EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0776

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/776 tal-11 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi mudelli għal ċerti formoli kif ukoll regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni

C/2021/3193

OJ L 167, 12.5.2021, p. 6–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/776/oj

12.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/776

tal-11 ta’ Mejju 2021

li jistabbilixxi mudelli għal ċerti formoli kif ukoll regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a), (c), (d) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1672 jipprevedi sistema ta’ kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti akkumpanjati jew mhux akkumpanjati ta’ valur ta’ EUR 10 000 jew aktar deħlin jew ħerġin mill-Unjoni, biex tikkomplementa l-qafas legali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu stabbilit fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Minbarra l-elementi tad-data elenkati fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/1672, l-elementi tad-data speċifiċi li ġejjin jenħtieġ li jiġu inklużi fil-formola rilevanti biex jiġi identifikat it-trasportatur, id-dikjarant, is-sid, min jibgħat jew ir-riċevitur, skont il-każ: in-numri ta’ identifikazzjoni personali u l-ġeneru għall-persuni fiżiċi, in-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, l-isem tar-reġistru u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni għall-persuni ġuridiċi, il-pajjiż tal-ħruġ u d-data tal-ħruġ għad-dokumenti ta’ identifikazzjoni, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika bħala dettalji ta’ kuntatt, in-numru ta’ referenza u l-kumpanija tat-trasport għall-mezzi tat-trasport. L-inklużjoni ta’ dawk l-elementi tad-data hija meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji fir-rigward tal-identità u tad-dewmien f’każ ta’ verifika sussegwenti, kif ukoll għall-finijiet ta’ analiżi tar-riskju u biex tittejjeb l-effikaċja tal-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2018/1672.

(3)

Sabiex jiġu indirizzati każijiet fejn ikun hemm diversi sidien, riċevituri jew riċevituri intenzjonati jew tipi differenti ta’ flus kontanti, u l-ispazju disponibbli fil-formola tad-dikjarazzjoni jew fil-formola ta’ divulgazzjoni ma jkunx biżżejjed, id-dikjaranti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jużaw folji addizzjonali li jenħtieġ li jinhemżu mal-formola bħala parti integrali minnha. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kontrolli u l-ipproċessar, it-trażmissjoni u l-analiżi tad-dikjarazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha, huwa xieraq li jiġu stabbiliti mudelli għall-iskedi addizzjonali.

(4)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2018/1672, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u fejn applikabbli lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-Europol, meta dawn ikunu kompetenti biex jaġixxu, jenħtieġ li jiġi stabbilit il-mudell għall-formola għat-trażmissjoni ta’ tali informazzjoni. L-għan ta’ dik il-formola huwa li tiżgura l-ġbir preċiż u uniformi u t-trażmissjoni effettiva tal-informazzjoni miksuba skont l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2018/1672 u tad-dikjarazzjonijiet miksuba skont l-Artikolu 3 jew 4 ta’ dak ir-Regolament, fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti jkunu relatati ma’ attività kriminali. Barra minn hekk, il-formola jenħtieġ li tintuża għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju, imsemmija fl-Artikolu 10(1)(d) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Minħabba l-kontenut differenti tal-informazzjoni li jenħtieġ li tiġi trażmessa u l-frekwenza differenti tat-trażmissjoni, il-formola jenħtieġ li tikkonsisti f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tal-formola hija maħsuba għat-trażmissjoni tal-informazzjoni skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament. Bħala parti integrali ta’ dik il-formola għall-użu uffiċjali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, skont iċ-ċirkostanzi fattwali, jittrażmettu wkoll dikjarazzjoni ex officio magħmula skont l-Artikolu 5(3), ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2018/1672, u d-dikjarazzjonijiet miksuba skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti jkunu relatati ma’ attività kriminali. Sabiex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni uniformi tal-informazzjoni skont l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw ukoll l-istess formoli biex jirreġistraw id-dettalji meħtieġa. It-tieni parti tal-formola hija maħsuba għat-trażmissjoni perjodika ta’ informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1672.

(6)

Sabiex tiġi stabbilita t-trażmissjoni teknika b’mezzi elettroniċi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2018/1672 mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli tekniċi għall-iskambju mingħajr xkiel ta’ informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS) stabbilita skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (3). Dawk ir-regoli għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-Istati Membri. L-istess regoli jenħtieġ li japplikaw għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1672. It-trażmissjoni ta’ informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1672, jenħtieġ li ssir ukoll permezz tas-CIS f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 515/97.

