021”;


Top