EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1059

Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

PE/49/2021/INIT

OJ L 231, 30.6.2021, p. 94–158 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1059/oj

30.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/94


REGOLAMENT (UE) 2021/1059 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Ġunju 2021

dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 178, l-Artikoli 209(1) u 212(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa intiż sabiex jgħin jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Taħt dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u tar-ritard tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom hemm ċerti kategoriji ta' reġjuni li għandhom jingħataw attenzjoni partikolari, inkluż riferiment speċifiku għal reġjuni transkonfinali.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tal-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (“Interreg”) fejn Stat Membru wieħed jew aktar u r-reġjuni tagħhom u, fejn rilevanti, pajjiżi sħab u pajjiżi terzi jikkooperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta' programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll u ġestjoni finanzjarja.

(3)

Il-promozzjoni tal-Interreg hija prijorità ewlenija tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni. L-appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-ispejjeż imġarrba fil-proġetti tal-Interreg diġà għandu eżenzjoni ta' kategorija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (6) u hemm inklużi wkoll dispożizzjonijiet speċjali relattivament għall-għajnuna reġjonali għal investimenti minn intrapriżi ta' kull daqs fit-taqsima tal-għajnuna reġjonali tal-GBER u fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 tal-Kummissjoni. B'kont meħud tat-30 sena ta' esperjenza miksuba, u minħabba l-valur finanzjarju baxx tal-proġetti u l-probabbiltà li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni minn naħa waħda, u l-valur miżjud għoli li l-programmi eżistenti jagħtu lill-koeżjoni territorjali fl-Ewropa min-naħa l-oħra, il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-finanzjament pubbliku għall-proġetti tal-KTE mistenni li jiġi ċċarat aktar permezz ta' emendar futur tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, u b'hekk il-finanzjament pubbliku tal-proġetti tal-Interreg ikun ġeneralment eżentat mill-obbligu ta' notifika minn qabel u l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti tkun iffaċilitata ħafna.

(4)

Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transkonfinali, il-kooperazzjoni tranżnazzjonali, il-kooperazzjoni interreġjonali u l-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi taħt l-għan tal-Interreg. Fil-proċess, jenħtieġ li jittieħed kont tal-prinċipji ta' sħubija u governanza f'diversi livelli, filwaqt li jiġi żgurat li tibqa' effettiva l-iskala ta' sħubija għal programm.

(5)

B’riflessjoni tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima konformement mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u sabiex jitwettqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu lejn l-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta' mira ġenerali ta' 30 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-objettivi relatati mal-klima. F’dak il-kuntest jenħtieġ li l-Fondi jappoġġaw azzjonijiet li jirrispettaw il-klima u l-istandards ambjentali u li ma jagħmlu ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(6)

Il-fergħa tal-kooperazzjoni transkonfinali jenħtieġ li jkollha l-għan li tittratta l-isfidi komuni identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta' tkabbir mhux sfruttat f'żoni tal-fruntieri kif jidher fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2017 intitolata "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" ("Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri"). Bħala riżultat, jenħtieġ li l-oqsma tal-programm għall-kooperazzjoni transkonfinali jiġu identifikati bħala dawk ir-reġjuni u ż-żoni fil-fruntiera jew li huma separati b'massimu ta' 150 km ta' baħar fejn tista' sseħħ interazzjoni transkonfinali b'mod effettiv jew li fihom jistgħu jiġu identifikati żoni funzjonali, mingħajr preġudizzju għal aġġustamenti meħtieġa sabiex ikunu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-oqsma tal-programm ta' kooperazzjoni.

(7)

Il-fergħa tal-kooperazzjoni transkonfinali jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar jew ir-reġjuni tagħhom, u pajjiż jew reġjun wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f'dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transkonfinali interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f'simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

(8)

Il-fergħa tal-kooperazzjoni tranżnazzjonali jenħtieġ li jkollha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-Unjoni, b'rispett sħiħ tas-sussidjarjetà. Il-kooperazzjoni tranżnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni u madwar il-baċiri tal-baħar bi flessibbiltà massima biex ikunu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-programmi ta' kooperazzjoni, inkluż kooperazzjoni transkonfinali marittima esterna preċedenti fi ħdan qafas ta' kooperazzjoni marittima akbar, b'mod partikolari permezz tad-definizzjoni tat-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal sħubija ta' proġett u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti sottoprogrammi u kumitati ta' tmexxija speċifiċi.

(9)

Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transkonfinali u tranżnazzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ fergħat fi programm wieħed għal kull qasam ta' kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji, jenħtieġ li tiġi stabbilita fergħa speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex ir-reġjuni ultraperiferiċi jkunu jistgħu jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat u t-territorji tagħhom bl-aktar mod effettiv u sempliċi. Taħt dik il-fergħa, jistgħu jinħarġu sejħiet għal proposti għal finanzjament kombinat taħt il-FEŻR, l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (l-“NDICI”, Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument) stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea (OAD, Overseas Association Decision) stabbilita bħala d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (9), permezz ta' modi ta' ġestjoni li għandhom jiġu miftiehma bejn l-Istati Membri u r-reġjuni l-pajjiżi terzi parteċipanti.

(10)

Fuq il-bażi tal-esperjenza mill-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali taħt l-Interreg, jenħtieġ li l-fergħa tal-kooperazzjoni interreġjonali tiffoka fuq it-titjib tal-effettività tal-politika ta' koeżjoni permezz ta' erba' programmi speċifiċi: programm biex jippermetti l-iskambju ta' esperjenzi, approċċi innovattivi u bini ta' kapaċità li jiffukaw fuq l-objettivi ta’ politika u l-objettiv speċifiku għall-Interreg "governanza aħjar tal-kooperazzjoni", b'rabta mal-identifikazzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' prattiki tajbin f'politiki ta' żvilupp reġjonali inkluż programmi tal-mira Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir; programm għall-iskambju ta' esperjenzi u bini tal-kapaċità fir-rigward tal-identifikazzjoni, it-trasferiment u l-kapitalizzazzjoni ta' prattiki tajbin dwar żvilupp urban integrat u sostenibbli, b'kont meħud tar-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali inkluż l-appoġġ għal azzjonijiet żviluppati fil-qafas tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1058, li jikkumplimentaw, u li jkunu koordinati ma’, l-inizjattiva deskritta fl-Artikolu 12 tiegħu; programm għall-iskambju ta' esperjenzi, approċċi innovattivi u ta' bini ta' kapaċità bil-ħsieb tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni ta' programmi Interreg, tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' azzjonijiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-punt (d) (vi) tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060; u ta’ appoġġ għall-istabbiliment, il-funzjonament u l-użu ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali ("REKT") stabbiliti jew li ser jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) kif ukoll strateġiji makroreġjonali; u programm biex itejjeb l-analiżi tax-xejriet tal-iżvilupp. L-erba' programmi fil-qafas tal-fergħa tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi.

(11)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi komuni għad-deżinjazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dak il-għan, l-identifikazzjoni ta' reġjuni u żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(12)

Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta' benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) stabbilit minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (ir-“Regolament tal-IPA III”), l-NDICI u l-OAD jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transkonfinali (CBC, cross-border cooperation), il-kooperazzjoni tranżnazzjonali, il-kooperazzjoni interreġjonali u l-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-fondi tal-IPA III allokati għall-kooperazzjoni transkonfinali ('IPA III-CBC') u l-fondi tal-NDICI allokati għall-kooperazzjoni transkonfinali għaż-żona ġeografika tal-viċinat (‘NDICI-CBC’), l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkomplementat b'tal-anqas ammonti ekwivalenti taħt l-IPA III-CBC u l-NDICI-CBC, soġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv.

(13)

L-assistenza tal-IPA III hija maħsuba biex tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji tal-IPA III biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll l-iżvilupp reġjonali u lokali. L-assistenza tal-IPA hija maħsuba biex tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transkonfinali kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA III hija maħsuba biex tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

(14)

Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi tal-viċinat, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta' prosperità u ta' relazzjonijiet tajbin mal-ġirien, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-kooperazzjoni. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jappoġġa l-aspetti interni u esterni ta’ strateġiji makroreġjonali rilevanti. Dawk l-inizjattivi huma strateġikament importanti u joffru oqfsa politiċi sinifikattivi għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u fosthom, abbażi tal-prinċipji ta' responsabbiltà reċiproka, sjieda u responsabbiltà kondiviżi.

(15)

Huwa importanti li jkompli jiġi osservat ir-rwol tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (12) u dak tal-Kummissjoni fit-tħejjija tal-programmazzjoni strateġika u tal-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI.

(16)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw it-titjib tal-kundizzjonijiet biex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (‘PTEE’) u ma' pajjiżi terzi, filwaqt li titqies il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2017 intitolata "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE". Jenħtieġ li jkun possibbli li din il-kooperazzjoni titwettaq fi sħubija mill-qrib mal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni u l-kooperazzjoni.

(17)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà li l-PTEE jipparteċipaw fil-programmi Interreg. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-PTEE sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni effettivi tagħhom.

(18)

Jeħtieġ li jiġu stipulati r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-fergħat differenti tal-Interreg, inkluż is-sehem ta' kull Stat Membru fl-ammonti globali għall-kooperazzjoni transkonfinali, il-kooperazzjoni tranżnazzjonali, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawk il-fergħat.

(19)

Għall-aktar użu effiċjenti tal-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun stabbilit mekkaniżmu sabiex jiġi organizzat ir-ritorn ta' dan l-appoġġ f'każijiet fejn il-programmi ta' kooperazzjoni esterna ma jkunux jistgħu jiġu adottati jew ikollhom jitwaqqfu, inkluż ma' pajjiżi terzi li ma jirċievu appoġġ minn ebda strument finanzjarju tal-Unjoni. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jfittex jikseb funzjonament ottimali tal-programmi u l-koordinazzjoni massima possibbli bejn dawk l-istrumenti.

(20)

Il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxi, taħt l-Interreg, għall-objettivi speċifiċi taħt l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni. Madankollu, il-lista tal-objettivi speċifiċi taħt l-objettivi ta' politika differenti jenħtieġ li jkunu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Interreg sabiex ikunu possibbli interventi tat-tip FSE, skont il-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) permezz ta' azzjonijiet konġunti taħt il-programmi Interreg.

(21)

Fil-kuntest taċ-ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u bl-għan li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transkonfinali PEACE-PLUS għandu jkompli u jibni fuq il-ħidma ta' programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn dak il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni soċjali, ekonomiċi u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dak il-programm, jenħtieġ li dan jiġi ġestit b'mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit f’dak il-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta' operazzjonijiet f'dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dak il-programm b'rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

(22)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għall-Interreg: objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali, tittejjeb il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b'mod partikolari fejn hija marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, tinbena fiduċja reċiproka, b'mod partikolari billi jitħeġġu azzjonijiet bejn il-persuni; u t-tieni objettiv li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' kooperazzjoni fis-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-migrazzjoni.

(23)

Il-biċċa l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' objettivi ta' politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-Interreg. Jenħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-fergħat.

(24)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emendar tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060. Dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jinżammu sempliċi u ċari biex tkun evitata regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv addizzjonali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji.

(25)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar is-sħubija fil-qafas tal-operazzjoni tal-Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Jenħtieġ li s-sħab tal-Interreg jikkooperaw fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni kif ukoll fil-qasam tal-persunal jew tal-finanzjament jew tat-tnejn, u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tnejn minn erbgħa minn dawn id-dimensjonijiet tal-kooperazzjoni, peress li għandu jkun aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-livell kemm tal-programmi kif ukoll tal-operazzjonijiet.

(26)

Fil-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira huma strument importanti u ta' suċċess, b'valur miżjud Ewropew għoli, li jneħħu l-ostakli ta' mal-fruntiera u transkonfinali, irawmu l-kuntatti bejn il-persuni lokalment, u jqarrbu r-reġjuni ta' mal-fruntiera u ċ-ċittadini tagħhom lejn xulxin. S’issa huma kienu appoġġati permezz ta' fondi għal proġetti żgħar jew strumenti simili, għalkemm qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi, u għalhekk kien meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirrigwardaw dawk il-fondi. Sabiex jiġu ppreservati l-valur miżjud u l-vantaġġi tal-proġetti bejn il-persuni u tal-proġetti fuq skala żgħira, anke fir-rigward tal-iżvilupp lokali u reġjonali, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta' proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta' kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta' għażliet ta' kostijiet issimplifikati u ta' ammonti f'daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu.

(27)

Minħabba l-involviment ta' iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, inkluż għal punti ta' kuntatt reġjonali magħrufin ukoll bħala "antenni", li huma punti ta' kuntatt importanti għal dawk li jipproponu u jimplimentaw proġetti, u għaldaqstant jiffunzjonaw bħala linja diretta lejn is-segretarjati konġunti jew l-awtoritajiet rilevanti, iżda b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f'assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għall-ispejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-programmi Interreg b'appoġġ limitat mill-Unjoni jew programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali esterna jirċievu ċertu ammont minimu għal assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta' assistenza teknika effettiva inkluż għal uffiċċji ta' fergħat reġjonali ta' segretarjati konġunti u punti ta' kuntatt stabbiliti biex ikunu eqreb lejn benefiċjarji u sħab potenzjali.

(28)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (14), jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati l-piż amministrattiv, b'mod partikolari għall-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-finanzjament fil-prattika.

(29)

Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jenħtieġ li titkompla s-sistema li introduċiet ġerarkija ċara tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa filwaqt li jinżamm il-prinċipju tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbilit fil-livell tal-Unjoni u għal programm Interreg fl-intier tiegħu sabiex jiġu evitati l-kontradizzjonijiet jew l-inkonsistenzi kollha possibbli bejn regolamenti differenti jew bejn il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. Regoli addizzjonali adottati minn Stat Membru wieħed li jkunu japplikaw biss għall-benefiċjarji f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu strett. B'mod partikolari, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 (15), adottat għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jiġi integrat f'dan ir-Regolament.

(30)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa jassenjaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni lil REKT jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transkonfinali oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta' sottoprogramm, investiment territorjali integrat jew fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġi stabbilit korp legali transkonfinali, inklużi ewroreġjuni, u li dan ikollu personalità ġuridika skont il-liġi ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti, u għandha tintlaqa' l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali mill-pajjiżi parteċipanti kollha.

(31)

Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb ewlieni permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta' kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb ewlieni, sakemm dan ikun jirriżulta f'tariffi doppji għall-konverżjoni f'euro u lura f'muniti oħra jew viċi versa bejn is-sieħeb ewlieni u s-sħab l-oħra. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sieħeb ewlieni jenħtieġ li jiżgura li s-sħab l-oħrajn jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mill-fond rispettiv tal-Unjoni bis-sħiħ u fil-limitu ta' żmien maqbul mis-sħab kollha u skont l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni.

(32)

Skont l-Artikolu 63(9) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) (ir-''Regolament Finanzjarju'') ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi Interreg fir-rigward, b'mod partikolari, tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikati u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed.

(33)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta' irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta' ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta' Stati Membri, ta’ pajjiżi terzi, ta’ pajjiżi sħab jew tal-PTEE, fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, li jfisser li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fil-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f'każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta' ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll.

(34)

Sabiex japplika sett ta' regoli fil-biċċa l-kbira tiegħu komuni kemm fl-Istati Membri parteċipanti kif ukoll f'pajjiżi terzi parteċipanti, pajjiżi sħab jew PTTE parteċipanti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, ħlief jekk regoli speċifiċi ma jkunux stabbiliti f'kapitolu speċifiku ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-programm Interreg jistgħu jikkorrispondu għal awtoritajiet kompetenti oħrajn f'pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE. Il-punt ta' tluq għall-eliġibbiltà tal-infiq jenħtieġ li jkun marbut mal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament mill-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE rilevanti. L-akkwist għall-benefiċjarji fil-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jenħtieġ li jsegwi r-regoli dwar l-akkwist estern previsti fir-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' finanzjament ma' kull wieħed mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE kif ukoll ftehimiet bejn l-awtorità ta' ġestjoni u kull wieħed mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni jew fil-każ ta' trasferiment ta' kontribuzzjoni addizzjonali minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE lill-programm Interreg minbarra l-kofinanzjament nazzjonali.

(35)

Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li jkun possibbli li l-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tiġi implimentata taħt ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment taħt ġestjoni indiretta.

(36)

Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 bi proġetti infrastrutturali kbar fil-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), il-proċeduri jenħtieġ li jkunu ssimplifikati. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm ċerti drittijiet li jikkonċernaw l-għażla ta' tali proġetti.

(37)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta u temenda l-listi ta' oqsma tal-programmi Interreg li jenħtieġ li jirċievu appoġġ u l-lista tal-ammont globali tal-appoġġ mill-Unjoni għal kull programm Interreg. Jenħtieġ li jingħataw ukoll setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta id-dokumenti tal-istrateġija pluriennali għal programmi Interreg appoġġati minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Minkejja li dawk l-atti huma ta' natura ġenerali, jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva billi huma jimplimentaw biss id-dispożizzjonijiet b'mod tekniku. Fejn applikabbli, id-dokumenti tal-istrateġija pluriennali għal programmi Interreg appoġġati minn strument finanzjarju estern jenħtieġ li jirrispettaw ukoll il-proċedura stabbilita fir-Regolament tal-IPA III u fir-Regolament (UE) 2021/947.

(38)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tal-programmi Interreg u tal-emendi tagħhom, jenħtieġ li jiġu mogħtija setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, fejn applikabbli, il-programmi Interreg transkonfinali esterna jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri ta’ kumitat stabbiliti taħt ir-Regolament tal-IPA III u r-Regolament (UE) 2021/947 fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' dawk il-programmi.