(7)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jkunu jistgħu jittrażmettu lill-Kummissjoni informazzjoni statistika anonimizzata rigward id-dikjarazzjonijiet, il-kontrolli u l-ksur imsemmija fl-Artikolu 18(1)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1672, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli. Għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2018/1672, l-att li l-informazzjoni rilevanti ssir disponibbli b’mod elettroniku għall-Kummissjoni jenħtieġ li jitqies bħala skambju suffiċjenti tal-informazzjoni, mingħajr il-ħtieġa tal-adozzjoni tal-format imsemmi fl-Artikolu 16(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1672.

(8)

Meta wieħed iqis li r-Regolament (UE) 2018/1672 jenħtieġ li japplika mit-3 ta’ Ġunju 2021, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data.

(9)

Fejn huwa meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament li tiġi pproċessata data personali, dan jenħtieġ li jitwettaq skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali bbażat fuq dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolamenti (UE) 2016/679 (4) u (UE) 2018/1725 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-ipproċessar fis-CIS, rispettivament.

(10)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fit-12 ta’ Frar 2021.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Kontroll fuq il-Flus Kontanti, stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1672,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Formola ta’ dikjarazzjoni

Il-formola tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/1672 (“formola tad-dikjarazzjoni”) għandha tikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u għandha timtela skont in-noti dwar il-mili speċifikati fiha.

Artikolu 2

Formola ta’ divulgazzjoni

Il-formola ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/1672 (“formola ta’ divulgazzjoni”) għandha tikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u għandha timtela skont in-noti dwar il-mili speċifikati fiha.

Artikolu 3

Folji addizzjonali għall-formoli

Meta l-ispazju disponibbli fil-formola tad-dikjarazzjoni jew fil-formola ta’ divulgazzjoni, skont il-każ, ma jkunx biżżejjed, għandhom jintużaw folji addizzjonali bħal fil-mudelli stabbiliti fil-Parti 3 jew il-Parti 4 tal-Anness I, rispettivament. Meta jiġu mehmuża folji addizzjonali ma’ dikjarazzjoni jew ma’ formola ta’ divulgazzjoni, dawn għandhom jitqiesu bħala parti integrali minnha.

Artikolu 4

Formoli għall-użu uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-formola għall-użu uffiċjali bħal fil-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jirreġistraw u jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1672.

2.   Meta l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1672 jew l-obbligu ta’ divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati skont l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament ma jkunx ġie ssodisfat u l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa, skont l-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament, jagħmlu dikjarazzjoni ex officio, huma għandhom jużaw il-mudell stabbilit fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u, jekk ikun meħtieġ skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-mudell stabbilit fil-Parti 3 jew il-Parti 4 ta’ dak l-Anness, rispettivament. Dikjarazzjoni magħmula skont dan il-paragrafu għandha tiġi mehmuża ma’ u trażmessa mal-formola għall-użu uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw portatur b’ammont ta’ flus kontanti taħt il-limitu msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1672 u jkun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma relatati ma’ attività kriminali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u, jekk meħtieġ skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-mudell stabbilit fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness biex jirreġistraw din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni skont dan il-paragrafu għandha tiġi mehmuża mal-formola għall-użu uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tiġi trażmessa magħha.

4.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jsibu li flus kontanti mhux akkumpanjati taħt il-livell limitu msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1672 deħlin jew ħerġin mill-Unjoni u li hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma relatati ma’ attività kriminali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u, jekk meħtieġ skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-mudell stabbilit fil-Parti 4 ta’ dak l-Anness biex jirreġistraw din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni, skont dan il-paragrafu għandha tiġi mehmuża mal-formola għall-użu uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tiġi trażmessa magħha.

5.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jsibu li għal dikjarazzjoni miksuba skont l-Artikolu 3 jew 4 tar-Regolament (UE) 2018/1672 hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma relatati ma’ attività kriminali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jehmżu d-dikjarazzjoni u jibagħtuha bil-formola għall-użu uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-formola għall-użu uffiċjali għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju, bħal fil-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jirreġistraw l-informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1672.

