EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1446

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1446 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jikkoreġi r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) Nru 563/2014 rigward in-numru CAS tas-sustanza attiva idroklorur tal-kitosan (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/6448

OJ L 313, 6.9.2021, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1446/oj

6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1446

tat-3 ta’ Settembru 2021

li jikkoreġi r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) Nru 563/2014 rigward in-numru CAS tas-sustanza attiva idroklorur tal-kitosan

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2014 (2) approva s-sustanza attiva idroklorur tal-kitosan u daħħalha fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3).

(2)

Wara li daħal fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 563/2014, ġie nnutat żball li jikkonċerna n-numru CAS (Chemical Abstracts Number of the American Chemical Society) użat għas-sustanza attiva idroklorur tal-kitosan fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 563/2014.

(3)

In-numru CAS huwa identifikatur uniku tas-sustanzi kimiċi li jintuża wkoll għall-identifikazzjoni tas-sustanzi attivi li jintużaw għall-protezzjoni tal-pjanti; jintuża bħala referenza għas-sustanzi kimiċi b’mod ġenerali għall-iskop tal-attivitajiet kummerċjali u regolatorji u mhuwiex limitat biss għas-sustanzi li hemm preżenti fil-pestiċidi.

(4)

Il-kolonna dwar l-isem komuni u n-numri ta’ identifikazzjoni ssemmi “Idroklorur tal-kitosan Nru CAS: 9012-76-4”. Madankollu, in-numru CAS 9012-76-4 huwa assenjat lis-sustanza kitosan, filwaqt li l-idroklorur tal-kitosan għandu n-numru CAS 70694-72-3. Għalhekk, peress li tista’ tinħoloq konfużjoni dwar l-identità tas-sustanza fil-ġestjoni u l-kummerċ tas-sustanzi kimiċi, tinħtieġ korrezzjoni tan-numru CAS imsemmi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 563/2014 u b’hekk, anki fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jiġu sostitwiti l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 563/2014 u l-entrata rilevanti fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011.

(6)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet tal-infurzar, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 563/2014

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 563/2014 huwa kkoreġut skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa kkoreġut skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2014 tat-23 ta’ Mejju 2014 li japprova s-sustanza bażika idroklorur tal-kitosan, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 156, 24.5.2014, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 563/2014 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Idroklorur tal-kitosan

Nru CAS: 70694-72-3

Ma japplikax

Farmakopea Ewropea

Kontenut massimu ta’ metalli tqal: 40 ppm

fl-1 ta’ Lulju 2014

L-idroklorur tal-kitosan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011  (3).

L-idroklorur tal-kitosan jista’ jintuża f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-idrokolur tal-kitosan (SANCO/12388/2013) u b’mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta’ Marzu 2014.


(1)  Fir-rapport ta’ rieżami jinsabu aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika.

(2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.”


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-entrata 2 dwar l-idroklorur tal-kitosan hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“2

Idroklorur tal-kitosan

Nru CAS: 70694-72-3

Ma japplikax

Farmakopea Ewropea

Kontenut massimu ta’ metalli tqal: 40 ppm

fl-1 ta’ Lulju 2014

L-idroklorur tal-kitosan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u mar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

L-idroklorur tal-kitosan jista’ jintuża f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-idrokolur tal-kitosan (SANCO/12388/2013) u b’mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta’ Marzu 2014.


(1)  Fir-rapport ta’ rieżami jinsabu aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika.”


Top