(39)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(40)

Minħabba li dan ir-Regolament huwa maħsub li jiġi adottat wara li jibda l-perijodu ta’ programmazzjoni, u b’kont meħud tal-ħtieġa li l-implimentazzjoni tal-Interreg issir b’mod ikkoordinat u armonizzat, kif ukoll sabiex l-implimentazzjoni tiegħu ssir malajr, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(41)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

WERREJ

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U FERGĦAT TAL-INTERREG

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Artikolu 3

Fergħat tal-Interreg

TAQSIMA II

KOPERTURA ĠEOGRAFIKA

Artikolu 4

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni transkonfinali

Artikolu 5

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali

Artikolu 6

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali

Artikolu 7

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi

Artikolu 8

Lista ta' żoni tal-programm Interreg li għandhom jirċievu appoġġ

TAQSIMA III

RIŻORSI U RATI TA' KOFINANZJAMENT

Artikolu 9

Riżorsi tal-FEŻR għall-programmi Interreg

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet bejn il-fondi

Artikolu 11

Lista tar-riżorsi tal-programm Interreg

Artikolu 12

Ritorn tar-riżorsi u twaqqif

Artikolu 13

Rati ta' kofinanzjament

KAPITOLU II

OBJETTIVI SPEĊIFIĊI GĦALL-INTERREG U KONĊENTRAZZJONI TEMATIKA

Artikolu 14

Objettivi speċifiċi għall-Interreg

Artikolu 15

Konċentrazzjoni tematika

KAPITOLU III

PROGRAMMAZZJONI

TAQSIMA I

TĦEJJIJA, APPROVAZZJONI U EMENDAR TAL-PROGRAMMI INTERREG

Artikolu 16

Tħejjija u preżentazzjoni tal-programmi Interreg

Artikolu 17

Kontenut tal-programmi Interreg

Artikolu 18

Approvazzjoni tal-programmi Interreg

Artikolu 19

Emendar tal-programmi Interreg

TAQSIMA II

ŻVILUPP TERRITORJALI

Artikolu 20

Żvilupp territorjali integrat

Artikolu 21

Żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

TAQSIMA III

OPERAZZJONIJIET, U FONDI GĦAL PROĠETTI ŻGĦAR

Artikolu 22

Għażla tal-operazzjonijiet Interreg

Artikolu 23

Sħubija fl-operazzjonijiet Interreg

Artikolu 24

Appoġġ għal proġetti ta' volum finanzjarju limitat

Artikolu 25

Fondi għal proġetti żgħar

Artikolu 26

Kompiti tas-sieħeb ewlieni

TAQSIMA IV

ASSISTENZA TEKNIKA

Artikolu 27

Assistenza teknika

KAPITOLU IV

Monitoraġġ, evalwazzjoni u komunikazzjoni

TAQSIMA I

MONITORAĠĠ

Artikolu 28

Kumitat ta' monitoraġġ

Artikolu 29

Kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ

Artikolu 30

Funzjonijiet tal-kumitat ta' monitoraġġ

Artikolu 31

Rieżami

Artikolu 32

Trażmissjoni ta' data

Artikolu 33

Rapport finali dwar il-prestazzjoni

Artikolu 34

Indikaturi għall-programmi Interreg

TAQSIMA II

EVALWAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

Artikolu 35

Evalwazzjoni matul il-perjodu ta' programmazzjoni

Artikolu 36

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u tas-sħab fir-rigward tat-trasparenza u l-komunikazzjoni

KAPITOLU V

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 37

Regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa

Artikolu 38

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà ta' kategoriji tal-ispiża

Artikolu 39

Spejjeż tal-persunal

Artikolu 40

Spejjeż għall-uffiċċju u spejjeż amministrattivi

Artikolu 41

Spejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni

Artikolu 42

Spejjeż għal għarfien espert estern u għal servizzi esterni

Artikolu 43

Spejjeż ta’ tagħmir

Artikolu 44

Spejjeż għall-infrastruttura u għal xogħlijiet

KAPITOLU VI

AWTORITAJIET TAL-PROGRAMM INTERREG, IL-ĠESTJONI, IL-KONTROLL U L-AWDITJAR

Artikolu 45

Awtoritajiet ta' programm Interreg

Artikolu 46

Funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni

Artikolu 47

Il-funzjoni tal-kontabbiltà

Artikolu 48

Funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar

Artikolu 49

Awditjar tal-operazzjonijiet

KAPITOLU VII

ĠESTJONI FINANZJARJA

Artikolu 50

Impenji baġitarji

Artikolu 51

Pagamenti u prefinanzjament

Artikolu 52

Irkupri

KAPITOLU VIII

PARTEĊIPAZZJONI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PAJJIŻI SĦAB, PTEE, JEW ORGANIZZAZZJONIJIET TA' INTEGRAZZJONI U KOOPERAZZJONI REĠJONALI FI PROGRAMMI INTERREG TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 53

Dispożizzjonijiet applikabbli

Artikolu 54

Awtoritajiet ta' programmi Interreg u l-funzjonijiet tagħhom

Artikolu 55

Metodi ta' ġestjoni

Artikolu 56

Eliġibbiltà

Artikolu 57

Proġetti infrastrutturali kbar

Artikolu 58

Akkwist

Artikolu 59

Konklużjoni ta' ftehimiet ta' finanzjament taħt ġestjoni kondiviża

Artikolu 60

Kontribuzzjoni ta' pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ħlief kofinanzjament

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ĠESTJONI INDIRETTA

Artikolu 61

Kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 62

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 63

Proċedura ta' Kumitat

Artikolu 64

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 65

Dħul fis-seħħ

ANNESS

Il-mudell għall-Programmi Interreg

Mappa

Mappa taż-żona tal-programm

Appendiċi 1

Kontribuzzjoni tal-Unjoni abbażi ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa u rati fissi

Appendiċi 2

Kontribuzzjoni tal-Unjoni abbażi ta' finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

Appendiċi 3

Lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika bi skeda ta' żmien

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u fergħat tal-Interreg

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (“Interreg”) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom ġewwa l-Unjoni u bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni tagħhom u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata programmazzjoni effettiva inkluż fuq assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll ġestjoni finanzjarja tal-programmi taħt l-Interreg ("programmi Interreg") appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).

Fir-rigward ta' appoġġ mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III), l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI, Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument) u l-finanzjament għall-PTEE kollha għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 stabbilit bħala programm mid-Deċiżjoni 2013/755/UE (flimkien imsejħin l-"istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni") għall-programmi Interreg, dan ir-Regolament jistabbilixxi objettivi speċifiċi addizzjonali kif ukoll l-integrazzjoni ta' dawk il-fondi fi programmi Interreg, il-kriterji għall-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE u r-reġjuni tagħhom biex ikunu eliġibbli u ċerti regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi.

Fir-rigward tal-appoġġ mill-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni (imsejħa b'mod konġunt "il-fondi Interreg") lill-programmi Interreg, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi speċifiċi għall-Interreg kif ukoll l-organizzazzjoni tal-Interreg, il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, u l-PTEE u r-reġjuni tagħhom, ir-riżorsi finanzjarji, u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom.

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 u r-Regolament (UE) 2021/1058 għandhom japplikaw għall-programmi Interreg, ħlief fejn speċifikament previst mod ieħor taħt dawk ir-Regolamenti u dan ir-Regolament jew fejn ir-Regolament (UE) 2021/1060 jkun jista’ japplika biss għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:

(1)

"benefiċjarju tal-IPA III" tfisser pajjiż jew territorju elenkat fl-anness rilevanti tar-Regolament tal-IPA III;

(2)

"pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru u li ma jirċevix appoġġ minn fondi Interreg jew li jikkontribwixxi għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-“baġit tal-Unjoni”) permezz ta' dħul assenjat estern;

(3)

"pajjiż sieħeb" tfisser benefiċjarju tal-IPA III jew pajjiż jew territorju kopert, għall-programmi Interreg A u B, miż-żona tal-Viċinat elenkata fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/947 u jew il-Federazzjoni Russa, jew għall-programmi Interreg C u D, pajjiż jew territorju kopert minn kwalunkwe żona ġeografika taħt l-NDICI, u li jirċievi appoġġ mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni;

(4)

"entità legali transkonfinali" tfisser entità legali stabbilita skont il-liġi ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg dment li din tiġi stabbilita minn awtoritajiet territorjali jew minn korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

(5)

"organizzazzjoni ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali" tfisser, fil-kuntest tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, grupp ta' pajjiżi terzi jew reġjuni fl-istess żona ġeografika li għandhom l-għan li jikkooperaw mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' interess komuni, u li jistgħu jiffurmaw parti minnha anki l-Istati Membri.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, fejn ir-Regolament (UE) 2021/1060 jirreferi għal "Stat Membru", dan għandu jinftiehem li jfisser "l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni" u fejn dak ir-Regolament jirreferi għal "Kull Stat Membru" jew "Stati Membri", dan għandu jinftiehem li jfisser "l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg partikolari".

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, fejn ir-Regolament (UE) 2021/1060 jirreferi għal "il-Fondi" kif elenkat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament jew għar-Regolament (UE) 2021/1058, dan għandu jinftiehem li jfisser li jkopru wkoll l-istrument ta' finanzjament estern rispettiv tal-Unjoni.

Artikolu 3

Fergħat tal-Interreg

Taħt l-Interreg, il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jappoġġaw il-fergħat li ġejjin:

(1)

il-kooperazzjoni transkonfinali bejn reġjuni kontigwi biex ikun promoss l-iżvilupp reġjonali integrat u armonjuż bejn reġjuni tal-fruntieri tal-art u dawk marittimi ġirien (“Interreg A”):

(a)

il-kooperazzjoni transkonfinali interna bejn reġjuni kontigwi tal-fruntiera ta' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni kontigwi tal-fruntiera ta' mill-anqas Stat Membru wieħed u ta' pajjiż terz wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 4(2); jew

(b)

il-kooperazzjoni transkonfinali esterna, bejn reġjuni kontigwi tal-fruntieri ta' mill-anqas Stat Membru wieħed u ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

il-benefiċjarji tal-IPA III;

(ii)

il-pajjiżi sħab appoġġati mill-NDICI; jew

(iii)

il-Federazzjoni Russa, bil-għan li tkun faċilitata l-parteċipazzjoni tagħha f'kooperazzjoni transkonfinali appoġġata wkoll mill-NDICI;

(2)

il-kooperazzjoni tranżnazzjonali fuq territorji tranżnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u f'PTEE, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' integrazzjoni territorjali (“Interreg B”);

(3)

il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta' koeżjoni (“Interreg C”) bil-promozzjoni ta':

(a)

l-iskambju ta' esperjenzi, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità b'attenzjoni fuq objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-objettiv speċifiku għall-Interreg "governanza aħjar tal-kooperazzjoni", b'rabta mal-identifikazzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' prattiki tajbin f'politiki tal-iżvilupp reġjonali inkluż programmi tal-mira "Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir" (il-“programm Interreg Ewropa”);

(b)

l-iskambju ta' esperjenzi, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità b'rabta mal-identifikazzjoni, it-trasferiment u l-kapitalizzazzjoni ta' prattiki tajbin dwar żvilupp urban integrat u sostenibbli, b'kont meħud tar-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali, b'appoġġ għal azzjonijiet żviluppati fil-qafas tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1058 u filwaqt li jikkumplimentaw ukoll b'mod ikkoordinat mal-inizjattiva deskritta fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament (il-“programm URBACT”);

(c)

l-iskambju ta' esperjenzi, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità bil-ħsieb ta' (il-“programm INTERACT”):

(i)

l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni ta' programmi Interreg kif ukoll il-kontribut għall-kapitalizzazzjoni tar-riżultati tagħhom;

(ii)

l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni possibbli msemmija fil-punt (d) (vi) tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(iii)

l-appoġġ għall-istabbiliment, il-funzjonament u l-użu ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (REKT);

(d)

l-analiżi tax-xejriet tal-iżvilupp relatati mal-miri ta' koeżjoni territorjali (il-“programm ESPON”);

(4)

il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp armonjuż tagħhom fil-viċinat tagħhom (“Interreg D”).

TAQSIMA II

Kopertura ġeografika

Artikolu 4

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni transkonfinali

1.   Għall-kooperazzjoni transkonfinali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-Unjoni tal-livell NUTS 3 tul il-fruntieri tal-art interni u esterni kollha ma' pajjiżi terzi jew ma' pajjiżi sħab u r-reġjuni kollha tal-Unjoni tal-livell NUTS 3 tul il-fruntieri marittimi separati b'massimu ta' 150 kilometru baħar, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali meħtieġa biex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità taż-żoni tal-programmi ta' kooperazzjoni u fejn effettivament tista' sseħħ l-interazzjoni transkonfinali.

2.   Il-programmi Interreg ta' kooperazzjoni transkonfinali interna jistgħu jkopru reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll Andorra, il-Liechtenstein, Monaco u San Marino.

3.   Għall-kooperazzjoni transkonfinali esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tul il-fruntieri fuq l-art u marittimi kollha bejn l-Istati Membri u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali meħtieġa biex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta' żoni ġeografiċi tal-programm ta' kooperazzjoni.

Artikolu 5

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali

1.   Għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi li jkopru territorji tranżnazzjonali ikbar u b'kont meħud, fejn applikabbli, tal-istrateġiji makroreġjonali jew l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar.

2.   Fuq it-talba tal-Istat Membru ikkonċernat jew tal-Istati Membri kkonċernati mal-preżentazzjoni ta' programm ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali, dak il-programm jista' jinkludi wkoll reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Istati Membri kkonċernati.

3.   Il-kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-programmi tista' tkopri t-territorji li ġejjin, irrispettivament minn jekk humiex appoġġati jew le mill-baġit tal-Unjoni:

(a)

reġjuni fl-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit kif ukoll Andorra, il-Liechtenstein, Monaco u San Marino;

(b)

PTEE;

(c)

il-Gżejjer Faroe;

(d)

reġjuni ta' pajjiżi sħab skont l-IPA III jew l-NDICI.

4.   Ir-reġjuni, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew PTEE msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti.

Artikolu 6

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali

1.   Fir-rigward tal-kooperazzjoni interreġjonali, it-territorju kollu tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, għandu jkun appoġġat mill-FEŻR.

2.   Il-programmi ta' kooperazzjoni interreġjonali jistgħu jkopru t-territorju kollu ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u territorji oħrajn, jew xi parti minnhom, jew PTEE msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 7, irrispettivament minn jekk humiex appoġġati jew le mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

Artikolu 7

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi

1.   Għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni kollha elenkati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR.

2.   Il-programmi Interreg li jinvolvu r-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab jew partijiet minnhom appoġġati mill-NDICI jew PTEE appoġġati mill-Programm għall-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej (PTEE), jew it-tnejn li huma.

Artikolu 8

Lista ta' żoni tal-programm Interreg li għandhom jirċievu appoġġ

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 4 sa 7, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-lista ta' żoni tal-programm Interreg li għandhom jirċievu appoġġ, maqsuma għal kull fergħa u għal kull programm Interreg. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 63(2).

Il-programmi transkonfinali esterni għandhom jiġu elenkati bħala "programmi Interreg A IPA III-CBC" (IPA III-CBC) jew "programmi Interreg A NEXT" (NDICI-CBC).

2.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni kkunsidrati għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transkonfinali fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

3.   Ir-reġjuni ta' pajjiżi terzi jew sħab jew territorji barra mill-Unjoni li ma jirċevux appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, jew li jikkontribwixxu għall-baġit tal-Unjoni permezz ta' dħul assenjat estern, għandhom jissemmew ukoll fil-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

TAQSIMA III

Riżorsi u rati ta' kofinanzjament

Artikolu 9

Riżorsi tal-FEŻR għall-programmi Interreg

1.   Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-programmi Interreg għandhom jammontaw għal EUR 8 050 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 u stabbiliti fl-Artikolu 109(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

2.   Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a)

72,2 % (jiġifieri total ta' EUR 5 812 790 000) għall-kooperazzjoni transkonfinali fuq l-art u marittima (il-“fergħa A”));

(b)

18,2 % (jiġifieri total ta' EUR 1 466 000 000) għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali (il-“fergħa B”));

(c)

6,1 % (jiġifieri total ta' EUR 490 000 000) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-“fergħa C”));

(d)

3,5 % (jiġifieri total ta' EUR 281 210 000) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-“fergħa D”)).

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull Stat Membru s-sehem tiegħu fl-ammonti globali għall-fergħat A, B u D, skont il-metodoloġija prevista fil-punt 8 tal-Anness XXVI tar-Regolament (UE) 2021/1060, maqsum sena b'sena.

4.   Kull Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu għal kull waħda mill-fergħat A, B u D minn waħda minn dawk il-fergħat lil waħda jew aktar mill-oħrajn.

5.   Fuq il-bażi tal-ammonti kkomunikati skont il-paragrafu 3, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk u kif ikun uża l-opzjoni ta' trasferiment prevista fil-paragrafu 4 u d-distribuzzjoni riżultanti tas-sehem tiegħu fost il-programmi Interreg li l-Istat Membru jipparteċipa fihom.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet bejn il-fondi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dokumenti ta' strateġija pluriennali fir-rigward tal-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali esterni u tranżnazzjonali appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI, jew mill-FEŻR u l-IPA III, jew mill-FEŻR, l-NDICI u l-IPA III. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 63(2) ta’ dan ir-Regolament u, fejn adatt, b’rispett debitu għall-proċedura stabbilita fir-Regolament tal-IPA III.

Fir-rigward tal-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI, l-att ta' implimentazzjoni għandu jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2021/947.

Fir-rigward tal-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III, l-att ta' implimentazzjoni għandu jkopri wkoll, fejn rilevanti, il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji tal-IPA III jew tal-pajjiżi sħab fil-programmi Interreg C u D.

2.   Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR għall-programmi Interreg transkonfinali esterni li jridu jiġu appoġġati wkoll mill-pakkett finanzjarju taħt l-IPA III-CBC jew mill-pakkett finanzjarju taħt l-NDICI-CBC għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribuzzjoni tal-FEŻR stabbilita għal kull Stat Membru ma għandhiex tiġi sussegwentement riallokata bejn l-Istati Membri kkonċernati.

Il-kontribuzzjonijiet rispettivi mill-IPA III u l-NDICI għall-programmi Interreg B, C u D għandhom iqisu l-kompożizzjoni tas-sħubija tal-programm bejn l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-IPA III u l-pajjiżi sħab. Dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti fid-dokumenti ta' strateġija pluriennali koperti mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi transkonfinali esterni individwali dment li minn tal-inqas jiġu pprovduti ammonti ekwivalenti mill-IPA III-CBC u l-NDICI-CBC taħt id-dokument ta' strateġija pluriennali rilevanti. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għal ammont massimu stabbilit fir-Regolament tal-IPA III jew fir-Regolament (UE) 2021/947.

Madankollu, fejn ir-rieżami tad-dokumenti ta' programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-IPA III jew l-NDICI jirriżulta fit-tnaqqis tal-ammont korrispondenti għas-snin li jifdal, kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħżel mill-opzjonijiet li ġejjin:

(a)

li jitlob il-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 12(3);

(b)

li jkompli l-programm Interreg bil-bqija tal-appoġġ mill-FEŻR u l-IPA III-CBC jew l-NDICI-CBC; jew

(c)

li jgħaqqad l-opzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan is-subparagrafu.

4.   L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu għall-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III-CBC jew l-NDICI-CBC għall-programmi Interreg transkonfinali esterni għandhom jiddaħħlu fl-intestaturi tal-baġit rilevanti għall-eżerċizzju baġitarju tal-2021.