Artikolu 5

Skambju ta’ informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rreġistrata skont l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1672 lis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS) fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

billi tiddaħħal l-informazzjoni manwalment permezz tal-interfaċċa tal-utent tas-CIS fuq l-internet;

(b)

billi tiġi esportata l-informazzjoni mis-sistema/i nazzjonali u tiġi importata fis-CIS billi jintuża l-format tad-data tas-CIS XML;

(c)

billi tiġi konnessa s-sistema/i nazzjonali direttament mas-CIS permezz ta’ interfaċċa tas-sistema mas-sistema pprovduta mis-CIS.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2018/1672 lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU) tal-Istat Membru li fih tkun inkisbet billi jittrażmettuha lis-CIS f’konformità mal-paragrafu 1.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/1672 lill-Istati Membri l-oħra billi jgħadduha lis-CIS skont il-paragrafu 1.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu elettronikament l-informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1672 permezz tas-CIS lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1672 lir-riċevituri msemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament, billi jgħadduha lis-CIS f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, rispettivament, fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma relatati ma’ attività kriminali li tista’ taffettwa ħażin l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

6.   Id-data tat-trażmissjoni elettronika skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies bħala d-data tat-trażmissjoni tal-informazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/1672.

Artikolu 6

Informazzjoni statistika anonimizzata

1.   Is-sors tad-data għall-informazzjoni statistika anonimizzata għandu jkun id-dikjarazzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet tad-divulgazzjoni, id-dikjarazzjonijiet ex officio skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2018/1672, ir-reġistrazzjonijiet skont l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli fis-CIS.

2.   It-trażmissjoni tal-informazzjoni lis-CIS b’tali mod li tkun disponibbli għall-Kummissjoni għandha titqies bħala trażmissjoni tal-informazzjoni rilevanti kif previst fl-Artikolu 18(1)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1672.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu ttrażmettew lis-CIS informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet, il-kontrolli u l-ksur kollha fil-perijodu ta’ referenza inkwistjoni u għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni f’każ li d-data fis-CIS tkun soġġetta għal reviżjoni.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-3 ta’ Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

PARTI 1

Image 1

Image 2

Image 3

NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

L-obbligu li jiġu ddikjarati flus kontanti mad-dħul jew il-ħruġ mill-UE huwa parti mill-istrateġija tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Din il-formola ta’ dikjarazzjoni trid timtela meta tidħol jew toħroġ mill-UE u ġġorr EUR 10 000 jew aktar (jew l-ekwivalenti f’muniti oħra) fi flus kontanti (l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).

Jekk tingħata informazzjoni mhux korretta jew mhux kompluta, jew jekk il-flus kontanti ma jkunux disponibbli għall-kontroll, il-portatur ma jitqisx li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu u jkun soġġett għal penali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

L-informazzjoni u d-data personali għandhom jiġu rreġistrati u pproċessati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom ikunu disponibbli għall-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament, id-data tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet imsemmija hemmhekk. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni jaġixxu bħala kontrolluri tad-data personali miksuba u jżommu d-data personali miġbura f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672, b’mod awtomatiku għal 5 snin. L-ipproċessar ta’ data personali jseħħ biss għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attivitajiet kriminali. Għal informazzjoni kompluta, inkluż dwar drittijietek, ara l-istqarrija ta’ privatezza/link mehmuża għall-informazzjoni online dwar il-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri.

SPJEGAZZJONI TAT-TERMINI UŻATI SKONT IR-REGOLAMENT (UE) 2018/1672

Portatur tfisser kull persuna fiżika li tidħol fl-UE jew toħroġ mill-Unjoni u ġġorr flus kontanti fuq il-persuna tagħha, fil-bagalja tagħha jew fil-mezz ta’ trasport tagħha.

Munita tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju.

Strumenti negozjabbli għall-portatur tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:

(a)

ċekkijiet tal-vjaġġaturi; [u]

(b)

ċekkijiet, promissory notes jew money orders li huma jew f’forma għall-portatur, iffirmati iżda mingħajr isem ir-riċevitur, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil riċevitur fittizju, jew inkella f’tali forma li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom.

Il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur

(a)

muniti b’kontenut tad-deheb ta’ mill-inqas 90 %; [u]

(b)

metall ta’ valur bħal lingotti, biċċiet u ċapep b’kontenut ta’ deheb ta’ mill-inqas 99,5 %.

L-oqsma kollha fil-formola huma oqsma obbligatorji u jridu jimtlew. L-oqsma fil-formola mmarkati b’asterisk (*) iridu jimtlew, fejn applikabbli jew disponibbli.

