EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1418
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/1418 of 23 June 2021 amending Delegated Regulation (EU) No 640/2014 as regards penalty rules under animal aid schemes or animal-related support measures
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1418 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar il-penali fil-qafas tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1418 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar il-penali fil-qafas tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali
C/2021/4462
OJ L 305, 31.8.2021, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1418
tat-23 ta’ Ġunju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar il-penali fil-qafas tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63(4), 64(6) u 77(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 31(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (2), kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/841 (3), jipprevedi li l-ammont totali ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li huwa intitolat għalih il-benefiċjarju għandu jitħallas abbażi tal-għadd ta’ annimali determinati f’konformità mal-Artikolu 30(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014, dment li ma jinstabx li jkun hemm iżjed minn tliet annimali mhux determinati u li l-annimali mhux determinati jkunu jistgħu jiġu identifikati individwalment bi kwalunkwe wieħed mill-mezzi previsti fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali kif iddefinit fil-punt (7) tal-Artikolu 2(1), ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-identifikazzjoni individwali tal-annimali ma tikkonċernax speċijiet ta’ annimali għajr l-annimali bovini, ovini u kaprini. Barra minn hekk, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 jipprevedi li l-penali amministrattiva tiġi applikata biss jekk ikun hemm iżjed minn tliet annimali mhumiex determinati, mingħajr ma ssir referenza għall-każ ta’ tliet annimali bovini, ovini u kaprini jew inqas mhux determinati u li ma jistgħux jiġu identifikati individwalment bi kwalunkwe wieħed mill-mezzi previsti fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali. |
(2) |
B’riżultat ta’ dan, it-tieni kundizzjoni li tinsab fl-Artikolu 31(1)(b) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 teskludi mid-deroga dwar l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi, l-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr l-annimali bovini, ovini u kaprini li jridu jkunu koperti mir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014. |
(3) |
Għalhekk jixraq li l-punt (b) tal-Artikolu 31(1), tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 jiġi fformulat mill-ġdid b’tali mod li r-rekwiżit ta’ identifikazzjoni individwali japplika biss għall-annimali bovini, ovini u kaprini. |
(4) |
L-Artikolu 31(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 ma jipprovdi l-ebda penali għal każijiet meta jkun hemm massimu ta’ tliet annimali bovini, ovini u kaprini mhux determinati li ma jistgħux jiġu identifikati individwalment. Dan ifisser li dawk l-annimali jkunu tilfu l-identità u t-traċċabbiltà tagħhom minn kwalunkwe sors tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali. Dan iwassal għal sitwazzjoni fejn nuqqasijiet ta’ konformità inqas serji, ibbażati biss fuq l-għadd ta’ annimali mhux determinati, jirriżultaw f’penali, filwaqt li nuqqasijiet ta’ konformità li huma aktar serji minħabba li jikkonċernaw annimali (bovini, ovini u kaprini) li ma jistgħux jiġu identifikati, ma jkollhomx konsegwenzi. |
(5) |
Għalhekk, jixraq ukoll li jiġu previsti penali amministrattivi għan-nuqqasijiet ta’ konformità aktar serji fejn l-annimali bovini, ovini u kaprini mhux determinati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment bi kwalunkwe wieħed mill-mezzi previsti fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, ikun xi jkun l-għadd tagħhom. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
B’mod analogu mar-Regolament Delegat (UE) 2021/841, dan ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ u tat-talbiet għall-pagament sottomessi għas-snin tat-talba jew għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 huwa emendat kif ġej:
(a) |
il-punt (b) tal-paragrafu 1, huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(b) |
fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Fil-każ li jkun hemm aktar minn tliet annimali mhux determinati jew fil-każ ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini mhux determinati li ma jistgħux jiġu identifikati individwalment bi kwalunkwe wieħed mill-mezzi previsti fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, l-ammont totali ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li għalih huwa intitolat il-benefiċjarju fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ jew it-tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ tali miżura ta’ appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għas-sena tat-talba kkonċernata għandu jitnaqqas bi:’. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ u tat-talbiet għall-pagament sottomessi għas-snin tat-talba jew għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/841 tad-19 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta’ penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali (ĠU L 186, 27.5.2021, p. 12).