5.   Fejn il-Kummissjoni tkun inkludiet allokazzjoni finanzjarja speċifika biex tassisti lil pajjiżi jew reġjuni sħab taħt ir-Regolament (UE) 2021/947 u l-PTEE taħt id-Deċiżjoni 2013/755/UE, jew it-tnejn li huma, biex issaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2021/947 jew l-Artikolu 87 tad-Deċiżjoni 2013/755/UE, jew it-tnejn li huma, il-FEŻR jista' jikkontribwixxi wkoll skont dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta' reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta' finanzjament mill-NDICI jew mill-programm għall-PTEE jew it-tnejn li huma, għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt ir-Regolament (UE) 2021/947, minn pajjiż, territorju, jew kwalunkwe entità oħra taħt id-Deċiżjoni 2013/755/UE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni skont, b'mod partikolari, programm Interreg B, C jew D konġunt wieħed jew aktar jew skont miżuri ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament stabbiliti u implimentati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Lista tar-riżorsi tal-programm Interreg

1.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(5), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu lista tal-programmi Interreg kollha u jindikaw għal kull programm l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ totali minn kull strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 63(2).

2.   Dawk l-att ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu wkoll lista tal-ammonti trasferiti skont l-Artikolu 9(4) imqassmin skont l-Istat Membru.

Artikolu 12

Ritorn tar-riżorsi u twaqqif

1.   Jekk għall-2022 jew għall-2023 ma jkunx ġie ppreżentat programm transkonfinali estern lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-sena kkonċernata, il-kontribuzzjoni annwali mill-FEŻR għal dak il-programm li ma ġietx riallokata lil programm ieħor ippreżentat taħt l-istess kategorija ta' programmi Interreg transkonfinali esterni għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transkonfinali interni li fihom l-Istat Membru kkonċernat jipparteċipa.

2.   Jekk, sal-31 ta' Marzu 2024, ikun għad hemm programmi Interreg transkonfinali esterni li ma jkunux ġew ippreżentati lill-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR imsemmija fl-Artikolu 9(5) għal dawk il-programmi għas-snin li jifdal sal-2027, li ma tkunx ġiet riallokata lil programm Interreg ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III-CBC jew l-NDICI-CBC, rispettivament, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transkonfinali interni li fihom l-Istat Membru kkonċernat jipparteċipa.

3.   Kwalunkwe programm Interreg transkonfinali estern diġà approvat mill-Kummissjoni għandu jitwaqqaf jew l-allokazzjoni lil dak il-programm għandha titnaqqas, f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli, b'mod partikolari, jekk:

(a)

ebda wieħed mill-pajjiżi sħab koperti mill-programm Interreg ikkonċernat ma jkun iffirma l-ftehim ta' finanzjament rilevanti sal-iskadenzi stipulati skont l-Artikolu 59; jew

(b)

il-programm Interreg ma jkunx jista' jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.

F'tali każijiet, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR imsemmija fil-paragrafu 1 li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, jew pagamenti akkont annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment fl-istess sena baġitarja, li ma tkunx ġiet riallokata lil programm Interreg ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III-CBC jew l-NDICI-CBC, rispettivament, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transkonfinali interni li fihom l-Istat Membru kkonċernat jipparteċipa.

4.   Fir-rigward ta' programm Interreg B diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta' pajjiż sieħeb jew ta' PTEE għandha titwaqqaf jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata.

L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, il-bqija tal-pajjiżi sħab parteċipanti, għandhom jitolbu li:

(a)

il-programm Interreg jitwaqqaf, b'mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE;

(b)

l-allokazzjoni lil dak il-programm Interreg titnaqqas, f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli; jew

(c)

il-programm Interreg jitkompla mingħajr il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż sieħeb jew ta' PTEE.

Fejn l-allokazzjoni lill-programm Interreg titnaqqas skont il-punt (b), il-kontribuzzjoni mill-FEŻR li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, għandha tiġi allokata lil programm Interreg B ieħor fejn Stat Membru wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernat jipparteċipa jew, fejn Stat Membru jipparteċipa biss fi programm Interreg B wieħed, lil programm Interreg transkonfinali intern wieħed jew aktar li fih jipparteċipa dak l-Istat Membru.

5.   Il-kontribuzzjoni mill-IPA III, mill-NDICI jew mill-programm għall-PTEE imnaqqsa skont dan l-Artikolu għandha tintuża f'konformità mar-Regolament tal-IPA III, mar-Regolament (UE) 2021/947 jew mad-Deċiżjoni 2013/755/UE, rispettivament.

6.   Fejn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE li jikkontribwixxu għal programm Interreg b'riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta' appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqsu dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkunu rċevew id-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Rati ta' kofinanzjament

1.   Ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 80 %.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-rata ta' kofinanzjament għall-programmi Interreg D ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % sakemm ma jiġix stabbilit perċentwal ogħla fid-Deċiżjoni 2013/755/UE jew fi kwalunkwe att adottat taħt dik id-Deċiżjoni jew, fejn applikabbli, adottat taħt ir-Regolament (UE) 2021/947, jew fi kwalunkwe att adottat taħt dak ir-Regolament.

3.   Fejn il-programmi Interreg ikunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III-CBC u fejn l-allokazzjoni mill-FEŻR ikunu 50 % jew inqas tal-allokazzjoni totali tal-Unjoni, jista' jiġi ffissat perċentwal ogħla fir-Regolament tal-IPA III jew fi kwalunkwe att adottat taħt dak ir-Regolament.

4.   Fejn il-programmi Interreg ikunu appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI waħdu, jew mill-FEŻR u kemm l-NDICI kif ukoll l-IPA III, u fejn l-allokazzjoni mill-FEŻR tkun 50 % jew inqas tal-allokazzjoni totali tal-Unjoni, jista' jiġi ffissat perċentwal ogħla fir-Regolament (UE) 2021/947 jew fi kwalunkwe att adottat taħt dak ir-Regolament.

KAPITOLU II

OBJETTIVI SPEĊIFIĊI GĦALL-INTERREG U KONĊENTRAZZJONI TEMATIKA

Artikolu 14

Objettivi speċifiċi għall-Interreg

1.   Il-FEŻR, skont il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/1058, u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 permezz ta' azzjonijiet konġunti taħt il-programmi Interreg.

2.   Fil-każ tal-programm transkonfinali PEACE PLUS, fejn ikun qed jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR, bħala objettiv speċifiku skont l-objettiv ta' politika 4, għandu jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, partikolarment permezz ta' azzjonijiet għall-promozzjoni tal-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Prijorità separata għandha tappoġġa dan l-objettiv speċifiku.

3.   Minbarra l-objettivi speċifiċi tal-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1058, il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi speċifiċi (a) sa (l) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/1057 permezz ta' azzjonijiet konġunti skont il-programmi Interreg.

4.   Taħt il-programmi Interreg, il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, jistgħu jappoġġaw ukoll l-objettiv speċifiku għall-Interreg ta’ "governanza aħjar tal-kooperazzjoni", permezz ta’ waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari dawk inkarigati li jiġġestixxu territorju speċifiku, u tal-partijiet ikkonċernati (il-fergħat kollha);

(b)

it-tisħiħ ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f'reġjuni tal-fruntieri (il-fergħat A, C, D u, fejn adatt, il-fergħa B);

(c)

il-bini tal-fiduċja reċiproka, b'mod partikolari bl-inkoraġġiment ta' azzjonijiet bejn il-persuni (il-fergħat A, D u, fejn adatt, il-fergħa B);

(d)

it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati biex jimplimentaw strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċiri tal-baħar, kif ukoll strateġiji territorjali oħra (il-fergħat kollha);

(e)

it-tisħiħ ta' demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta' riforma u ta' tranżizzjonijiet demokratiċi (il-fergħat kollha bl-involviment ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTTE); u

(f)

azzjonijiet oħrajn għall-appoġġ ta’ governanza aħjar tal-kooperazzjoni (il-fergħat kollha).

5.   Taħt il-programmi Interreg, il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku għall-Interreg ta’ "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà", b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-mobbiltà u l-migrazzjoni, pereżempju l-protezzjoni u l-integrazzjoni ekonomika u soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi inkluż migranti u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 15

Konċentrazzjoni tematika

1.   Tal-anqas 60 % tal-kontribuzzjoni mill-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-allokazzjonijiet tal-Unjoni lil kull programm Interreg A, B u D għandhom ikunu allokati għall-objettiv ta' politika 2 u mhux aktar minn żewġ objettivi ta' politika oħrajn stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Il-programmi Interreg A tul il-fruntieri interni fuq l-art għandhom jallokaw mill-inqas 60 % tal-kontribuzzjoni allokata mill-FEŻR għall-objettivi ta' politika 2 u 4 u għal mhux aktar minn żewġ objettivi ta' politika oħra stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

2.   Sa 20 % tal-kontribuzzjoni mill-FEŻR u, fejn applikabbli, mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-allokazzjonijiet tal-Unjoni lil kull programm Interreg A, B u D, jistgħu jiġu allokati sa 20 % għall-objettiv speċifiku għall-Interreg ta’ "governanza aħjar tal-kooperazzjoni" u sa 5 % għall-objettiv speċifiku għall-Interreg ta’ "Ewropa b'inqas periklu u aktar sigurtà".

3.   Fejn programm Interreg B jappoġġa strateġija makroreġjonali, jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-inqas 80 % tal-kontribuzzjoni mill-FEŻR u, fejn applikabbli, parti mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta' prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandha tikkontribwixxi għall-objettivi ta' dik l-istrateġija.

4.   L-objettivi ta' politika kollha stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-objettiv speċifiku għall-Interreg ta’ "governanza aħjar tal-kooperazzjoni" jistgħu jintgħażlu għall-programmi Interreg Ewropa u URBACT. Għall-programmi INTERACT u ESPON, il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-allokazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għall-Interreg ta’ "governanza aħjar tal-kooperazzjoni".

KAPITOLU III

PROGRAMMAZZJONI

TAQSIMA I

Tħejjija, approvazzjoni u emendar tal-programmi Interreg

Artikolu 16

Tħejjija u preżentazzjoni tal-programmi Interreg

1.   Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg taħt ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-programmi Interreg D, li jistgħu jiġu implimentati fl-intier tagħhom jew parzjalment taħt ġestjoni indiretta bi qbil mal-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

2.   L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

3.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f'kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Fit-tħejjija tal-programmi Interreg B, li jkopru strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, l-Istati Membri u s-sħab tal-programmi għandhom jieħdu kont tal-prijoritajiet tematiċi tal-istrateġiji makroreġjonali u dawk tal-baċiri tal-baħar rilevanti u jikkonsultaw lill-atturi rilevanti, kif ukoll jiżguraw li dawn l-atturi fil-livell makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar jinġabru flimkien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni skont dak l-Artikolu.

Il-pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew, fejn applikabbli, il-PTEE parteċipanti għandhom jinvolvu wkoll lis-sħab tal-programm, inkluż l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, ekwivalenti għal dawk imsemmija f'dak l-Artikolu.

4.   L-Istat Membru li jkun qed jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg lill-Kummissjoni sat-2 ta April 2022 f'isem l-Istati Membri parteċipanti kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali.

Madankollu, fejn programm Interreg jkopri appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, l-Istat Membru li jkun qed jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva għandu jippreżenta l-programm Interreg lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokumenti ta' strateġija pluriennali rilevanti previsti fl-Artikolu 10(1) jew f’konformità mal-att leġiżlattiv bażiku rispettiv ta' dak l-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

5.   L-Istati Membri parteċipanti, u fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom jikkonfermaw bil-miktub il-qbil tagħhom mal-kontenut ta' programm Interreg qabel il-preżentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Dak il-qbil għandu jinkludi wkoll impenn mill-Istati Membri parteċipanti kollha u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, sabiex jipprovdu l-kofinanzjament meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm Interreg u, fejn applikabbli, l-impenn għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-programmi Interreg li jinvolvu reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE rispettivi qabel ma jippreżentaw il-programmi Interreg lill-Kummissjoni. F'dak il-każ, il-qbil mal-kontenut tal-programmi Interreg u l-kontribuzzjoni finanzjarja possibbli mill-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jistgħu jiġu espressi, minflok, fil-minuti formalment approvati tal-laqgħat ta' konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE kkonċernati jew tad-deliberazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali.

6.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 62 biex temenda l-Anness sabiex tadatta għal bidliet li jkunu qed iseħħu matul il-perjodu ta' programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali tiegħu.

Artikolu 17

Kontenut tal-programmi Interreg

1.   Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi strateġija konġunta għall-kontribuzzjoni tal-programm lejn l-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u, fejn rilevanti, lejn l-objettivi speċifiċi għall-Interreg stipulati fl-Artikolu 14(4) u (5) ta' dan ir-Regolament u jagħti l-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu.

2.   Kull programm Interreg għandu jikkonsisti minn prijoritajiet.

Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta' politika uniku jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed speċifiku għall-Interreg jew għat-tnejn li huma, rispettivament, u għandha tikkonsisti minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess politika jew objettiv speċifiku għall-Interreg.

3.   Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi:

(a)

iż-żona tal-programm, inkluża, kull meta jkun possibbli, mappa tagħha bħala dokument separat;

(b)

sommarju tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħed kont ta':

(i)

id-disparitajiet kif ukoll l-inugwaljanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(ii)

il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u l-komplementarjetà u s-sinerġiji ma' programmi u strumenti oħra ta' finanzjament;

(iii)

il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat;

(iv)

l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar fejn iż-żona kollha tal-programm jew parti minnha hija koperta minn strateġija waħda jew aktar;

(c)

ġustifikazzjoni għall-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għall-Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi jew azzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi għall-Interreg u l-forom ta' appoġġ, li jindirizzaw, fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transkonfinali;

(d)

objettivi speċifiċi jew azzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi għall-Interreg għal kull prijorità;

(e)

għal kull objettiv speċifiku jew għal kull azzjoni taħt l-objettivi speċifiċi għall-Interreg:

(i)

it-tipi ta' azzjonijiet relatati u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi jew azzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi għall-Interreg u, fejn xieraq, għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar;

(ii)

l-indikaturi tal-outputs u l-indikaturi tar-riżultati mal-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(iii)

il-gruppi mmirati ewlenin;

(iv)

indikazzjoni tat-territorji speċifiċi mmirati, inklużi l-użu ppjanat ta' investimenti territorjali integrati (ITI), żvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew għodod territorjali oħra;

(v)

l-użu ppjanat ta' strumenti finanzjarji; u

(vi)

analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent;

(f)

pjan ta' finanzjament li jinkludi t-tabelli li ġejjin mingħajr ebda diviżjoni għal kull Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fih:

(i)

tabella li tispeċifika, skont is-sena, l-allokazzjoni finanzjarja totali mill-FEŻR u, fejn rilevanti, għal kull strument finanzjarju estern tal-Unjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu;

(ii)

tabella li tispeċifika, għal kull prijorità, l-allokazzjoni finanzjarja totali mill-FEŻR u, fejn rilevanti, minn kull strument finanzjarju tal-Unjoni skont il-prijorità u l-kofinanzjament nazzjonali u jekk il-kofinanzjament nazzjonali hux magħmul minn kofinanzjament pubbliku u privat;

(g)

l-azzjonijiet meħuda biex jiġu involuti s-sħab rilevanti tal-programm imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060 fil-preparazzjoni tal-programm Interreg, u r-rwol ta' dawk is-sħab tal-programm fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dak il-programm;

(h)

l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-programm Interreg billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi mmirati, il-kanali ta' komunikazzjoni, inkluża sensibilizzazzjoni permezz tal-media soċjali, fejn adatt, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u

(i)

indikazzjoni ta' appoġġ għal proġetti fuq skala żgħira, inkluż proġetti żgħar fi ħdan fondi għal proġetti żgħar.

Meta Stat Membru jippreżenta il-programm, huwa jiżgura li l-programm ikun akkumpanjat, għal finijiet ta' informazzjoni, minn lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika u skeda ta' żmien.

4.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għat-tabelli msemmija fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu u f'dak li jikkonċerna l-appoġġ minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, dawk l-allokazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu stabbiliti kif ġej:

(a)

għal programmi Interreg A appoġġati mill-IPA III u mill-NDICI bħala ammont uniku (IPA III-CBC jew NEXT CBC) li jikkombinaw il-kontribuzzjoni minn Intestatura 2 “Koeżjoni u Valuri”, sottolimitu Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u Intestatura 6 “Viċinat u d-Dinja”;

(b)

għal programmi Interreg B u C appoġġati mill-IPA III, mill-NDICI jew mill-programm għall-PTEE bħala ammont wieħed ("Fondi Interreg") li jikkombinaw il-kontribuzzjoni minn Intestatura 2 u Intestatura 6 jew qsim għal kull strument ta' finanzjament FEŻR, IPA III, NDICI u Programm għall-PTEE, skont l-għażla tas-sħab tal-programm;

(c)

għal programmi Interreg B appoġġati mill-programm għall-PTEE maqsuma għal kull strument ta' finanzjament (FEŻR u Programm għall-PTEE);

(d)

għal programmi Interreg D appoġġati mill-NDICI u mill-programm għall-PTEE maqsuma għal kull strument ta' finanzjament (FEŻR, NDICI u Programm għall-PTEE, kif xieraq).

5.   Fir-rigward tal-punt (e)(vi) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, it-tipi ta' intervent għandhom ikunu bbażati fuq nomenklatura stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060.

6.   Il-programm Interreg għandu:

(a)

jidentifika l-awtoritajiet tal-programm u l-korp lil min għandhom isiru l-pagamenti mill-Kummissjoni;

(b)

jispeċifika l-proċedura għall-istabbiliment tas-segretarjat konġunt;

(c)

jistabbilixxu t-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew PTEE parteċipanti, fl-eventwalità ta' korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità ta' ġestjoni jew il-Kummissjoni.

7.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 6 mingħajr ma teħtieġ l-emendar tal-programm.

8.   Fir-rigward ta' programm Interreg A, B jew D, fejn programm A ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta' żvilupp eteroġenji, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu żoni tas-sottoprogramm.

9.   B'deroga mill-paragrafu 3, il-kontenut tal-programmi Interreg C għandu jkun adattat għall-karattru speċifiku ta' dawk il-programmi Interreg, b'mod partikolari kif ġej:

(a)

l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 mhijiex meħtieġa;

(b)

l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (b) u (g) tal-paragrafu 3 għandha tingħata bħala deskrizzjoni qasira;

(c)

għal kull objettiv speċifiku, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(i)

fir-rigward ta' INTERACT u ESPON, id-definizzjoni ta' benefiċjarju wieħed jew lista limitata ta' benefiċjarji u l-proċedura ta' għotja;

(ii)

it-tipi ta' azzjonijiet relatati u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għall-objettivi speċifiċi;

(iii)

l-indikaturi tal-outputs u l-indikaturi tar-riżultati mal-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(iv)

il-gruppi mmirati ewlenin; u

(v)

l-analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent.

Artikolu 18

Approvazzjoni tal-programmi Interreg

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolamenti (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1058 u dan ir-Regolament u, fil-każ ta' appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokumenti ta' strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament jew il-qafas ta' pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att leġiżlattiv bażiku rispettiv ta' wieħed jew aktar minn dawk l-istrumenti.

2.   Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data ta' preżentazzjoni tal-programm Interreg mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.

3.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard minn ħames xhur wara d-data tal-ewwel preżentazzjoni ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva.