Il-partijiet kollha bl-abjad iridu jimtlew b’ittri kbar u b’linka skura. Il-formoli ma jridx ikun fihom qtugħ, kliem miktub fuq xulxin jew alterazzjonijiet oħra.

Il-partijiet immarkati “għall-użu uffiċjali” jridu jibqgħu vojta.

In-numru ta’ identifikazzjoni personali (jiġifieri n-numru tat-taxxa personali, tas-sigurtà soċjali jew ta’ identifikazzjoni personali uniku simili), l-indirizz, il-kodiċi postali/il-kodiċi ZIP, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email jridu jimtlew, jekk applikabbli. Jekk mhux applikabbli, indika “M/A” minflok.

In-numru tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku (Numru EORI — li huwa numru uniku, madwar l-UE, assenjat minn awtorità doganali fi Stat Membru lill-operaturi ekonomiċi involuti f’attivitajiet doganali) iridu jimtlew fejn disponibbli. Jekk mhux disponibbli indika “M/A”.

Fejn l-informazzjoni ma tkunx magħrufa mill-portatur, indika “mhux magħruf”.

Il-formola trid timtela f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni.

Taqsima 1: Dieħel fl-UE jew ħiereġ minnha

Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk il-portatur hux dieħel jew ħiereġ mill-UE. Dikjarazzjoni dwar id-dħul u l-ħruġ hija meħtieġa wkoll jekk ikun hemm tranżitu fl-UE.

Taqsima 2: Dettalji tal-portatur tal-flus kontanti

Id-data personali tal-portatur trid timtela f’din it-taqsima kif tidher fid-dokument tal-ID tiegħu.

Meta l-portatur tal-flus kontanti ma jkunx legalment kapaċi jiffirma d-dikjarazzjoni, id-dikjarazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant legali tal-portatur.

Taqsima 3: Dettalji tat-trasport

Trid tingħata informazzjoni dwar il-pajjiż tal-ewwel tluq, il-pajjiż tad-destinazzjoni finali u l-mezz tat-trasport. L-informazzjoni dwar il-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ tranżitu li permezz tagħhom il-portatur jittrasferixxi l-flus kontanti u l-kumpanija tat-trasport trid tiġi speċifikata, jekk applikabbli.

Immarka l-kaxxa “Ajru” jekk qed tidħol jew toħroġ mill-UE permezz ta’ inġenju tal-ajru. It-tip ta’ inġenju tal-ajru (titjira kummerċjali, ġett privat, ieħor) irid jiġi pprovdut. In-numru tat-titjira jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru (fil-każ ta’ ġett privat) iridu jingħataw fil-qasam “Numru ta’ referenza”.

Immarka l-kaxxa “Baħar/Xmara” jekk qed tidħol jew toħroġ mill-UE bil-baħar jew bix-xmara. It-tip ta’ bastiment (bastiment kummerċjali, jott jew ieħor) irid jiġi pprovdut. L-isem tal-bastiment irid jingħata fil-qasam “Numru ta’ referenza” u d-dettalji tal-linja tat-trasport iridu jingħataw taħt “Kumpanija tat-trasport”.

Immarka l-kaxxa “Triq” jekk qed tidħol jew toħroġ mill-UE minn kwalunkwe tip ta’ vettura tat-triq bil-mutur. It-tip ta’ trasport bit-triq (trakk, karozza, xarabank, oħrajn) irid jiġi pprovdut. Il-kodiċi tal-pajjiż u l-pjanċa tal-liċenzja tal-vettura iridu jiġu pprovduti fil-qasam “Numru ta’ referenza”.

Immarka l-kaxxa “Ferrovija” jekk qed tidħol jew toħroġ mill-UE bil-ferrovija. In-numru tal-ferrovija jrid jiġi pprovdut fil-qasam “Numru ta’ referenza” u l-kumpanija ferrovjarja trid tiġi pprovduta taħt “Kumpaniji tat-trasport”.

Immarka l-kaxxa “Oħrajn” jekk ma jintuża l-ebda mezz ta’ trasport ieħor u speċifika t-tip ta’ trasport (pereż. bil-mixi, bir-rota).

Taqsima 4: Dettalji tal-flus kontanti

L-ammont totali ta’ flus kontanti li jinġarr mill-portatur irid jimtela f’din it-taqsima. “Flus kontanti” hija definita taħt “Informazzjoni Ġenerali”. Mill-inqas waħda mill-opzjonijiet [(i) munita; (ii) strumenti negozjabbli għall-portatur jew (iii) komoditajiet użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur] iridu jimtlew.

Jekk ma jkunx hemm spazju biżżejjed fil-formola tad-dikjarazzjoni, il-folji addizzjonali jridu jintużaw biex jipprovdu d-dettalji tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.

Taqsima 5: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti

Is-Subtaqsima 5.A trid timtela dejjem jekk il-portatur ikun sid uniku jew jekk ikun hemm sid wieħed biss li jindika l-provenjenza ekonomika rilevanti.

Is-Subtaqsima 5.B trid timtela dejjem jekk il-portatur huwa wkoll l-uniku sid u l-uniku riċevitur maħsub jew fejn hemm riċevitur wieħed biss biex jindika l-użu maħsub tal-flus kontanti.

Huwa possibbli li tintgħażel aktar minn opzjoni waħda f’kull Subtaqsima. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.

Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed jew aktar minn riċevitur maħsub wieħed, l-informazzjoni rilevanti dwar il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti għas-sidien u/jew ir-riċevituri maħsuba trid timtela fuq folji addizzjonali kif imsemmi hawn taħt. F’dan il-każ, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika “folji addizzjonali”.

Taqsima 6: Sid il-flus kontanti

Sid wieħed biss

Jekk il-portatur huwa l-uniku sid tal-flus kontanti, immarka l-kaxxa xierqa u kompli għat-Taqsima 7.

Jekk il-portatur mhuwiex is-sid uniku, speċifika jekk is-sid uniku huwiex persuna fiżika oħra jew persuna ġuridika u mmarka l-kaxxa xierqa. Id-dettalji jridu jimtlew fis-Subtaqsima 6.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 6.B (għal persuna ġuridika) u kompli għat-Taqsima 7. Jekk il-portatur ikun persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.

Aktar minn sid wieħed

Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed, in-numru totali ta’ sidien irid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull sid addizzjonali jridu jimtlew folji addizzjonali separati fejn jingħataw id-dettalji tagħhom, l-ammont ta’ flus kontanti fil-pussess tagħhom u l-provenjenza ekonomika tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. Jekk il-portatur ikun wieħed mis-sidien, trid timtela folja addizzjonali għalihom ukoll, bl-ammont ta’ flus kontanti li jkunu proprjetà tal-portatur u l-provenjenza ekonomika tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.

Taqsima 7: Ir-riċevitur maħsub tal-flus kontanti

Riċevitur maħsub wieħed biss

Indika jekk il-portatur huwiex l-uniku riċevitur maħsub tal-flus kontanti. Jekk ikun il-każ, immarka l-kaxxa xierqa u kompli għat-Taqsima 8.

Jekk il-portatur mhuwiex l-uniku riċevitur maħsub, immarka l-kaxxa xierqa biex tispeċifika jekk l-uniku riċevitur maħsub huwiex persuna fiżika oħra jew persuna ġuridika. L-informazzjoni trid timtela fis-Subtaqsima 7.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 7.B (għal persuna ġuridika) u kompli għat-Taqsima 8. Fil-każ ta’ persuna fiżika, id-data personali trid timtela kif tidher fid-dokument tal-identità tagħha.

Aktar minn riċevitur maħsub wieħed

Jekk ikun hemm aktar minn riċevitur maħsub wieħed, in-numru totali ta’ riċevituri maħsuba jrid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull riċevitur maħsub iridu jimtlew folji addizzjonali separati li jagħtu d-dettalji ta’ kull riċevitur maħsub, l-ammont ta’ flus li għandu jirċievi u l-użu maħsub tagħhom. Jekk il-portatur ikun wieħed mir-riċevituri maħsuba trid timtela folja addizzjonali għalihom ukoll, inkluż l-ammont ta’ flus kontanti riċevuti mill-portatur u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.

Taqsima 8: Firma

Daħħal id-data, il-post u l-isem u ffirma l-formola tad-dikjarazzjoni. Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati. Jekk ma tkunintużat l-ebda waħda, indika żero (0). Il-portatur jista’ jimmarka l-kaxxa xierqa biex jitlob kopja ffirmata tad-dikjarazzjoni.