5.   Fir-rigward tal-programmi Interreg transkonfinali esterni, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet tagħha f'konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu wara konsultazzjoni mal-"Kumitat tal-IPA III" f'konformità mad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament tal-IPA III u mal-"Kumitat tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali " f'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/947.

Artikolu 19

Emendar tal-programmi Interreg

1.   Wara l-konsultazzjoni mal-kumitat ta' monitoraġġ u l-approvazzjoni minnu u f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-awtorità ta' ġestjoni tista' tippreżenta talba motivata għall-emendar ta' programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tippreżenta l-impatt mistenni ta' dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mitluba mar-Regolamenti (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1058 u ma’ dan ir-Regolament u tista' tagħmel kummenti fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm emendat.

3.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm emendat u jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li japprova l-emendar ta' programm Interreg sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-awtorità ta' ġestjoni.

5.   Wara l-konsultazzjoni mal-kumitat ta' monitoraġġ u l-approvazzjoni minnu u f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-awtorità ta' ġestjoni tista' tittrasferixxi matul il-perjodu ta' programmazzjoni ammont sa 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

Tali trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw snin preċedenti.

It-trasferiment u l-bidliet relatati ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala sostanzjali u ma għandhomx jeħtieġu deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm Interreg. Iżda, huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni t-tabella riveduta msemmija fil-punt (f)(ii) tal-Artikolu 17(3) flimkien ma' kwalunkwe bidla relatata fil-programm.

6.   L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-programm Interreg. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar tali korrezzjonijiet.

TAQSIMA II

Żvilupp territorjali

Artikolu 20

Żvilupp territorjali integrat

Għal programmi Interreg, l-awtoritajiet jew korpi territorjali rilevanti responsabbli għat-tfassil ta' strateġiji ta' żvilupp territorjali jew lokali kif elenkati fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt dawk l-istrateġiji kif imsemmi fl-Artikolu 29(5) ta' dak ir-Regolament, jew fir-rigward tat-tnejn li huma, għandhom jirrappreżentaw mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom huwa Stat Membru.

Fejn entità legali transkonfinali jew REKT jimplimenta investiment territorjali integrat skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew għodda territorjali oħra skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28 ta' dak ir-Regolament, jista' wkoll ikun l-uniku benefiċjarju skont l-Artikolu 23 (6) ta' dan ir-Regolament, dment li jkun hemm separazzjoni ta' funzjonijiet fl-entità legali transkonfinali jew ir-REKT.

Artikolu 21

Żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità ("CLLD") taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jista' jkun implimentat fil-programmi Interreg, dment li l-gruppi ta' azzjoni lokali rilevanti huma komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom ebda grupp wieħed ta' interess ma jikkontrolla t-teħid tad-deċiżjonijiet, u tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom huwa Stat Membru.

TAQSIMA III

Operazzjonijiet, u fondi għal proġetti żgħar

Artikolu 22

Għażla tal-operazzjonijiet Interreg

1.   L-operazzjonijiet Interreg għandhom jintgħażlu f'konformità mal-istrateġija u l-objettivi tal-programm minn kumitat ta' monitoraġġ stabbilit f'konformità mal-Artikolu 28.

Dak il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jistabbilixxi kumitat ta' tmexxija wieħed jew, b'mod partikolari fil-każ ta' sottoprogrammi, għadd ta' kumitati ta' tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet. Il-kumitati ta' tmexxija għandhom japplikaw il-prinċipju ta' sħubija kif jinsab fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Meta operazzjoni sħiħa jew parti minnha tkun implimentata barra miż-żona tal-programm ġewwa jew barra l-Unjoni, l-għażla ta' dik l-operazzjoni għandha teħtieġ l-approvazzjoni espliċita mill-awtorità ta' ġestjoni fil-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta' tmexxija.

Meta l-operazzjoni tkun tinvolvi sieħeb wieħed jew aktar li jkunu jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE li ma jkunx rappreżentat fil-kumitat ta' monitoraġġ, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tikkundizzjona l-approvazzjoni espliċita tagħha għall-preżentazzjoni ta' aċċettazzjoni bil-miktub mill-Istat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ikkonċernat biex jirrimborża kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil dawn is-sħab, f'konformità mal-Artikolu 52(2).

Meta l-aċċettazzjoni bil-miktub imsemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx tista' tinkiseb, il-korp li jimplimenta operazzjoni sħiħa jew parti minnha barra ż-żona tal-programm għandu jikseb garanzija minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra għall-ammont korrispondenti tal-fondi Interreg mogħtija. Tali garanzija għandha tkun inkluża fid-dokument previst fil-paragrafu 6.

2.   Għall-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta' tmexxija, għandu jistabbilixxi u japplika kriterji u proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti, li jiżguraw l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f'konformità mal-Artikolu 11 u mal-Artikolu 191(1) TFUE.

Il-kriterji u l-proċeduri għandhom jiżguraw il-prijoritizzazzjoni ta' operazzjonijiet li għandhom jintgħażlu bil-ħsieb li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni biex jitwettqu l-objettivi tal-programm Interreg u biex tiġi implimentata d-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-operazzjonijiet taħt il-programmi Interreg, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) u (4) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tinnotifika l-kriterji tal-għażla lill-Kummissjoni qabel l-ewwel preżentazzjoni tagħhom lill-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta' tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

4.   Fl-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta' tmexxija għandu:

(a)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jikkonformaw mal-programm Interreg u jipprovdu kontribuzzjoni effettiva għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tiegħu;

(b)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula ma jkunux f'kunflitt mal-istrateġiji korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 10(1) jew stabbiliti għal wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni;

(c)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta' appoġġ, l-attivitajiet li jsiru u t-twettiq tal-objettivi;

(d)

jivverifika li l-benefiċjarju jkollu r-riżorsi u l-mekkaniżmi finanzjarji meħtieġa biex ikopri l-ispejjeż tat-tħaddim u l-manutenzjoni għal operazzjonijiet li jinkludu investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv, sabiex tkun aċċertata s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom;

(e)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta' skrinjar u li l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet alternattivi tkun tqieset kif dovut, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva;

(f)

jivverifika li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta' ġestjoni, tkun ġiet osservata l-liġi applikabbli;

(g)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-fond Interreg ikkonċernat u huma attribwiti għal tip ta' intervent;

(h)

jiżgura li l-operazzjonijiet ma jinkludux attivitajiet li kienu parti minn operazzjoni soġġetta għal rilokazzjoni fis-sens tal-punt (27) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew li ser ikunu qed jikkostitwixxi trasferiment ta' attività produttiva fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 65(1) ta' dak ir-Regolament.

(i)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula ma jkunux affettwati direttament minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni rigward ksur taħt l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet; u

(j)

jiżgura li, għal investimenti fl-infrastruttura b'tul ta' ħajja mistenni ta' mill-inqas ħames snin, issir valutazzjoni tal-impatti mistennija tat-tibdil fil-klima.

5.   Il-kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta' tmexxija għandu japprova l-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla ta' operazzjonijiet Interreg, inkluż kwalunkwe bidla għalih, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward tas-CLLD u l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.

6.   Għal kull operazzjoni Interreg, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tipprovdi dokument tas-sieħeb ewlieni jew uniku li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni Interreg, inkluż r-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jiġu fornuti, il-pjan ta' finanzjament tagħha, il-limitu ta' żmien għall-eżekuzzjoni tagħha u, fejn applikabbli, il-metodu li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-appoġġ.

Dak id-dokument għandu jistipula wkoll l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 52. Dawk l-obbligi għandhom ikunu definiti mill-kumitat ta' monitoraġġ.

Artikolu 23

Sħubija fl-operazzjonijiet Interreg

1.   L-operazzjonijiet magħżula taħt il-programmi Interreg A, B u D għandhom jinvolvu sħab minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE, fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru.

L-operazzjonijiet magħżula taħt il-programmi Interreg Ewropa u URBACT għandhom jinvolvu sħab minn tal-anqas tliet pajjiżi parteċipanti, fejn mill-anqas tnejn minnhom għandhom ikunu benefiċjarji minn Stati Membri.

Il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ minn fondi Interreg u s-sħab li jipparteċipaw fl-operazzjoni iżda li ma jirċievu ebda appoġġ finanzjarju taħt dawk il-fondi (flimkien imsejħin "sħab") jikkostitwixxu sħubija ta' operazzjoni Interreg.

2.   Operazzjoni Interreg tista' tiġi implimentata f'pajjiż jew PTEE wieħed, dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-operazzjonijiet taħt il-programm transkonfinali PEACE PLUS fejn il-programm ikun qed jaġixxi biex jappoġġa l-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

4.   Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal u jew fil-finanzjament jew it-tnejn li huma ta' operazzjonijiet Interreg.

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg D, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tnejn mill-erba' dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu.

5.   Fejn ikun hemm żewġ sħab jew aktar, wieħed minnhom għandu jkun innominat mis-sħab kollha bħala s-sieħeb ewlieni.

6.   Entità legali transkonfinali jew REKT jista' jkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg taħt il-programmi Interreg A, B u D, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

L-entità legali transkonfinali jew REKT għandu jkollhom membri minn tal-anqas tliet pajjiżi parteċipanti taħt il-programmi Interreg Ewropa u URBACT.

Entità legali li timplimenta strument finanzjarju, fond ta' fondi ta’ parteċipazzjoni, jew fond għal proġetti żgħar, kif applikabbli, tista' tkun l-uniku sieħeb ta' operazzjoni Interreg mingħajr l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tagħha stipulati fl-ewwel subparagrafu.

7.   Sieħeb uniku għandu jkun irreġistrat fi Stat Membru parteċipanti fil-programm Interreg.

Artikolu 24

Appoġġ għal proġetti ta' volum finanzjarju limitat

1.   Il-programmi Interreg A, B u D għandhom jappoġġaw proġetti ta' volum finanzjarju limitat:

(a)

direttament fi ħdan kull programm; jew

(b)

fi ħdan fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar.

2.   Fejn programm Interreg B jew D ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligu stipulat fil-paragrafu 1, ir-raġunijiet għalfejn l-obbligu ma jistax jiġi sodisfatt għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument tal-programm f'konformità mal-punt 6 tal-mudell mogħti fl-Anness.

Artikolu 25

Fondi għal proġetti żgħar

1.   Il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni, għal fondi għal proġetti żgħar fi ħdan programm Interreg ma għandhiex taqbeż 20 % tal-allokazzjoni totali tal-programm Interreg.

Ir-riċevituri finali fl-ambitu ta' fond għal proġett żgħir għandhom jirċievu l-appoġġ mill-FEŻR jew, fejn applikabbli mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni permezz tal-benefiċjarju u jimplimentaw proġetti żgħar f'dak il-fond għal proġett żgħir ("proġett żgħir").

2.   Il-fond għal proġett żgħir jikkostitwixxi operazzjoni fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060 li għandha tkun ġestita minn benefiċjarju, filwaqt li jitqiesu l-kompiti u r-remunerazzjoni tiegħu.

Il-benefiċjarju għandu jkun entità legali transkonfinali jew REKT jew korp li jkollu personalità ġuridika.

Il-benefiċjarju għandu jagħżel il-proġetti ż-żgħar li jiġu implimentati mir-riċevituri finali fis-sens tal-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Fejn il-benefiċjarju ma jkunx entità legali transkonfinali jew REKT, korp li jinvolvi rappreżentanti minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li tal-anqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, għandu jagħżel il-proġetti żgħar konġunti.

3.   Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' appoġġ għal fond għal proġett żgħir għandu, minbarra l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 22(6), jistabbilixxi l-elementi meħtieġa sabiex jiżgura li l-benefiċjarju:

(a)

jistabbilixxi proċedura tal-għażla mhux diskriminatorja u trasparenti;

(b)

japplika kriterji oġġettivi għall-għażla ta' proġetti żgħar, li jevitaw il-kunflitti ta' interess;

(c)

jivvaluta l-applikazzjonijiet għal appoġġ;

(d)

jagħżel il-proġetti u jiffissa l-ammont ta' appoġġ għal kull proġett żgħir;

(e)

ikun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni u jżomm fil-livell tiegħu d-dokumenti ta' appoġġ kollha meħtieġa għal rekord tal-awditjar f'konformità mal-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2021/1060; u

(f)

ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tar-riċevituri finali li jibbenefikaw mill-operazzjoni.

Il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 36.

4.   L-għażla ta' proġetti żgħar ma għandhiex tikkostitwixxi delegazzjoni ta' kompiti mill-awtorità ta' ġestjoni lil korp intermedju kif imsemmi fl-Artikolu 71(3) tar-Regolament (UE) ) 2021/1060.

5.   L-ispejjeż tal-persunal u spejjeż oħra li jikkorrispondu għall-kategoriji tal-ispejjeż fl-Artikoli 39 sa 43 iġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni tal-fond jew fondi għal proġett żgħir ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-fond jew fondi għal proġett żgħir, rispettivament.

6.   Fejn il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jieħdu l-forma ta' kost unitarju jew somom f'daqqa jew finanzjament b’rati fissi, minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Fejn l-ispejjeż totali ta' kull proġett ma jaqbżux il-EUR 100 000, l-ammont ta' appoġġ għal proġett żgħir wieħed jew aktar jista' jiġi stabbilit abbażi ta' abbozz ta' baġit li jkun stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ u miftiehem ex ante mill-benefiċjarju li jimmaniġġja l-fond għal proġett żgħir.

Fejn jintuża finanzjament b'rata fissa, il-kategoriji tal-ispejjeż li għalihom tapplika r-rata fissa jistgħu jiġu rimborżati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 26

Kompiti tas-sieħeb ewlieni

1.   Is-sieħeb ewlieni għandu:

(a)

jistabbilixxi l-arranġamenti mas-sħab l-oħra fi ftehim li jinkludi dispożizzjonijiet li, fost oħrajn, jiggarantixxu l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi rispettivi tal-Unjoni allokati lill-operazzjoni Interreg, inklużi l-arranġamenti għall-irkupru ta' ammonti mħallsa indebitament;

(b)

jassumi r-responsabbiltà għall-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni Interreg kollha; u

(c)

jiżgura li n-nefqa ppreżentata mis-sħab kollha tkun tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni Interreg u tikkorrispondi mal-attivitajiet miftiehma bejn is-sħab kollha, u hija f'konformità mad-dokument ipprovdut mill-awtorità ta' ġestjoni f'konformità mal-Artikolu 22(6).

2.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb ewlieni għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mill-fond rispettiv tal-Unjoni b'mod sħiħ u f’terminu ta’ żmien miftiehem mis-sħab kollha u wara l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni. L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b'effett ekwivalenti li ser tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra.

3.   Kwalunkwe sieħeb fi Stat Membru, f'pajjiż terz, f'pajjiż sieħeb jew f'PTEE parteċipanti f’operazzjoni Interreg jista' jinħatar bħala s-sieħeb ewlieni.

TAQSIMA IV

Assistenza teknika

Artikolu 27

Assistenza teknika

1.   L-ammont tal-fondi allokati għal assistenza teknika għandu jiġi identifikat bħala parti mill-allokazzjoni finanzjarja ta' kull prijorità tal-programm skont il-punt (f) tal-Artikolu 17(3) u ma għandux jieħu l-forma ta' prijorità separata jew programm speċifiku.

2.   L-assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bl-applikazzjoni tal-perċentwali stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għan-nefqa eliġibbli inkluża f'kull applikazzjoni għal pagament skont il-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 kif ikun xieraq.

3.   Il-perċentwal tal-kontribuzzjoni mill-FEŻR u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni li għandu jiġu rimborżat għal assistenza teknika għandu jkun kif ġej:

(a)

għal programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali interna appoġġati mill-FEŻR: 7 %;

(b)

għall-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali esterni appoġġati mill-IPA III-CBC jew l-NDICI-CBC, għall-programmi tal-fergħa B fejn l-appoġġ mill-FEŻR ikun ta' 50 % jew inqas u għall-programmi tal-fergħa D, kemm għall-kontribuzzjoni mill-FEŻR kif ukoll għal wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 10 %; u

(c)

għall-programmi tal-fergħa B fejn l-appoġġ mill-FEŻR ikun aktar minn 50 % u għall-programmi tal-fergħa C, kemm għall-kontribuzzjoni mill-FEŻR kif ukoll, fejn applikabbli, għal wieħed jew aktar mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni: 8 %.

4.   Għal programmi Interreg b'allokazzjoni totali mill-FEŻR bejn EUR 30 000 000 u EUR 50 000 000, l-ammont li jirriżulta mill-perċentwali għal assistenza teknika għandu jiżdied b'ammont addizzjonali ta' EUR 500 000. Il-Kummissjoni għandha żżid dak l-ammont għall-ewwel pagament interim.

5.   Għal programmi Interreg b'allokazzjoni totali mill-FEŻR ta' anqas minn EUR 30 000 000, l-ammont meħtieġ għall-għajnuna teknika espress f'EUR u tal-perċentwali li jirriżulta għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm Interreg ikkonċernat skont l-Artikolu 18.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

TAQSIMA I

Monitoraġġ

Artikolu 28

Kumitat ta' monitoraġġ

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti f'dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (il-"kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm Interreg skont l-Artikolu 18.

2.   Kull kumitat ta' monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Ir-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ u, fejn applikabbli, tal-kumitat ta' tmexxija għandhom jipprevjenu kwalunkwe sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess fl-għażla tal-operazzjonijiet Interreg u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-vot u regoli għall-attendenza fil-laqgħat.

3.   Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jiltaqa' tal-anqas darba f'sena u għandu jirrevedi il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fit-twettiq tal-objettivi tiegħu.

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta' proċedura tal-kumitat ta' monitoraġġ sommarju kemm tad-data kif ukoll tal-informazzjoni, inkluż deċiżjonijiet, approvati mill-kumitat ta' monitoraġġ fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 29

Kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ

1.   Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ ta' kull programm Interreg għandha tiġi miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti f'dak il-programm, u għandha tiżgura rappreżentanza bilanċjata ta':

(a)

l-awtoritajiet rilevanti, inkluż korpi intermedji;

(b)

korpi stabbiliti b'mod konġunt fiż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT; u

(c)

rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/1060 minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ għandha tikkunsidra l-għadd ta' Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fil-programm Interreg ikkonċernat.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika lista tal-membri tal-kumitat ta' monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 36(2).

3.   Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

Artikolu 30

Funzjonijiet tal-kumitat ta' monitoraġġ

1.   Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jeżamina:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u t-twettiq tal-għanijiet u l-miri tal-programm Interreg;

(b)

kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm Interreg u l-miżuri meħudin biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet;

(c)

fir-rigward ta' strumenti finanzjarji, elementi ta' valutazzjoni ex ante elenkati fl-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u d-dokument ta' strateġija msemmi fl-Artikolu 59(1) ta' dak ir-Regolament;

(d)

il-progress li sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, sinteżi tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu għas-sejbiet;

(e)

l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà;

(f)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet Interreg ta' importanza strateġika u, fejn applikabbli, ta' proġetti infrastrutturali kbar; u

(g)

il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti.