PARTI 2

Image 4

Image 5

Image 6

Image 7

Image 8

NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

L-obbligu li jiġu divulgati fuq talba l-flus kontanti mad-dħul jew il-ħruġ mill-UE huwa parti mill-istrateġija tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-formola ta’ divulgazzjoni trid timtela meta flus kontanti mhux akkumpanjati ta’ valur ta’ EUR 10 000 jew aktar (jew l-ekwivalenti f’muniti oħra) ikunu deħlin jew ħerġin mill-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li permezz tagħhom il-flus kontanti jkunu deħlin jew ħerġin mill-UE, jeħtieġu li l-mittent jew ir-riċevitur tal-flus, jew rappreżentant tagħhom, skont il-każ, jagħmlu dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni fi żmien 30 jum (l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).

Jekk id-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni ma ssirx fi żmien 30 jum, jew jekk tingħata informazzjoni mhux korretta jew mhux kompluta, jew jekk il-flus kontanti ma jkunux disponibbli għall-kontroll, id-dikjarant ma jitqiesx li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu u jkun soġġett għal penali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

L-informazzjoni u d-data personali għandhom jiġu rreġistrati u pproċessati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom ikunu disponibbli għall-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dak ir-Regolament, id-data se tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet imsemmija hemmhekk. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni jaġixxu bħala kontrolluri tad-data personali miksuba u jżommu d-data personali miġbura f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672, b’mod awtomatiku għal 5 snin. L-ipproċessar ta’ data personali jseħħ biss għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attivitajiet kriminali. Għal informazzjoni kompluta, inkluż dwar drittijietek, ara l-istqarrija ta’ privatezza/link mehmuża għall-informazzjoni online dwar il-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri.

SPJEGAZZJONIJIET TAT-TERMINI UŻATI SKONT IR-REGOLAMENT 2018/1672

Munita tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju.

Strumenti negozjabbli għall-portatur> tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:

(a)

ċekkijiet tal-vjaġġaturi; [u]

(b)

ċekkijiet, promissory notes jew money orders li huma jew f’forma għall-portatur, iffirmati iżda mingħajr isem ir-riċevitur, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil riċevitur fittizju, jew inkella f’tali forma li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom.

Il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur,

(a)

muniti b’kontenut tad-deheb ta’ mill-inqas 90 %; [u]

(b)

metall ta’ valur bħal lingotti, biċċiet u ċapep b’kontenut ta’ deheb ta’ mill-inqas 99,5 %.

Il-kaxxi kollha fil-formola huma kaxxi obbligatorji u jridu jimtlew. Il-kaxxi fil-formola mmarkati b’asterisk (*) iridu jimtlew, fejn applikabbli jew disponibbli.

Il-partijiet kollha bl-abjad iridu jimtlew b’ittri kbar u b’linka skura. Il-formoli ma jridx ikun fihom qtugħ, kliem miktub fuq xulxin jew alterazzjonijiet oħra.

Il-partijiet immarkati “għall-użu uffiċjali” jridu jibqgħu vojta.

In-numru ta’ identifikazzjoni personali (jiġifieri n-numru tat-taxxa personali, tas-sigurtà soċjali jew ta’ identifikazzjoni personali uniku simili), l-indirizz, il-kodiċi postali/il-kodiċi ZIP, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email jridu jimtlew, jekk applikabbli. Jekk mhux applikabbli, indika “M/A” minflok.

In-numru ta’ identifikazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku (Numru EORI — li huwa numru uniku, madwar l-UE, assenjat minn awtorità doganali fi Stat Membru lill-operaturi ekonomiċi involuti f’attivitajiet doganali) iridu jimtlew fejn disponibbli. Jekk mhux disponibbli indika “M/A”.

Fejn l-informazzjoni ma tkunx magħrufa mid-dikjarant, indika “mhux magħruf”.

Il-formola trid timtela f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni.

Taqsima 1: Dieħel fl-UE jew ħiereġ minnha

Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk il-flus kontanti humiex deħlin jew ħerġin mill-UE.

Taqsima 2: Dettalji tad-dikjarant

Id-data personali tad-dikjarant trid timtela f’din it-taqsima kif tidher fid-dokument tal-ID tiegħu.

Jekk id-dikjarant mhuwiex legalment kapaċi jiffirma d-divulgazzjoni, id-divulgazzjoni hija ppreżentata mir-rappreżentant legali tad-dikjarant.

Taqsima 3: Dettalji tal-flus kontanti

L-ammont totali ta’ flus kontanti li għalihom intalbet divulgazzjoni jrid jimtela f’din it-taqsima. “Flus kontanti” hija definita taħt “Informazzjoni Ġenerali”. Mill-inqas waħda mill-opzjonijiet [(i) munita; (ii) strumenti negozjabbli għall-portatur jew (iii) komoditajiet użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur] iridu jimtlew.

Jekk ma jkunx hemm spazju biżżejjed fil-formola tad-divulgazzjoni, il-folji addizzjonali jridu jintużaw biex jipprovdu d-dettalji tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi divulgazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.

Taqsima 4: Relazzjoni ma’ flus kontanti mhux akkumpanjati

Immarka l-kaxxi rilevanti biex tidentifika l-istatus tad-dikjarant u r-relazzjoni tiegħu mal-flus kontanti. Hemm iżjed għażliet possibbli.

Taqsima 5: Sid il-flus kontanti

L-informazzjoni dwar il-mittent tal-flus kontanti trid tiġi inkluża f’din it-taqsima, jekk id-dikjarant ma jkunx il-mittent tal-flus kontanti. Immarka l-kaxxa biex tindika jekk il-mittent huwiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. L-informazzjoni dwar il-mittent trid timtela fis-Subtaqsima 5.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 5.B (għal persuna ġuridika). Jekk il-mittent ikun persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.

Taqsima 6: Ir-riċevitur jew ir-riċevitur maħsub tal-flus kontanti

Riċevitur wieħed biss

Meta d-dikjarant ma jkunx l-uniku riċevitur tal-flus kontanti, l-informazzjoni dwar ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti trid tiġi inkluża f’din it-taqsima.

Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk hemmx riċevitur uniku tal-flus kontanti u jekk huwiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. L-informazzjoni dwar ir-riċevitur uniku trid timtela fis-Subtaqsima 6.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 6.B (għal persuna ġuridika). Jekk ir-riċevitur jew ir-riċevitur maħsub ikun persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.

Aktar minn riċevitur jew riċevitur maħsub wieħed

Jekk ikun hemm aktar minn riċevitur jew riċevitur maħsub wieħed, in-numru totali ta’ riċevituri jew riċevituri maħsuba jrid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull riċevitur jew riċevituri maħsub addizzjonali jridu jimtlew folji addizzjonali separati li jagħtu d-dettalji tagħhom, l-ammont ta’ flus li għandhom jirċievu u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi divulgazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.

Taqsima 7: Sid il-flus kontanti

Sid wieħed biss

Jekk is-sid uniku tal-flus kontanti ma jkunx l-ispeditur jew l-uniku riċevitur tal-flus kontanti, id-dettalji tas-sid uniku iridu jiġu inklużi f’din it-taqsima.

Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk hemmx sid uniku tal-flus kontanti u jekk is-sid uniku huwiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. Id-dettalji tas-sid uniku jridu jimtlew fis-Subtaqsima 7.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 7.B (għal persuna ġuridika). Jekk is-sid huwa persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.

Aktar minn sid wieħed

Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed, in-numru totali ta’ sidien irid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull sid addizzjonali, iridu jimtlew folji addizzjonali separati fejn jingħataw id-dettalji tagħhom, l-ammont ta’ flus kontanti fil-pussess tagħhom, il-provenjenza ekonomika tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi divulgazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.

Taqsima 8: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti

Is-Subtaqsima 8.A trid timtela dejjem, jekk ikun hemm sid uniku li jindika l-provenjenza ekonomika rilevanti.

Is-Subtaqsima 8.B trid timtela dejjem jekk ikun hemm riċevitur uniku li jindika l-użu maħsub tal-flus kontanti.

Huwa possibbli li tintgħażel aktar minn opzjoni waħda f’kull Subtaqsima. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.

Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed jew aktar minn riċevitur (jew riċevitur maħsub) wieħed, l-informazzjoni dwar il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti għas-sidien u/jew ir-riċevituri (jew ir-riċevituri maħsuba) trid timtela fuq folji addizzjonali kif imsemmi hawn taħt. F’dan il-każ, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika “folji addizzjonali”.

Taqsima 9: Firma

Daħħal id-data, il-post, l-isem u ffirma d-divulgazzjoni. Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati. Jekk ma tkun intużat l-ebda waħda, indika żero (0). Id-dikjarant jista’ jimmarka l-kaxxa xierqa biex jitlob kopja ffirmata tad-divulgazzjoni.

Parti 3

Image 9

Image 10

NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA

Tagħrif ġenerali

In-noti dwar kif għandha timtela l-formola tad-dikjarazzjoni tal-flus kontanti japplikaw hawnhekk ukoll.