2.   Barra mill-kompiti tiegħu li jikkonċernaw l-għażla tal-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 22, il-kumitat ta' monitoraġġ għandu japprova:

(a)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluż kwalunkwe bidla fihom, wara li jinnotifika lill-Kummissjoni, meta jintalab dan, skont l-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(b)

il-pjan ta' evalwazzjoni u kwalunkwe emenda li ssirlu;

(c)

kull proposta mill-awtorità ta' ġestjoni għall-emendar tal-programm Interreg jew għal trasferiment f'konformità mal-Artikolu 19(5); u

(d)

ir-rapport finali dwar il-prestazzjoni.

Artikolu 31

Rieżami

1.   Jista' jiġi organizzat rieżami mill-Kummissjoni bl-għan li tiġi eżaminata l-prestazzjoni tal-programmi Interreg.

Ir-rieżami jista' jsir bil-miktub.

2.   Fuq talba mill-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, fi żmien xahar, tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni fil-qosor dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 30(1). Dik l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aktar data reċenti disponibbli għall-Istati Membri u, fejn dan japplika, għal pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE.

3.   L-eżitu tar-rieżami għandu jiġi rreġistrat f'minuti miftiehma.

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha ssegwi l-kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-data tar-rieżami, dwar il-miżuri meħuda.

Artikolu 32

Trażmissjoni ta' data

1.   Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tibgħat b'mod elettroniku lill-Kummissjoni data kumulattiva għall-programm Interreg rispettiv sal-31 ta' Jannar, it-30 ta' April, il-31 ta' Lulju u l-31 ta' Ottubru ta' kull sena f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VII għar-Regolament (UE) 2021/1060, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li għandha tiġi trażmessa sal-31 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju ta' kull sena.

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sal-31 ta' Jannar 2022 u l-aħħar waħda sal-31 ta' Jannar 2030.

2.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti fid-dettall kull prijorità skont kull objettiv speċifiku u għandha tirreferi għal:

(a)

l-għadd ta' operazzjonijiet Interreg magħżula, l-ispiża totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-fond Interreg rispettiv u n-nefqa totali eliġibbli dikjarata mis-sħab ewlenin lill-awtorità ta' ġestjoni, ilkoll iddettaljati skont it-tip ta' intervent;

(b)

il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg finalizzati.

3.   Għal strumenti ta' finanzjament, id-data għandha tiġi pprovduta wkoll dwar dawn li ġejjin:

(a)

in-nefqa eliġibbli skont it-tip ta' prodott finanzjarju;

(b)

l-ammont tal-ispiża u ta' tariffi tal-ġestjoni ddikjarati bħala nefqa eliġibbli;

(c)

l-ammont, it-tip ta' prodott finanzjarju, ir-riżorsi pubbliċi u privati mobilizzati flimkien mal-fondi;

(d)

l-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ minn fondi Interreg lill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u r-riżorsi restitwiti li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ mill-fondi Interreg kif imsemmi fl-Artikolu 62 ta' dak ir-Regolament:

(e)

il-valur totali ta' self, investimenti ta' ekwità jew kważi-ekwità f'riċevituri finali li kienu garantiti b'riżorsi tal-programm u li fil-fatt ġew żborżati lir-riċevituri finali.

4.   Id-data ppreżentata f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun affidabbli u tirrifletti d-data disponibbli fis-sistema elettronika msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 sa tmiem ix-xahar ta' qabel ix-xahar tal-preżentazzjoni.

5.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika jew tipprovdi link għad-data kollha trażmessa lill-Kummissjoni fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 33

Rapport finali dwar il-prestazzjoni

1.   Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport finali dwar il-prestazzjoni tal-programm Interreg rispettiv sal-15 ta' Frar 2031.

Ir-rapport finali dwar il-prestazzjoni għandu jkun ippreżentat bl-użu tal-mudell stabbilit f'konformità mal-Artikolu 43(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

2.   Ir-rapport finali dwar il-prestazzjoni għandu jivvaluta l-kisba tal-objettivi tal-programmi fuq il-bażi tal-elementi elenkati fl-Artikolu 30, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1, u tal-punt (d) tal-paragrafu 2, tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport finali dwar il-prestazzjoni u tinforma lill-awtorità ta' ġestjoni dwar kwalunkwe osservazzjoni fi żmien ħames xhur mid-data li fiha tkun irċeviet dak ir-rapport. Jekk ikunu saru osservazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-osservazzjonijiet u, fejn ikun xieraq, tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-osservazzjonijiet, dwar il-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità ta' ġestjoni dwar l-aċċettazzjoni tar-rapport fi żmien xahrejn minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-awtorità ta' ġestjoni. Fejn il-Kummissjoni ma tinfurmax lill-awtorità ta' ġestjoni sad-dati tal-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies bħala aċċettat.

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika r-rapport finali dwar il-prestazzjoni fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 34

Indikaturi għall-programmi Interreg

1.   L-indikaturi tal-output u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1058, u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom ikunu użati f'konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, u l-punt (e)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 32(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Fejn rilevanti, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom jintużaw flimkien mal-indikaturi li ntgħażlu f'konformità mal-paragrafu 1.

L-indikaturi komuni kollha tal-output u tar-riżultati elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1058 jistgħu jintużaw ukoll minn objettivi speċifiċi taħt kwalunkwe wieħed mill-objettivi ta' politika 1 sa 5 jew, fejn rilevanti, taħt l-objettivi speċifiċi għall-Interreg stipulati fl-Artikolu 14(4) u (5) ta' dan ir-Regolament.

3.   Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta' żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

TAQSIMA II

Evalwazzjoni u komunikazzjoni

Artikolu 35

Evalwazzjoni matul il-perjodu ta' programmazzjoni

1.   L-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni għandhom iwettqu l-evalwazzjonijiet tal-programmi relatati ma' waħda jew aktar mill-kriterji li ġejjin: l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni bil-għan li jitjiebu l-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll kriterji rilevanti oħra, bħall-inklużività, in-nondiskriminazzjoni u l-viżibbiltà, u jistgħu jkopru aktar minn programm wieħed.

2.   Barra mill-evalwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, sat-30 ta' Ġunju 2029 għandha titwettaq evalwazzjoni għal kull programm biex jiġi vvalutat l-impatt tiegħu.

3.   L-evalwazzjonijiet għandhom jiġu fdati f'idejn esperti interni jew esterni li jkunu funzjonalment indipendenti.

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet.

5.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tfassal pjan ta' evalwazzjoni li jista' jkopri aktar minn programm Interreg wieħed.

6.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta l-pjan ta' evalwazzjoni lill-kumitat ta' monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-approvazzjoni tal-programm Interreg.

7.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika l-evalwazzjonijiet kollha fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 36

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u tas-sħab fir-rigward tat-trasparenza u l-komunikazzjoni

1.   Kull awtorità ta' ġestjoni għandha tidentifika uffiċjal tal-komunikazzjoni għal kull programm Interreg. L-uffiċjal tal-komunikazzjoni jista' jkun responsabbli għal aktar minn programm wieħed.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm Interreg skont l-Artikolu 18, ikun hemm sit web fejn informazzjoni dwar kull programm Interreg taħt ir-responsabbiltà tagħha hija disponibbli, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u t-twettiq tal-programm.

3.   L-Artikolu 49 (2) sa (6) tar-Regolament (UE) 2021/1060 dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni għandu japplika.

4.   Kull sieħeb ta' operazzjoni Interreg jew kull korp li jimplimenta strument ta' finanzjament għandu jirrikonoxxi l-appoġġ minn fond Interreg, inklużi riżorsi użati mill-ġdid għal strumenti finanzjarji f'konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) ) 2021/1060, għal operazzjoni Interreg billi:

(a)

jipprovdi fis-sit web uffiċjali jew is-siti tal-media soċjali tas-sieħeb, fejn jeżistu tali siti, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ ipprovdut minn fond Interreg, inkluż l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-fond Interreg;

(b)

jipprovdi dikjarazzjoni li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg b'mod viżibbli fuq dokumenti u materjal ta' komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-operazzjoni Interreg, maħsuba għall-pubbliku ġenerali jew għall-parteċipanti;

(c)

juri plakek jew billboards durabbli li jkunu viżibbli b’mod ċar lill-pubbliku, li jippreżentaw l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) 2021/1060, hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika ta’ operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir jew hekk kif jiġi installat tagħmir mixtri, fir-rigward ta’ operazzjonijiet appoġġati minn fond Interreg, li l-ispiża totali tiegħu teċċedi EUR 100 000;

(d)

għal operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas poster wieħed ta' daqs minimu A3 jew wiri ekwivalenti f'forma elettronika b'informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg, għajr fejn il-benefiċjarju jkun persuna fiżika;

(e)

għal operazzjonijiet ta' importanza strateġika u operazzjonijiet li l-ispiża totali tagħhom taċċedi EUR 5 000 000 li jorganizzaw avveniment ta' komunikazzjoni u jinvolvu l-Kummissjoni u lill-awtorità ta' ġestjoni responsabbli f'ħin xieraq.

It-terminu "Interreg" għandu jintuża ħdejn l-emblema tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

5.   Għal fondi għal proġetti żgħar u strumenti finanzjarji, il-benefiċjarju għandu jiżgura permezz tat-termini kuntrattwali li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti li jikkomunikaw pubblikament dwar l-operazzjoni Interreg.

Għal strumenti finanzjarji, ir-riċevitur finali għandu jirrikonoxxi l-oriġini u jiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdi informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lil diversi udjenzi, inkluż il-media u l-pubbliku.

6.   Fejn ma jkunux ġew implimentati azzjonijiet ta' rimedju, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tapplika miżuri, filwaqt li tqis il-prinċipju ta' proporzjonalità, billi tikkanċella sa 2 % tal-appoġġ mill-fondi lil:

(a)

il-benefiċjarju kkonċernat li ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu li jaqgħu taħt l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu; jew

(b)

ir-riċevitur finali kkonċernat li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.

KAPITOLU V

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 37

Regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa

1.   Operazzjoni Interreg kollha kemm hi jew parti minnha tista' tkun implimentata barra minn Stat Membru, inkluż barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni Interreg tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm Interreg rispettiv.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikoli 53 sa 68 tar-Regolament (UE) 2021/1060, fl-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament (UE) 2021/1058 jew f'dan il-Kapitolu, inkluż f'atti adottati taħtu, l-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE għandhom, b'deċiżjoni konġunta fil-kumitat ta' monitoraġġ, jistabbilixxu biss regoli addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programm Interreg fuq il-kategoriji ta' nefqa mhux koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk ir-regoli addizzjonali għandhom ikopru l-programm Interreg b'mod globali.

Madankollu, fejn programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal proposti, dawn ir-regoli għandhom jiġu adottati qabel ma jiġu ppubblikati l-ewwel sejħiet għall-proposti. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawk ir-regoli addizzjonali għandhom ikunu adottati qabel ma jintgħażlu l-operazzjonijiet.

3.   Għal kwistjonijiet mhux koperti mir-regoli dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 68 tar-Regolament (UE) 2021/1060, fl-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament (UE) 2021/1058 u f’dan il-Kapitolu, inkluż f'atti adottati taħtu jew regoli stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE li fihom issir in-nefqa għandhom japplikaw.

4.   F'każ ta' differenza ta' opinjoni bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità tal-awditjar fir-rigward tal-eliġibbiltà bħala tali ta' operazzjoni Interreg magħżula taħt programm Interreg, l-opinjoni tal-awtorità ta' ġestjoni għandha tipprevali, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-opinjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ.

5.   Il-PTEE ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR taħt il-programmi Interreg, iżda jistgħu jipparteċipaw f'dawn il-programmi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà ta' kategoriji tal-ispiża

1.   L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE, jistgħu jaqblu fil-kumitat ta' monitoraġġ ta' programm Interreg li n-nefqa li taqa' taħt waħda jew aktar mill-kategoriji msemmija fl-Artikoli minn 39 sa 44 ma għandhiex tkun eliġibbli taħt prijorità waħda jew aktar ta' programm Interreg.

2.   Kull nefqa eliġibbli f'konformità ma' dan ir-Regolament għandha tkun relatata mal-ispejjeż ta' bidu jew mal-bidu u l-implimentazzjoni ta' operazzjoni jew ta' parti minn operazzjoni.

3.   L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)

multi, penalitajiet finanzjarji u n-nefqa fuq tilwim legali u l-litigazzjoni;

(b)

spejjeż ta' rigali; jew

(c)

l-ispejjeż relatati ma' fluttwazzjoni fir-rata tal-kambju.

4.   Fejn ir-rata fissa prevista fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tintuża biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż eliġibbli minbarra l-ispejjeż diretti tal-persunal ta' operazzjoni, din ma għandhiex tiġi applikata għall-ispejjeż diretti tal-persunal ikkalkulati abbażi ta' rata fissa kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 39(3) ta’ dan ir-Regolament.

5.   B'deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, in-nefqa mħallsa f'munita oħra għandha tiġi konvertita f'euro minn kull benefiċjarju li jkun ġej minn pajjiżi li ma jkunux adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabbiltà tax-xahar tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu dik in-nefqa tkun ġiet ippreżentata għall-verifika.

Artikolu 39

Spejjeż tal-persunal

1.   L-ispejjeż tal-persunal għandhom jikkonsistu fi spejjeż ta' impjieg gross tal-persunal impjegat mis-sieħeb Interreg f'waħda mill-modalitajiet li ġejjin:

(a)

full time;

(b)

part-time b'perċentwal fiss ta' ħin maħdum kull xahar;

(c)

part-time b'numru flessibbli ta' sigħat maħduma kull xahar; jew

(d)

fuq bażi ta' kull siegħa.

2.   L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(a)

il-pagamenti ta' salarji relatati mal-attivitajiet li l-entità ma twettaqx jekk l-operazzjoni kkonċernata ma tkunx saret, previsti f’dokument ta’ impjieg, f'forma ta’ kuntratt ta' impjieg jew ta’ xogħol, jew f'forma ta’ deċiżjoni ta' ħatra jew bil-liġi, u relattiv għar-responsabbiltajiet speċifikati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-membru tal-persunal ikkonċernat;

(b)

kwalunkwe spejjeż oħra direttament marbuta mal-pagamenti ta' salarji mġarrba u mħallsa mill-impjegatur, bħalma huma t-taxxi fuq l-impjieg u s-sigurtà soċjali inklużi l-pensjonijiet, kif kopert mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), dment li:

(i)

ikunu previsti f'xi dokument ta' impjieg jew bil-liġi;

(ii)

ikunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fid-dokument ta' impjieg u mal-prassi standard tal-pajjiż jew tal-organizzazzjoni fejn effettivament ikun qed jaħdem il-membru individwali tal-persunal jew mat-tnejn li huma; u

(iii)

ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati mill-impjegatur.

Fir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-pagamenti lil persuni fiżiċi li jaħdmu għas-sieħeb Interreg fil-qafas ta' kuntratt ħlief kuntratt tal-impjieg jew tax-xogħol jistgħu jiġu assimilati mal-pagamenti ta' salarji u tali kuntratt għandu jitqies bħala li hu dokument ta' impjieg.

3.   L-ispejjeż marbuta mal-persunal jistgħu jiġu rimborżati taħt kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, evidenzjati permezz tad-dokument ta' impjieg u tar-riċevuti tal-paga;

(b)

taħt l-għażliet ta' kostijiet issimplifikati kif stabbilit fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(c)

bħala rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż diretti minbarra l-ispejjeż marbuta mal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli; jew

(d)

bħala rata fis-siegħa skont l-Artikolu 55(2) sa (4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għal spejjeż diretti tal-persunal ta' individwi li jaħdmu fuq inkarigu full-time fuq l-operazzjoni jew għal individwi li jaħdmu fuq inkarigu part-time fuq l-operazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

4.   L-ispejjeż tal-persunal relatati ma' individwi li jkunu assenjati inkarigu part-time waqt operazzjoni jistgħu jkunu kkalkulati bħala kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

perċentwali fiss tal-ispiża ta' impjieg gross f'konformità mal-Artikolu 55(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060; jew

(b)

sehem flessibbli tal-ispiża tal-impjieg gross, f'konformità man-numru ta' sigħat li jvarjaw minn xahar għal ieħor, maħduma waqt l-operazzjoni, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni ta' ħin li tkopri 100 % tal-ħin tax-xogħol tal-impjegat.

5.   Għall-persunal impjegat skont il-punt (d) tal-paragrafu 1, ir-rata fis-siegħa għandha tiġi mmultiplikata bl-għadd ta' sigħat attwalment maħduma fuq l-operazzjoni abbażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin.

Artikolu 40

Spejjeż għall-uffiċċju u spejjeż amministrattivi

1.   L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:

(a)

il-kirja tal-uffiċċji;

(b)

l-assigurazzjoni u t-taxxi relatati mal-bini fejn ikun qiegħed il-persunal u mat-tagħmir tal-uffiċċji (bħal assigurazzjoni kontra n-nar jew kontra s-serq);

(c)

l-utilitajiet (bħall-elettriku, it-tisħin, l-ilma);

(d)

il-provvisti tal-uffiċċju;

(e)

kontabbiltà;

(f)

l-arkivji;

(g)

il-manutenzjoni, it-tindif u t-tiswijiet;

(h)

is-sigurtà;

(i)

is-sistemi tal-IT;

(j)

il-mezzi ta' komunikazzjoni (bħat-telefon, il-fax, l-Internet, is-servizzi postali, il-biljetti ta' kuntatt);

(k)

l-imposti bankarji għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kont jew kontijiet, meta l-implimentazzjoni ta' operazzjoni tkun tirrikjedi li jinfetaħ kont separat; u

(l)

l-imposti għal tranżazzjonijiet finanzjarji tranżnazzjonali.

2.   L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi jistgħu jiġu kkalkulati bħala perċentwali fiss tal-ispiża grossa tal-impjieg f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 41

Spejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni

1.   L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni, irrispettivament minn jekk tali spejjeż isirux u jitħallsux ġewwa jew barra ż-żona tal-programm, għandhom ikunu limitati għall-elementi ta’ spiża li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż ta' vvjaġġar (bħall-biljetti, l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u tal-karozzi, il-fjuwil, il-kilometraġġ, in-nollijiet, u l-miżati għall-parkeġġ);

(b)

l-ispejjeż tal-ikliet;

(c)

l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni;

(d)

l-ispejjeż tal-viża; u

(e)

l-allowances ta' kuljum.

2.   Kwalunkwe element ta’ spiża elenkat fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 li jkun kopert minn allowance ta' kuljum ma għandux jiġi rimborżat addizzjonalment għall-allowance ta' kuljum.

3.   L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni ta' esperti u fornituri tas-servizz esterni jaqgħu taħt l-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni elenkati fl-Artikolu 42.

4.   Il-pagament dirett ta' nefqa għal elementi ta’ spiża elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 minn impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat.

5.   L-ispejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti marbuta mal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli.

Artikolu 42

Spejjeż għal għarfien espert estern u għal servizzi esterni

L-ispejjeż għall-għarfien espert estern u għal servizzi esterni għandhom ikun limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju, u mis-sħab kollha tal-operazzjoni:

(a)

studji jew stħarriġ (bħal evalwazzjonijiet, strateġiji, dokumenti kunċettwali, pjanijiet ta' disinn, manwali);

(b)

taħriġ;

(c)

traduzzjonijiet;

(d)

l-iżvilupp, il-modifiki u l-aġġornamenti ta’ sistemi tal-IT u tas-sit web;

(e)

il-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar, l-oġġetti promozzjonali u l-attivitajiet jew l-informazzjoni marbuta ma' operazzjoni jew ma' programm bħala tali;

(f)

ġestjoni finanzjarja;

(g)

servizzi relatati mal-organizzazzjoni u mal-implimentazzjoni ta' avvenimenti jew laqgħat (inklużi l-kiri, il-forniment tal-ikel jew l-interpretazzjoni);

(h)

il-parteċipazzjoni f'avvenimenti (bħal miżati ta' reġistrazzjoni);

(i)

konsulenza legali u servizzi notarili, għarfien espert tekniku u finanzjarju, servizzi oħra ta' konsulenza u kontabbiltà;

(j)

drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(k)

verifiki skont il-punt (a) tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-Artikolu 46(1) ta' dan ir-Regolament;

(l)

spejjeż tal-funzjoni ta' kontabbiltà fil-livell ta' programm taħt l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament;

(m)

spejjeż ta’ awditjar fil-livell tal-programm taħt l-Artikoli 78 u 81 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u skont l-Artikoli 48 u 49 ta' dan ir-Regolament;

(n)

l-għoti ta' garanziji minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, fejn ikun mitlub mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew f'xi dokument ta' programmazzjoni adottat mill-kumitat ta' monitoraġġ;

(o)

l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni, il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz; u

(p)

għarfien espert u servizzi speċifiċi oħra meħtieġa għall-operazzjonijiet.

Artikolu 43

Spejjeż ta’ tagħmir

1.   L-ispejjeż ta’ tagħmir mixtri, mikri jew meħud taħt lease mill-benefiċjarju tal-operazzjoni, ħlief dawk koperti bl-Artikolu 40, għandhom ikunu limitati għal li ġejjin:

(a)

apparat tal-uffiċċju;

(b)

hardware u software tal-IT;

(c)

għamara u fittings;

(d)

apparat tal-laboratorju;

(e)

magni u strumenti,

(f)

għodod jew aġġeġġi;

(g)

vetturi; u

(h)

tagħmir speċifiku ieħor meħtieġ għall-operazzjonijiet.

2.   L-ispejjeż tax-xiri ta' tagħmir użat jistgħu jkunu eliġibbli bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tkun ingħatat ebda assistenza oħra għalih mill-fondi Interreg jew mill-fondi elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(b)

il-prezz tiegħu ma jaqbiżx il-prezz ġeneralment aċċettat fis-suq inkwistjoni; u

(c)

ikollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-operazzjoni u jkun konformi man-normi u mal-istandards applikabbli.

Artikolu 44

Spejjeż għall-infrastruttura u għal xogħlijiet

L-ispejjeż għall-infrastruttura u għal xogħlijiet għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(a)

ix-xiri tal-art f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(b)

permessi tal-bini;

(c)

materjal tal-bini;

(d)

ħaddiema; u

(e)

interventi speċjalizzati (bħar-remedjazzjoni tal-ħamrija, tneħħija ta’ mini).

KAPITOLU VI

AWTORITAJIET TAL-PROGRAMM INTERREG, IL-ĠESTJONI, IL-KONTROLL U L-AWDITJAR

Artikolu 45

Awtoritajiet ta' programm Interreg

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/1060, awtorità ta' ġestjoni unika u awtorità tal-awditjar unika.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità tal-awditjar għandhom ikunu lokalizzati fl-istess Stat Membru.

3.   Fir-rigward tal-programm transkonfinali PEACE PLUS, il-Korp Speċjali tal-Programmi tal-UE, fejn jiġi identifikat bħala l-awtorità ta' ġestjoni, għandu jkun kkunsidrat li huwa lokalizzat fi Stat Membru.

4.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE li jipparteċipaw fi programm Interreg jistgħu jidentifikaw REKT bħala awtorità ta' ġestjoni ta' dak il-programm.

5.   Fejn l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp jew korpi intermedji taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu 71(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-korp jew korpi intermedji għandhom iwettqu dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew, fejn applikabbli, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament, korp intermedjarju wieħed jew aktar jistgħu jwettqu dawk il-kompiti fi Stat Membru parteċipant wieħed biss jew, fejn applikabbli, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE fejn tali approċċ ikun ibbażat fuq strutturi eżistenti.

Artikolu 46

Funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni

1.   L-awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg għandha twettaq il-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72, 74 u 75 tar-Regolament (UE) 2021/1060, bl-eċċezzjoni tal-kompitu li tagħżel l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 72(1) u l-Artikolu 73 ta' dak ir-Regolament u, fejn il-funzjoni tal-kontabbiltà titwettaq minn korp differenti skont l-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament, ta' pagamenti lil benefiċjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dawn il-funzjonijiet għandhom jitwettqu madwar it-territorju kollu kopert minn dak il-programm, suġġett għad-derogi stabbiliti taħt il-Kapitolu VIII ta' dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u, fejn applikabbli, kwalunkwe pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fil-programm Interreg, għandha tistabbilixxi segretarjat konġunt, b'persunal billi titqies is-sħubija tal-programm.

Is-segretarjat konġunt għandu jassisti lill-awtorità ta' ġestjoni u lill-kumitat ta' monitoraġġ fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Is-segretarjat konġunt għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament taħt programmi Interreg u għandu jassisti lill-benefiċċjarji u lis-sħab fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.

Għall-programmi Interreg appoġġati wkoll minn strumenti ta' finanzjament estern mill-Unjoni, fergħa waħda jew aktar tas-segretarjat konġunt jistgħu jiġu stabbiliti f'pajjiż sieħeb wieħed jew aktar jew PTEE sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu eqreb tal-benefiċjarji potenzjali u s-sħab mill-pajjiż sieħeb jew PTEE, rispettivament.

3.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 45(5) ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri, u fejn applikabbli, il-pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, li jipparteċipaw fi programm Interreg, jistgħu jiddeċiedu li l-verifiki ta' ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom isiru permezz tal-identifikazzjoni minn kull Stat Membru ta' korp jew persuna responsabbli għal din il-verifika fit-territorju tiegħu (il-"kontrollur").

4.   Il-kontrolluri jistgħu jkunu l-istess korpi responsabbli għat-twettiq ta' tali verifiki għall-programmi taħt l-għan ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi jew, fil-każ ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għat-twettiq ta' verifiki kumparabbli skont l-istrumenti ta' politika esterna tal-Unjoni. Kwalunkwe kontrollur għandu jkun funzjonalment indipendenti mill-awtorità tal-awditjar jew minn kwalunkwe membru tal-grupp ta' awdituri.

5.   Fejn jiġi deċiż li l-verifiki ta' ġestjoni jsiru minn kontrolluri identifikati taħt il-paragrafu 4, l-awtorità ta' ġestjoni għandha taċċerta ruħha li l-infiq mill-benefiċjarji li jipparteċipaw f'operazzjoni jkun ġie vverifikat minn kontrollur identifikat.

6.   Kull Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE għandu jiżgura li n-nefqa ta' benefiċjarju tista' tiġi vverifikata fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tad-dokumenti mill-benefiċjarju kkonċernat.

7.   Kull Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE għandu jkun responsabbli għall-verifiki mwettqa fit-territorju tiegħu.

8.   Kull Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb u PTEE għandu jidentifika bħala kontrollur awtorità nazzjonali jew reġjonali jew korp privat jew persuna fiżika kif stabbilit fil-paragrafu 9.

9.   Fejn il-kontrollur li jwettaq il-verifiki ta' ġestjoni jkun korp privat jew persuna fiżika, dawk il-kontrolluri għandhom jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu membru ta' korp jew istituzzjoni kontabilistika jew tal-awditjar nazzjonali li min-naħa tagħha tkun membru tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC);

(b)

ikunu membru ta' korp jew istituzzjoni kontabilistika jew tal-awditjar nazzjonali mingħajr ma jkunu membru tal-IFAC, iżda jimpenjaw ruħhom li jwettqu l-verifiki tal-ġestjoni f'konformità mal-istandards u l-etika tal-IFAC;

(c)

ikunu rreġistrati bħala awditur statutorju fir-reġistru pubbliku ta' korp pubbliku ta' sorveljanza fi Stat Membru f'konformità mal-prinċipji tas-sorveljanza pubblika stabbiliti fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21); jew

(d)

ikunu rreġistrati bħala awditur statutorju fir-reġistru pubbliku ta' korp pubbliku ta' sorveljanza f'pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, dment li dan ir-reġistru jkun soġġett għall-prinċipji tas-sorveljanza pubblika kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat.

Artikolu 47

Il-funzjoni tal-kontabbiltà

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE li jipparteċipaw fi programm Interreg għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti biex titwettaq il-funzjoni tal-kontabbiltà.

2.   Il-funzjoni tal-kontabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għandha wkoll tkopri l-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni u, bħala regola ġenerali, il-pagamenti magħmula lis-sieħeb ewlieni f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 74(1) ta’ dak ir-Regolament .

Artikolu 48

Funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar

1.   L-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg għandha twettaq il-funzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 49 fit-territorju kollu kopert minn dak il-programm Interreg.

Fejn l-awtorità tal-awditjar ma jkollhiex l-awtorizzazzjoni fit-territorju kollu kopert minn programm ta' kooperazzjoni, din għandha tkun assistita minn grupp ta' awdituri magħmul minn rappreżentant minn kull Stat Membru, u, fejn applikabbli, minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, li jipparteċipa fil-programm Interreg. Kull Stat Membru u, fejn applikabbli, kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE għandu jkun responsabbli għall-awditi mwettqa fit-territorju tiegħu.

Kull rappreżentant minn kull Stat Membru u, fejn applikabbli, kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti fil-programm Interreg għandu jkun responsabbli li jipprovdi l-elementi fattwali marbuta man-nefqa fit-territorju tiegħu li jkunu meħtieġa mill-awtorità tal-awditjar sabiex titwettaq il-valutazzjoni tagħha.

Il-grupp ta' awdituri għandu jiġi stabbilit fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni li tapprova l-programm Interreg skont l-Artikolu 18. Għandu jfassal ir-regoli ta' proċedura tiegħu stess u jkun presedut mill-awtorità tal-awditjar għall-programm Interreg.

L-awdituri għandhom ikunu funzjonalment indipendenti mill-korpi u l-persuni reponsabbli għall-verifiki tal-ġestjoni taħt l-Artikolu 46(3).

2.   L-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg għandha tkun responsabbli li twettaq awditjar tas-sistema u awditjar fuq operazzjonijiet sabiex tipprovdi assigurazzjoni indipendenti lill-Kummissjoni li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll jiffunzjonaw b'mod effettiv u li n-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni hija legali u regolari.

3.   Fejn programm Interreg ikun inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni tagħżel kampjun komuni taħt l-Artikolu 49(1), l-awtorità tal-awditjar għandha twettaq awditjar ta' operazzjonijiet magħżula mill-Kummissjoni sabiex tipprovdi assigurazzjoni indipendenti lill-Kummissjoni li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw b'mod effettiv.

4.   Il-ħidma tal-awditjar għandha ssir f'konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

5.   L-awtorità tal-awditjar għandha tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni kull sena sal-15 ta' Frar wara tmiem is-sena ta' kontabbiltà opinjoni annwali tal-awditjar f'konformità mal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness XIX tar-Regolament (UE) 2021/1060 u bbażata fuq il-ħidma ta' awditjar kollha mwettqa, fejn ikunu koperti kull wieħed mill-komponenti li ġejjin:

(a)

il-kompletezza, il-veraċità u l-akkuratezza tal-kontijiet;

(b)

il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni; u

(c)

is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm Interreg.

Fejn il-programm Interreg ikun inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni tagħżel kampjun komuni taħt l-Artikolu 49(1), l-opinjoni annwali tal-awditjar għandha tkopri biss l-elementi msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-iskadenza tal-15 ta' Frar tista' tiġi estiża b'mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu, fuq il-bażi ta' komunikazzjoni mill-awtorità tal-awditjar.

6.   L-awtorità tal-awditjar għandha tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni kull sena sal-15 ta' Frar wara tmiem is-sena ta' kontabbiltà rapport ta' kontroll annwali f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament Finanzjarju bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness XX tar-Regolament (UE) 2021/1060 u, filwaqt li tappoġġa l-opinjoni tal-awditjar prevista fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u tistabbilixxi sommarju tas-sejbiet, tinkludi analiżi tan-natura u l-firxa ta' kwalunkwe żball u nuqqas fis-sistemi kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati u r-rata ta' żball totali u r-rata ta' żball residwu għan-nefqa li tirriżulta mniżżla fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni.

7.   Fejn il-programm Interreg ikun inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni tagħżel kampjun komuni taħt l-Artikolu 49(1), l-awtorità tal-awditjar għandha tfassal billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness XX għar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament Finanzjarju u tappoġġa l-opinjoni ta' awditjar prevista fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Dak ir-rapport għandu jipprovdi sommarju tas-sejbiet, inkluż analiżi tan-natura u l-firxa ta' kwalunkwe żball u nuqqas fis-sistemi kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati, ir-riżultati tal-awditjar tal-operazzjonijiet imwettqa mill-awtorità tal-awditjar fir-rigward tal-kampjun komuni msemmi fl-Artikolu 49(1) u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg fir-rigward ta’ kwalunkwe irregolarità individwali misjuba mill-awtorità tal-awditjar għal dawn l-operazzjonijiet.

8.   L-awtorità tal-awditjar għandha tittrażmetti rapporti ta' awditjar tas-sistema lill-Kummissjoni hekk kif il-proċedura kontradittorja meħtieġa mal-awditjati rilevanti tkun konkluża.

9.   Il-Kummissjoni u l-awtorità tal-awditjar għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari u tal-anqas darba fis-sena, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor, biex jeżaminaw l-istrateġija tal-awditjar, ir-rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar, jikkoordinaw il-pjanijiet u l-metodi tagħhom ta' awditjar u jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mat-titjib tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll.

Artikolu 49

Awditjar tal-operazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel kampjun komuni ta' operazzjonijiet, jew unitajiet oħra ta' kampjunar, bl-użu ta' metodu statistiku ta' teħid ta' kampjuni għall-awditjar ta' operazzjonijiet li għandu jitwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar għall-programmi Interreg li jirċievu appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni fir-rigward ta' kull sena kontabilistika.

Il-kampjun komuni għandu jkun rappreżentattiv tal-programmi Interreg kollha li jikkostitwixxu l-popolazzjoni.

Għall-finijiet tal-għażla tal-kampjun komuni, il-Kummissjoni tista' tistratifika gruppi ta' programmi Interreg skont ir-riskji speċifiċi tagħhom.

2.   L-awtoritajiet tal-programm għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-għażla ta' kampjun komuni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu wara t-tmiem ta' kull sena kontabilistika.

Dik l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata f'format elettroniku standardizzat, għandha tkun kompleta u għandha tirrikonċilja man-nefqa dikjarata lill-Kummissjoni għas-sena kontabilistika ta' referenza.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jitwettaq l-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 48(2), l-awtoritajiet tal-awditjar għal programmi Interreg koperti mill-kampjun komuni ma għandhomx iwettqu awditjar addizzjonali ta' operazzjonijiet taħt dawk il-programmi, sakemm ma jkunux mitluba jagħmlu dan mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu jew f'każijiet fejn awtorità tal-awditjar tkun identifikat riskji speċifiċi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma l-awtoritajiet tal-awditjar tal-programmi Interreg ikkonċernati dwar il-kampjun komuni magħżul f’ħin biżżejjed biex tippermetti lil dawn l-awtoritajiet iwettqu l-awditjar tal-operazzjonijiet, b'mod ġenerali, sal-1 ta' Settembru wara t-tmiem ta' kull sena kontabilistika.

5.   L-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati għandhom jippreżentaw l-informazzjoni dwar ir-riżultati ta' dan l-awditjar kif ukoll dwar kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja meħuda fir-rigward ta' irregolaritajiet individwali misjuba, sa mhux aktar tard milli fir-rapporti annwali ta' kontroll li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48(6) u (7).

6.   Wara l-valutazzjoni tagħha tar-riżultati ta' awditjar tal-operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkalkula rata ta' żball globali estrapolata fir-rigward tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, għall-finijiet tal-proċess ta' assigurazzjoni tagħha stess.

7.   Fejn ir-rata ta' żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 2 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula rata ta' żball globali residwu, billi tieħu kont tal-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet rispettivi tal-programm Interreg għal irregolaritajiet individwali misjuba mill-awditjar tal-operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1.

8.   Fejn ir-rata ta' żball residwu globali msemmija fil-paragrafu 7 tkun aktar minn 2 % tan-nefqa ddikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk jeħtieġx li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg speċifiku jew grupp ta' programmi Interreg l-iktar affettwati biex twettaq ħidma ta' awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta' żball u jiġu valutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba.

9.   Abbażi tal-valutazzjoni tar-riżultati tal-ħidma ta' awditjar addizzjonali mitluba skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' titlob li jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali fuq il-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba. F'tali każijiet, l-awtoritajiet tal-programm Interreg għandhom iwettqu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

10.   Kull awtorità tal-awditjar ta' programm Interreg li għalih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun nieqsa jew mhux kompleta jew ma ġietx ippreżentata sal-iskadenza stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu għandha twettaq eżerċizzju separat tat-teħid ta' kampjuni għall-programm Interreg rispettiv f'konformità mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

KAPITOLU VII

ĠESTJONI FINANZJARJA

Artikolu 50

Impenji baġitarji

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-programmi Interreg skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa biex jikkostitwixxu deċiżjonijiet ta' finanzjament fis-sens tal-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-FEŻR u l-appoġġ minn strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża.

Artikolu 51

Pagamenti u prefinanzjament

1.   Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm Interreg għandhom jitħallsu, f'konformità mal-Artikolu 47(2), f'kont uniku mingħajr ebda subkont nazzjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħallas prefinanzjament ibbażat fuq l-appoġġ totali minn kull fond Interreg, kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova kull programm Interreg taħt l-Artikolu 18, suġġett għad-disponibbiltà ta' fondi, f'pagamenti annwali kif ġej u qabel l-1 ta' Lulju tas-snin 2022 sa 2026, jew, is-sena tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni, sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li dik id-deċiżjoni tiġi adottata:

(a)

2021: 1 %;

(b)

2022: 1 %;

(c)

2023: 3 %;

(d)

2024: 3 %;

(e)

2025: 3 %;

(f)

2026: 3 %.

3.   Fejn il-programmi Interreg ikunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III-CBC u fejn il-kontribuzzjoni mill-FEŻR tkun 50 % jew inqas tal-allokazzjoni totali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tħallas prefinanzjament f'konformità mad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament tal-IPA III.

4.   Fejn il-programmi Interreg ikunu appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI, jew mill-FEŻR u l-NDICI kif ukoll l-IPA III, u fejn il-kontribuzzjoni mill-FEŻR tkun 50 % jew inqas tal-allokazzjoni totali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tħallas prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2021/947, b'kont meħud tal-ħtiġijiet finanzjarji attwali.

L-Artikoli 96 u 97 tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prefinanzjament taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

5.   L-ammont imħallas bħala prefinanzjament għandu jiġi approvat mill-kontijiet tal-Kummissjoni kull sena għall-2021 u l-2022 u mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali għall-2023 u s-snin sussegwenti kif ukoll għall-ammonti mħallsa bħala prefinanzjament stabbiliti taħt il-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 52

Irkupri

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont imħallas bħala riżultat ta' irregolarità jkun irkuprat mis-sieħeb ewlieni jew uniku. Is-sħab għandhom iħallsu lura lis-sieħeb ewlieni kwalunkwe ammont imħallas indebitament.

2.   L-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE li jipparteċipaw fi programm Interreg partikolari jistgħu jiddeċiedu li s-sieħeb ewlieni jew uniku u l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm ma jkunux obbligati jirkupraw ammont imħallas indebitament li ma jaqbiżx EUR 250, esklużi l-interessi, f'kontribuzzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-fondi Interreg għal operazzjoni f'sena kontabilistika.

L-ebda informazzjoni ma teħtieġ li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni aktar mill-informazzjoni li ttieħdet deċiżjoni taħt l-ewwel subparagrafu.

3.   Fejn is-sieħeb ewlieni ma jirnexxilux jiggarantixxi l-pagament lura minn sħab oħra jew fejn l-awtorità ta' ġestjoni ma jirnexxilhiex tiggarantixxi l-pagament lura mis-sieħeb ewlieni jew uniku, l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE li fit-territorju tiegħu jinsab is-sieħeb ikkonċernat jew, fil-każ ta' REKT, ikun irreġistrat, għandu jirrimborża lill-awtorità ta' ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil dak is-sieħeb. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, f'konformità mat-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE parteċipanti stipulat fil-programm Interreg.

4.   Ladarba l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jkun ħallas lura lill-awtorità ta' ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas lura indebitament lil sieħeb, huwa jista' jkompli jew jibda proċedura ta' rkupru kontra dak is-sieħeb taħt il-liġi nazzjonali tiegħu. F'każ ta' rkupru b'suċċess, l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jista' juża dawk l-ammonti għall-kofinanzjament nazzjonali tal-programm Interreg ikkonċernat. L-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE ma għandu jkollu ebda obbligi ta' rappurtar lejn l-awtoritajiet tal-programm, il-kumitat ta' monitoraġġ jew il-Kummissjoni fir-rigward ta' tali rkupri nazzjonali.

5.   Fejn Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jkun ħallas lura lill-awtorità ta' ġestjoni l-ebda ammont imħallas lura indebitament lil sieħeb skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, dawk l-ammonti għandhom jiġu soġġetti għal ordni ta' rkupru maħruġa mill-Kummissjoni li għandha tiġi eżegwita, fejn possibbli, billi jitpaċew l-ammonti lill-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE, rispettivament. Tali rkupru ma għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR jew kwalunkwe strument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għall-programm Interreg rispettiv. L-ammont irkuprat għandu jikkostitwixxi dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-rigward ta' ammonti mhux imħallsa lura lill-awtorità ta' ġestjoni minn Stat Membru, it-tpaċija għandha tikkonċerna pagamenti sussegwenti lill-istess programm Interreg. L-awtorità ta' ġestjoni għandha mbagħad tpaċi fir-rigward ta' dak l-Istat Membru f'konformità mat-tqassim ta' responsabbiltajiet fost l-Istati Membri parteċipanti stabbilit fil-programm Interreg f'każ ta' korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità ta' ġestjoni jew mill-Kummissjoni.

Fir-rigward ta' ammonti mhux imħallsa lura lill-awtorità ta' ġestjoni minn pajjiż terz, pajjiż sieħebb jew PTEE, it-tpaċija għandha tikkonċerna pagamenti sussegwenti lil programmi taħt l-istrumenti ta' finanzjament estern rispettivi tal-Unjoni.

KAPITOLU VIII

PARTEĊIPAZZJONI TA' PAJJIŻI TERZI JEW PAJJIŻI SĦAB, PTEE, JEW ORGANIZZAZZJONIJIET TA' INTEGRAZZJONI U KOOPERAZZJONI REĠJONALI FI PROGRAMMI INTERREG TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 53

Dispożizzjonijiet applikabbli

Il-Kapitoli I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-programm transkonfinali PEACE PLUS u għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE kif ukoll organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali appoġġati minn strumenti ta' finanzjament estern mill-Unjoni fi programmi Interreg, soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 54

Awtoritajiet ta' programmi Interreg u l-funzjonijiet tagħhom

1.   Kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw awtorità nazzjonali jew reġjonali bħala punt ta' kuntatt għall-awtorità ta' ġestjoni (il-"punt ta' kuntatt").

2.   Il-punt ta' kuntatt, korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 36(1), jew l-uffiċċju jew uffiċċji tal-fergħa, għandhom jappoġġaw lill-awtorità ta' ġestjoni u s-sħab fil-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE rispettiv fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 36 (2) sa (6).

Artikolu 55

Metodi ta' ġestjoni

1.   Il-programmi Interreg A appoġġati kemm mill-FEŻR kif ukoll l-IPA III-CBC jew l-NDICI-CBC għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew pajjiż sieħeb parteċipanti.

Il-programm transkonfinali PEACE PLUS għandu jkun implimentat taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Irlanda kif ukoll fir-Renju Unit.

2.   Il-programmi Interreg B u C li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed, jew aktar, mill-istrument ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiżi terz, pajjiż sieħeb, PTEE parteċipanti jew, f'dak li jirrigwarda l-Interreg D, fi kwalunkwe PTEE, irrispettivament minn jekk dak il-PTEE jirċevix jew le appoġġ taħt wieħed, jew aktar, mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

3.   Il-programmi Interreg D li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u wieħed, jew aktar, mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe mod li ġej:

(a)

taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti;

(b)

taħt ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti fir-rigward ta' nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet minn wieħed, jew aktar, mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti taħt ġestjoni indiretta;

(c)

taħt ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE parteċipanti.

Fejn programm Interreg D kollu, jew parti minnu, jiġi implimentat taħt ġestjoni indiretta, għandu japplika l-Artikolu 61.

Artikolu 56

Eliġibbiltà

1.   B'deroga mill-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni jekk din tkun iġġarrbet u tħallset fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet Interreg mill-1 ta' Jannar 2021 jew mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm, skont liema data tiġi l-ewwel, iżda tista' tintalab mill-programm wara d-data meta ġie konkluż il-ftehim ta' finanzjament mal-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE rispettiv.

Madankollu, in-nefqa għall-assistenza teknika ġestita mill-awtoritajiet tal-programm li jinsabu fi Stat Membru tista' diġà tintalab mill-programm qabel id-data meta jkun ġie konkluż il-ftehim ta' finanzjament mal-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE rispettiv.

2.   Fejn programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet abbażi ta' sejħiet għal proposti, tali sejħiet jistgħu jinkludu applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni minn strumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, anki fejn is-sejħiet tnedew u l-operazzjonijiet intgħażlu qabel ma ġie konkluż il-ftehim ta' finanzjament rilevanti.

L-awtorità ta' ġestjoni tista' tipprovdi d-dokument previst fl-Artikolu 22(6) qabel ma ġie konkluż il-ftehim ta' finanzjament rilevanti.

Artikolu 57

Proġetti infrastrutturali kbar

1.   Il-programmi Interreg taħt dan il-Kapitolu jistgħu jappoġġaw proġetti infrastrutturali kbar jiġifieri operazzjonijiet li jinkludu sett ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi intenzjonati biex jissodisfaw funzjoni indiviżibbli ta' natura preċiża li jsegwu objettivi identifikati b'mod ċar ta' interess komuni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' investimenti li jħallu impatt u benefiċċji transkonfinali u fejn sehem minn baġit ta' kost totali ta' mill-anqas EUR 2 500 000 miljun ikun allokat għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' infrastruttura.

2.   Kull benefiċjarju li jimplimenta proġett infrastrutturali kbir jew parti minnu għandu japplika r-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku.

3.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm Interreg rilevanti għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' proġetti infrastrutturali kbar ippjanati li tindika l-isem, il-post, il-baġit u s-sieħeb ewlieni prospettivi tagħhom. Dik il-lista għandha tintbagħat bħala dokument separat meta ssir it-trażmissjoni tal-kopja ffirmata tal-ftehim ta' finanzjament jew kopja tal-ftehim dwar l-implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 59 lill-Kummissjoni jew mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa tal-kumitat ta' monitoraġġ jew, jekk applikabbli, tal-kumitat ta' tmexxija li jagħżel l-ewwel wieħed mill-proġetti infrastrutturali kbar previsti.

4.   Fejn l-għażla ta' proġett infrastrutturali kbir wieħed jew aktar tkun fuq l-aġenda ta' kumitat ta' monitoraġġ jew, fejn applikabbli, laqgħa tal-kumitat ta' tmexxija, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tibgħat dokument kunċettwali għal kull tali proġett lill-Kummissjoni, għall-informazzjoni, sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta' massimu ta' tliet paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom. Jekk id-dokument kunċettwali dwar proġett infrastrutturali kbir wieħed jew aktar ma jintbagħatx lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista' titlob li l-president tal-kumitat ta' monitoraġġ jew tal-kumitat ta' tmexxija ineħħi l-proġetti kkonċernati mill-aġenda tal-laqgħa.

Artikolu 58

Akkwist

1.   Fejn l-implimentazzjoni ta' operazzjoni teħtieġ l-akkwist ta' kuntratti ta' servizzi, provvisti jew xogħlijiet minn benefiċjarju, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

fejn il-benefiċjarju jinsab fi Stat Membru u huwa awtorità kontraenti jew entità kontraenti fis-sens tal-liġi applikabbli tal-Unjoni għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku, huwa għandu japplika liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali;

(b)

fejn il-benefiċjarju huwa awtorità pubblika ta' pajjiż sieħeb taħt IPA III jew NDICI li l-kofinanzjament tiegħu jiġi trasferit lill-awtorità ta' ġestjoni, huwa jista' japplika liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, dment li l-ftehim ta' finanzjament jippermetti dan u li l-kuntratt jingħata lill-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus, jew kif adatt, lill-offerta li toffri l-prezz l-aktar baxx, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interessi.

2.   Għall-għoti ta' prodotti, xogħlijiet jew servizzi fil-każijiet kollha ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-proċeduri ta' akkwist previsti fl-Artikoli 178 u 179 tar-Regolament Finanzjarju u l-punti minn 36 sa 41 tal-Kapitolu 3 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

Artikolu 59

Konklużjoni ta' ftehimiet ta' finanzjament taħt ġestjoni kondiviża

1.   Sabiex jiġi implimentat programm Interreg f'pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, f'konformità mal-Artikolu 112(4) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jiġi konkluż ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni, u kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti rappreżentat f'konformità mal-qafas legali nazzjonali tiegħu.

2.   Kwalunkwe ftehim ta' finanzjament għandu jiġi konkluż sal-31 ta' Diċembru tas-sena wara s-sena meta sar l-ewwel impenn baġitarju u għandu jitqies li huwa konkluż fid-data meta tkun iffirmatu l-aħħar parti.

Kwalunkwe ftehim ta' finanzjament għandu jidħol fis-seħħ f’waħda jew l-oħra mid-dati li ġejjin:

(a)

meta tkun iffirmatu l-aħħar parti; jew

(b)

meta l-pajjiż terz jew sieħeb jew il-PTEE jkun lesta l-proċedura meħtieġa għar-ratifika f’konformità mal-qafas legali nazzjonali tiegħu u jkun informa lill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-abbozz tal-ftehim ta' finanzjament meta tapprova l-programm estern.

Fejn programm Interreg jinvolvi aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed, tal-anqas ftehim ta' finanzjament wieħed għandu jiġi konkluż miż-żewġ partijiet qabel id-data speċifikata fil-paragrafu 2. Il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE l-oħra jistgħu jiffirmaw il-ftehimiet ta' finanzjament rispettivi tagħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tat-tieni sena wara s-sena meta sar l-ewwel impenn tal-baġit.

4.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm Interreg rilevanti:

(a)

jista' wkoll jiffirma l-ftehim ta' finanzjament; jew

(b)

għandu jiffirma, mingħajr dewmien, ftehim dwar l-implimentazzjoni ma' kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti f'dak il-programm Interreg li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja tiegħu.

5.   Ftehim dwar l-implimentazzjoni ffirmat skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu tal-anqas ikopri l-elementi li ġejjin:

(a)

arranġamenti dettaljati għall-pagamenti;

(b)

il-ġestjoni finanzjarja;

(c)

iż-żamma ta' rekords;

(d)

obbligi ta' rappurtar;

(e)

verifiki, kontrolli u awditjar; u

(f)

irregolaritajiet u rkupri.

6.   Fejn l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm Interreg jiddeċiedi li jiffirma l-ftehim ta' finanzjament skont il-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, dak il-ftehim ta' finanzjament għandu jitqies bħala li huwa għodda għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u mhux ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 216 sa 219 TFUE.

Artikolu 60

Kontribuzzjoni ta' pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ħlief kofinanzjament

1.   Fejn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE jittrasferixxi lill-awtorità ta' ġestjoni kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ tal-programm Interreg, ħlief il-kofinanzjament tiegħu tal-appoġġ tal-Unjoni għall-programm Interreg, ir-regoli dwar dik il-kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jinsabu fid-dokument li ġej:

(a)

fejn l-Istat Membru kkonċernat jiffirma l-ftehim ta' finanzjament skont il-punt (a) tal-Artikolu 59(4), f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

parti distinta ta' dak il-ftehim ta' finanzjament; jew

(ii)

fi ftehim dwar l-implimentazzjoni separat jew iffirmat bejn l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni u l-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE inkella direttament bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE; u

(b)

fejn l-Istat Membru kkonċernat jiffirma ftehim dwar l-implimentazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 59(4), f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

parti distinta ta' dak il-ftehim dwar l-implimentazzjoni; jew

(ii)

ftehim addizzjonali dwar l-implimentazzjoni ffirmat bejn l-istess partijiet imsemmija fil-punt (a).

Għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu, it-taqsimiet tal-ftehim dwar l-implimentazzjoni jistgħu, fejn applikabbli, ikopru kemm il-kontribuzzjoni finanzjarja trasferita kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għall-programm Interreg.

2.   Ftehim dwar l-implimentazzjoni previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu tal-anqas ikun fih l-elementi dwar il-kofinanzjament tal-pajjiż terz, tal-pajjiż sieħeb jew tal-PTEE elenkati fl-Artikolu 59(5).

Barra minn hekk, għandu jistabbilixxi t-tnejn li ġejjin:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali; u

(b)

l-użu intenzjonat u l-kondizzjonijiet għall-użu tiegħu, inkluż il-kondizzjonijiet għall-applikazzjonijiet għal dik il-kontribuzzjoni addizzjonali.

3.   Fir-rigward tal-programm transkonfinali PEACE PLUS, il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet tal-Unjoni mir-Renju Unit fil-forma ta' dħul assenjat estern kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju għandha tagħmel parti mill-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-Intestatura 2 ''Koeżjoni u Valuri'', sottolimitu ''Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali''.

Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għal ftehim ta' finanzjament speċifiku mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni u r-Renju Unit kif ukoll l-Irlanda għandhom ikunu partijiet għal dan il-ftehim ta' finanzjament speċifiku.

Il-ftehim ta' finanzjament speċifiku għandu jiġi konkluż qabel il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm, biex b'hekk jippermetti lill-Korp Speċjali tal-Programmi tal-UE biex japplika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tkun applikabbli għall-implimentazzjoni tal-programm.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ĠESTJONI INDIRETTA

Artikolu 61

Kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi

1.   Fejn, bil-ftehim bejn l-Istat Membru u r-reġjuni kkonċernati, parti jew it-totalità ta' programm ta' Interreg D tiġi implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 55(3) ta’ dan ir-Regolament, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluż l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm Interreg ikkonċernat.

2.   F'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 154(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma teħtieġx valutazzjoni ex ante kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu meta l-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) ta’ dak ir-Regolament ikunu fdati lil awtorità ta' ġestjoni ta' programm Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati skont l-Artikolu 45(1) ta' dan ir-Regolament u f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

3.   Fejn il-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jkunu fdati lil organizzazzjoni ta’ Stat Membru, għandu japplika l-Artikolu 157 ta’ dak ir-Regolament.

4.   Fejn programm jew azzjoni kofinanzjata minn strument ta' finanzjament estern wieħed jew aktar tiġi implimentata minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb, PTEE jew xi korp ieħor elenkat fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/947 jew fid-Deċiżjoni 2013/755/UE, jew it-tnejn li huma, għandhom japplikaw ir-regoli rilevanti ta' dawn l-istrumenti.

Il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' parti minn programm Interreg tal-fergħa D taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 55(3) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu definiti permezz ta’ ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni jew l-Istat Membru tagħha, u l-korp fdat.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 62

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 16(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-1 ta’ Lulju 2021.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 16(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 63

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 115(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 64

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew kwalunkwe att adottat taħt dak ir-Regolament għandu jkompli japplika għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Artikolu 65

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 116.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 137.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (ĠU C 108, 26.3.2021, p. 247) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-27 ta' Mejju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ara paġna 159 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (ara paġna 60 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(8)  Ir-Regolament (UE) .../947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – l-Ewropa Globali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(14)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(15)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(19)  Id-Direttiva 2001/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(21)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).


ANNESS

IL-MUDELL GĦALL-PROGRAMMI INTERREG

CCI

[15-il karattru]

Titolu

[255]

Verżjoni

 

L-ewwel sena

[4]

L-aħħar sena

[4]

Eliġibbli minn

 

Eliġibbli sa

 

Numru tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Numru tad-deċiżjoni tal-emendar tal-programm

[20]

Data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-emendar tal-programm

 

Reġjuni NUTS koperti mill-programm

 

Fergħa

 

1.

Strateġija komuni tal-programm: l-isfidi u r-risposti politiċi ewlenin għall-iżvilupp

1.1.

Żona tal-programm (mhux meħtieġ għall-programmi Interreg C)

Referenza: il-punt (a) tal-Artikolu 17(3), il-punt (a) tal-Artikolu 17(9)

Kaxxa tat-test [2 000]

1.2.

Strateġija komuni tal-programm: Sommarju tal-isfidi konġunti ewlenin, filwaqt li jittieħed kont tad-disparitajiet kif ukoll l-inugwaljanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali, il-ħtiġijiet ta' investiment konġunt u komplementari u s-sinerġiji ma' forom oħra ta' programmi u strumenti ta' finanzjament, it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-imgħoddi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar fejn iż-żona tal-programm kollha kemm hi jew parzjalment hija koperta minn strateġija waħda jew aktar.

Referenza: il-punt (b) tal-Artikolu 17(3), il-punt (b) tal-Artikolu 17(9)

Kaxxa tat-test [50 000]

1.3.

Ġustifikazzjoni għall-għażla tal-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi għall-Interreg, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi u l-forom ta' appoġġ, li tindirizza, fejn adatt, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transkonfinali

Referenza: il-punt (c) tal-Artikolu 17(3)

Tabella 1

Objettiv ta' politika magħżul jew objettiv magħżul speċifiku għall-Interreg

Objettiv speċifiku magħżul

Prijorità

Ġustifikazzjoni għall-għażla

 

 

 

[2 000 għal kull objettiv]

2.

Prijoritajiet [300]

Referenza: il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 17(3)

2.1

Titolu tal-prijorità (ripetut għal kull prijorità)

Referenza: il-punt (d) tal-Artikolu 17(3)

Kaxxa tat-test: [300]

2.1.1.

Objettiv speċifiku (ripetut għal kull objettiv speċifiku magħżul)

Referenza: il-punt (e) tal-Artikolu 17(3)

Kaxxa tat-test: [300]

2.1.2.

Tipi ta' azzjoni relatati, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn adatt

Referenza: il-punt (e)(i) tal-Artikolu 17(3), il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 17(9)

Kaxxa tat-test [7 000]

Għall-programmi INTERACT u ESPON:

Referenza: il-punt (c)(i) tal-Artikolu 17(9)

Id-definizzjoni ta' benefiċjarju uniku jew lista limitata ta' benefiċjarji u l-proċedura tal-għoti

Kaxxa tat-test [7 000]

2.1.3.

Indikaturi

Referenza: il-punt (e)(ii) tal-Artikolu 17(3), il-punt (c)(iii) tal-Artikolu 17(9)

Tabella 2

Indikaturi tal-output

Prijorità

Objettiv speċifiku

ID

[5]

Indikatur

Unità tal-kejl

[255]

Stadju importanti (2024)

[200]

Mira finali (2029)

[200]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 3

Indikaturi tar-riżultati

Prijorità

Objettiv speċifiku

ID

Indikatur

Unità tal-kejl

Linja bażi

Sena ta' referenza

Mira finali (2029)

Sors tad-data

Kummenti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.1.4.

Gruppi mmirati ewlenin

Referenza: il-punt (e)(iii) tal-Artikolu 17(3), il-punt (c)(iv) tal-Artikolu 17(9)

Kaxxa tat-test [7 000]

2.1.5.

Indikazzjoni tat-territorji speċifiċi mmirati, inkluż l-użu ppjanat tal-ITI, is-CLLD jew għodod territorjali oħra

Referenza: il-punt (e)(iv) tal-Artikolu 17(3)

Kaxxa tat-test [7 000]

2.1.6.

L-użu ppjanat ta' strumenti finanzjarji

Referenza: il-punt (e)(v) tal-Artikolu 17(3)

Kaxxa tat-test [7 000]

2.1.7.

Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm tal-UE skont it-tip ta' intervent

Referenza: il-punt (e)(vi) tal-Artikolu 17(3), il-punt (c)(v) tal-Artikolu 17(9)

Tabella 4

Dimensjoni 1 – qasam tal-interventi

Nru tal-prijorità

Fond

Objettiv speċifiku

Kodiċi

Ammont (EUR)

 

 

 

 

 


Tabella 5

Dimensjoni 2 – forma ta' finanzjament

Nru tal-prijorità

Fond

Objettiv speċifiku

Kodiċi

Ammont (EUR)

 

 

 

 

 


Tabella 6

Dimensjoni 3 — mekkaniżmu ta' kunsinna territorjali u enfasi territorjali

Nru tal-prijorità

Fond

Objettiv speċifiku

Kodiċi

Ammont (EUR)

 

 

 

 

 

3.

Pjan ta' finanzjament

Referenza: il-punt (f) tal-Artikolu 17(3)

3.1

Approprjazzjonijiet finanzjarji skont is-sena

Referenza: il-punt (g)(i) tal-Artikolu 17(3), il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 17(4)

Tabella 7

Fond

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

FEŻR

(mira tal-kooperazzjoni territorjali)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III-CBC (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI-CBC (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PTEE (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

Fondi Interreg (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2

Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u kofinanzjament nazzjonali

Referenza: il-punt (f)(ii) tal-Artikolu 17(3), il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 17(4)

Tabella 8

L-objettiv ta’ politika Nru

Prijorità

Fond

(kif applikabbli)

Bażi għall-kalkolu tal-appoġġ tal-UE (kost eliġibbli totali jew kontribuzzjoni pubblika)

Kontribuzzjoni tal-UE

(a)=(a1)+(a2)

Tqassin indikattiv tal-kontribuzzjoni tal-UE

Kontribuzzjoni nazzjonali

(b)=(c)+(d)

Tqassim indikattiv tal-kontroparti nazzjonali

Total

(e)=(a)+(b)

Rata ta' kofinanzjament

(f)=(a)/(e)

Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi terzi

(għall-informazzjoni)

mingħajr l-AT taħt l-Artikolu 27(1) (a1)

għall-AT taħt l-Artikolu 27(1)

(a2)

Pubbliku nazzjonali

(c)

Privat nazzjonali

(d)

 

Prijorità 1

FEŻR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III-CBC (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI-CBC (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PTEE (7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fondi Interreg (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità 2

(fondi bħal ta' hawn fuq)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

Il-fondi kollha

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FEŻR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III-CBC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI-CBC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PTEE

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fondi Interreg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

Il-fondi kollha

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

L-azzjoni meħuda biex jiġu involuti s-sħab tal-programmi rilevanti fit-tħejjija tal-programm Interreg u r-rwol ta' dawk is-sħab tal-programmi fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

Referenza: il-punt (g) tal-Artikolu 17(3)

Kaxxa tat-test [10 000]

5.

L-approċċ għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-programm Interreg (l-objettivi, l-udjenzi mmirati, il-kanali ta' komunikazzjoni, inkluża sensibilizzazzjoni permezz tal-media soċjali, fejn adatt, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni)

Referenza: il-punt (h) tal-Artikolu 17(3)

Kaxxa tat-test [4 500]

6.

Indikazzjoni ta' appoġġ għal proġetti fuq skala żgħira, inkluż proġetti żgħar fi ħdan fondi għal proġetti żgħar

Referenza: il-punt (i) tal-Artikolu 17(3), l-Artikolu 24

Kaxxa tat-test [7 000]

7.

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

7.1.

L-awtoritajiet tal-programmi

Referenza: il-punt (a) tal-Artikolu 17(6)

Tabella 9

L-awtoritajiet tal-programmi

Isem l-istituzzjoni [255]

Isem il-persuna ta' kuntatt [200]

Indirizz elettroniku [200]

Awtorità ta' ġestjoni

 

 

 

Awtorità nazzjonali (għal programmi ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab parteċipanti, jekk adatt)

 

 

 

Awtorità tal-awditjar

 

 

 

Rappreżentanti tal-grupp ta' awdituri

 

 

 

Il-korp li lilu għandhom isiru l-pagamenti mill-Kummissjoni

 

 

 

7.2.

Proċedura għall-istabbiliment tas-segretarjat konġunt

Referenza: il-punt (b) tal-Artikolu 17(6)

Kaxxa tat-test [3 500]

7.3

It-tqassim ta' responsabbiltajiet fost l-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi jew sħab u l-PTEE, f'każ ta' korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità ta' ġestjoni jew mill-Kummissjoni

Referenza: il-punt (c) tal-Artikolu 17(6)

Kaxxa tat-test [10 500]

8.

L-użu ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa, rati fissi u finanzjament mhux marbutin mal-kostijiet

Referenza: l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (UE) 2021/1060 (RDK, Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni)

Tabella 10

L-użu ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa, rati fissi u finanzjament mhux marbutin mal-kostijiet

L-użu maħsub tal-Artikoli 94 u 95

IVA

LE

Mal-adozzjoni, il-programm ser jagħmel użu minn rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni abbażi ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa u rati fissi taħt prijorità skont l-Artikolu 94 tar-RDK (jekk iva, imla l-Appendiċi 1)

Mal-adozzjoni, il-programm ser jagħmel użu minn rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni abbażi ta' finanzjament mhux marbut mal-kostijiet skont l-Artikolu 95 tar-RDK (jekk iva, imla l-Appendiċi 2)

Mappa

Mappa taż-żona tal-programm


(1)  Interreg A, kooperazzjoni transkonfinali esterna.

(2)  Interreg B u C.

(3)  Interreg B, C u D.

(4)  FEŻR, IPA III, NDICI jew PTEE, fejn għal ammont uniku taħt Interreg B u C.

(5)  Interreg A, kooperazzjoni transkonfinali esterna.

(6)  Interreg B u C.

(7)  Interreg B, C u D.

(8)  FEŻR, IPA III, NDICI jew PTEE, fejn għal ammont uniku taħt Interreg B u C.


Appendiċi 1

Kontribuzzjoni tal-Unjoni abbażi ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa u rati fissi

Il-mudell għall-preżentazzjoni tad-data għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni

(Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2021/1060 (RDK))

Data ta' preżentazzjoni tal-proposta

 

 

 

Din l-Appendiċi mhijiex meħtieġa meta jintużaw għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fil-livell tal-UE stabbiliti mill-att delegat imsemmi fl-Artikolu 94(4) tar-RDK.

A.   Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Objettiv speċifiku

Proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha ser tiġi applikata l-għażla ta’ kost issimplifikat f'%

Tip jew tipi ta' operazzjoni koperti

L-indikatur li jattiva r-rimborż

Unità ta' kejl għall-indikatur

Tip ta' għażla ta’ kost issimplifikat (skala standard ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa jew rati fissi)

Ammont (f’EUR) jew perċentwal (fil-każ ta’ rati fissi) tal-għażla ta’ kost issimplifikat

 

 

 

 

Kodiċi (1)

Deskrizzjoni

Kodiċi (2)

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Dettalji skont it-tip ta' operazzjoni (għandha timtela għal kull tip ta' operazzjoni)

L-awtorità ta' ġestjoni rċeviet appoġġ minn kumpanija esterna biex tistabbilixxi l-kostijiet simplifikati ta' hawn taħt?

 

 

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema kumpanija esterna:

Iva/Le – Isem il-kumpanija esterna


1.1

Deskrizzjoni tat-tip ta' operazzjoni inkluża skeda kronoloġika għall-implimentazzjoni (3)

 

1.2

Objettiv speċifiku

 

1.3

Indikatur li jattiva r-rimborż (4)

 

1.4

Unità ta' kejl għall-indikatur li jattiva r-rimborż

 

1.5

Skala standard ta' kost unitarju, somma f'daqqa jew rata fissa

 

1.6

Ammont għal kull unità ta’ kejl jew il-perċentwal (għar-rati fissi) tal-għażla ta’ kost issimplifikat

 

1.7

Kategoriji ta' kostijiet koperti mill-kost unitarju, somma f'daqqa jew rata fissa

 

1.8

Dawn il-kategoriji ta' kostijiet ikopru n-nefqa eliġibbli kollha għall-operazzjoni? (IVA/LE)

 

1.9

Metodu ta' aġġustament(i) (5)

 

1.10

Verifika tat-twettiq tal-unitajiet (li irriżultaw)

iddeskrivi liema sistema ta’ dokument(i) ser tintuża biex jiġi verifikat it-twettiq tal-unitajiet li jirriżultaw

iddeskrivi x'ser jiġi kkontrollat u minn min waqt il-verifiki ta' ġestjoni

iddeskrivi x'arranġamenti ser isiru biex jinġabru u jinħażnu d-data jew id-dokumenti rilevanti

 

1.11

Inċentivi perversi possibbli, miżuri ta’ mitigazzjoni (6), u l-livell stmat ta' riskju (għoli, medju, baxx)

 

1.12

Ammont totali (nazzjonali u tal-UE) mistenni li jiġi rimborżat mill-Kummissjoni fuq din il-bażi

 

C.   Kalkolu tal-iskala standard ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa jew rati fissi

1.

Sors tad-data użata biex tiġi kalkulata l-iskala standard ta' kostijiet unitarji, somom f'daqqa jew rati fissi (min ipproduċa, ġabar u rreġistra d-data; fejn tinħażen id-data; dati limitu; validazzjoni, eċċ.):

 

2.

Jekk jogħġbok speċifika għaliex il-metodu u l-kalkolu proposti, ibbażati fuq l-Artikolu 88(2) tar-RDK, huma rilevanti gћat-tip ta' operazzjoni:

 

3.

Jekk jogħġbok speċifika kif saru l-kalkoli, b'mod partikolari inkluż kwalunkwe suppożizzjoni magħmula f'termini ta' kwalità jew kwantitajiet. Fejn rilevanti, jenħtieġ li jintużaw evidenza statistika u valuri ta' riferiment u, jekk jintalbu, jingħataw f'format li jista' jintuża mill-Kummissjoni:

 

4.

Jekk jogħġbok spjega kif żgurajt li n-nefqa eliġibbli biss ġiet inkluża fil-kalkolu tal-iskala standard tal-kost unitarju, is-somma f'daqqa jew ir-rata fissa:

 

5.

Il-valutazzjoni mill-awtorità jew l-awtoritajiet tal-awditjar tal-metodoloġija tal-kalkolu u l-ammonti u l-arranġamenti biex jiġu żgurati l-verifika, il-kwalità, il-ġbir u il-ħżin tad-data:

 


(1)  Dan jirriferi għall-kodiċi għad-dimensjoni tal-qasam tal-intervent fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-RDK.

(2)  Dan jirriferi għall-kodiċi ta’ indikatur komuni, jekk applikabbli.

(3)  Id-data prevista meta jibdew jintgħażlu l-operazzjonijiet u d-data finali prevista għat-tlestija tagħhom (ref. Artikolu 63(5) tar-RDK).

(4)  Għal operazzjonijiet li jikkomprendu diversi għażliet ta’ kostijiet issimplifikati li jkopru kategoriji differenti ta’ kostijiet, proġetti differenti jew fażijiet suċċessivi ta’ operazzjoni, jenħtieġ li jimtlew il-kaxex 1.3 sa 1.11 għal kull indikatur li jattiva r-rimborż.

(5)  Jekk applikabbli, indika kemm kien frekwenti, u meta sar, l-aġġustament u agħmel referenza ċara għal indikatur speċifiku (inkluża link għas-sit web fejn dan l-indikatur huwa ppubblikat, jekk applikabbli).

(6)  Hemm xi implikazzjonijiet negattivi potenzjali għall-kwalità tal-operazzjonijiet appoġġati u, jekk iva, x’inhuma l-miżuri (bħal, assigurazzjoni tal-kwalità) li se jittieħdu kontra dan ir-riskju?


Appendiċi 2

Kontribuzzjoni tal-Unjoni abbażi ta' finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

Il-mudell għall-preżentazzjoni tad-data għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni

(Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2021/1060 (RDK))

Data ta' preżentazzjoni tal-proposta

 

 

 

Din l-Appendiċi mhijiex meħtieġa meta jintużaw ammonti għal finanzjament fil-livell tal-UE mhux marbut mal-kostijiet stabbiliti mill-att delegat imsemmi fl-Artikolu 95(4) tar-RDK.

A.   Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Objettiv speċifiku

L-ammont kopert mill-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet

Tip jew tipi ta' operazzjoni koperti

Kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati/riżultati li għandhom jinkisbu li jattivaw ir-rimborż mill-Kummissjoni

Indikatur

Unità ta' kejl għall- kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati/riżultati li għandhom jinkisbu li jattivaw ir-rimborż mill-Kummissjoni

It-tip previst tal-metodu ta’ rimborż użat għar-rimborż tal-benefiċjarju jew benefiċjarji

 

 

 

 

Kodiċi (1)

Deskrizzjoni

 

Kodiċi (2)

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Dettalji skont it-tip ta' operazzjoni (għandha timtela għal kull tip ta' operazzjoni)

1.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta' operazzjoni

 

1.2

Objettiv speċifiku

 

1.3

Kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati jew riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.4

Skadenza għat-twettiq tal-kondizzjonijiet jew għar-riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.5

Unità ta' kejl għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati/riżultati li għandhom jinkisbu li jattivaw ir-rimborż mill-Kummissjoni

 

1.6

Riżultati intermedji (jekk applikabbli) li jagħtu bidu għal rimborż mill-Kummissjoni bi skeda għar- rimborżi

Riżultati intermedji

Data prevista

Ammonti (EUR)

 

 

 

 

 

 

1.7

Ammont totali (inklużi finanzjament tal-Unjoni u finanzjament nazzjonali)

 

1.8

Metodu ta' aġġustament(i)

 

1.9

Verifika tt-twettiq tar-riżultat jew tal-kondizzjoni (u fejn rilevanti, ir-riżultati intermedji)

iddeskrivi liema sistema ta’ dokument(i) ser tintuża biex tivverifika t-twettiq tar-riżultat jew tal-kondizzjoni (u fejn rilevanti, kull wieħed mir-riżultati intermedji)

iddeskrivi kif ser isiru l-verifiki ta' ġestjoni (inklużi l-verifiki fil-post), u minn min

iddeskrivi x'arranġamenti ser isiru biex jinġabru u jinħażnu d-data jew id-dokumenti rilevanti

 

1.10

Użu ta’ għotjiet fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut ma' kostijiet / L-għotja pprovduta mill-Istat Membru lill-benefiċjarji tieħu l-forma ta' finanzjament mhux marbut mal-kostijiet? [IVA/LE]

 

1.11

Arranġamenti biex jiġi żgurat ir-rekord tal-awditjar

Jekk jogħġbok elenka l-korp jew korpi responsabbli għal dawn l-arranġamenti.

 


(1)  Dan jirriferi għall-kodiċi għad-dimensjoni tal-qasam tal-intervent fit-Tabella 1 tal-Anness I għar-RDK u fl-Anness IV tar-Regolament dwar il-FEMSA.

(2)  Dan jirriferi għall-kodiċi ta’ indikatur komuni, jekk applikabbli.


Appendiċi 3

Lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika bi skeda ta’ żmien - l-Artikolu 17(3)

Kaxxa tat-test [2 000]


Top