Taqsima A: Numru tal-folji addizzjonali

Il-folji addizzjonali jridu jiġu nnumerati b’numri konsekuttivi (jiġifieri 1 fuq l-ewwel folja addizzjonali użata, 2 fuq it-tieni eċċ.).

Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati fit-tieni paġna tal-formola tad-dikjarazzjoni tal-flus kontanti.

Taqsima B: Dettalji tal-folji addizzjonali

Agħti r-raġuni għaliex imlejt il-folja addizzjonali. Għażla waħda biss trid tiġi mmarkata. Jekk ikunu applikabbli aktar għażliet, uża folja addizzjonali separata għal kull għażla.

 

B.1: Kontinwazzjoni tad-“Dettalji tal-flus kontanti”: Agħżel din l-opzjoni biss meta l-ispazju disponibbli fit-Taqsima 4 “Dettalji tal-flus kontanti” fil-formola tad-dikjarazzjoni ma jkunx biżżejjed għall-flus kontanti kollha. Imla t-Taqsima C u aqbeż it-Taqsimiet D u E.

 

B.2: Il-portatur huwa s-sid u r-riċevitur maħsub ta’ parti mill-flus kontanti: Agħżel meta l-portatur huwa wkoll is-sid u r-riċevitur maħsub ta’ parti mill-flus kontanti. Għal kull sid u riċevitur maħsub trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont ta’ flus kontanti u l-ammont ta’ flus li għandhom jiġu riċevuti.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti li jkunu proprjetà tal-portatur.

 

B.3: Il-portatur huwa s-sid ta’ parti mill-flus kontanti: Agħżel meta l-portatur huwa wkoll is-sid ta’ parti mill-flus kontanti. Għal kull sid ieħor trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont ta’ flus kontanti li jkun proprjetà tal-portatur.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti li jkunu proprjetà tal-portatur.

 

B.4: Il-portatur huwa r-riċevitur maħsub ta’ parti mill-flus kontanti: Indika meta l-portatur ikun ukoll ir-riċevitur maħsub ta’ parti mill-flus kontanti. Għal kull riċevitur maħsub ieħor trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont ta’ flus kontanti li għandu jirċievi l-portatur.

Indika fis-Subtaqsima D.2 l-użu maħsub tal-flus kontanti li għandu jirċievi l-portatur.

 

B.5: Sid ieħor li huwa wkoll riċevitur maħsub ta’ parti mill-flus kontanti (minbarra l-portatur): Agħżel meta jkun hemm aktar minn sid wieħed, u kull sid li huwa wkoll ir-riċevitur maħsub tal-flus kontanti. Għal kull sid ieħor li huwa wkoll riċevitur maħsub tal-flus kontanti trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont ta’ flus kontanti fil-pussess u li għandu jirċievi s-sid u r-riċevitur maħsub.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti li huma proprjetà tas-sid u tar-riċevitur maħsub.

Id-dettalji tas-sid u tar-riċevitur maħsub iridu jimtlew fis-Subtaqsima E.1 jekk ikunu persuna fiżika u fis-Subtaqsima E.2 jekk ikunu persuna ġuridika.

 

B.6: Sid ta’ parti mill-flus kontanti (minbarra l-portatur): Agħżel meta jkun hemm iżjed minn sid wieħed. Għal kull sid ieħor trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-parti tal-flus kontanti fil-pussess tas-sid.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti fil-pussess tas-sid.

Id-dettalji tas-sid jridu jimtlew fis-Subtaqsima E.1 jekk huwa persuna fiżika u fis-Subtaqsima E.2 jekk huwa persuna ġuridika.

 

B.7: Riċevitur maħsub ta’ parti mill-flus kontanti (minbarra l-portatur): Agħżel meta jkun hemm aktar minn riċevitur wieħed maħsub. Għal kull riċevitur maħsub, trid timtela folja addizzjonali separata.

Indika fit-Taqsima C l-ammont ta’ flus li għandu jirċievi r-riċevitur maħsub.

Indika fis-Subtaqsima D.2 l-użu maħsub tal-flus kontanti li għandu jirċievi r-riċevitur maħsub.

Id-dettalji tar-riċevitur maħsub iridu jimtlew fis-Subtaqsima E.1 jekk huwa persuna fiżika jew is-Subtaqsima E.2 jekk huwa persuna ġuridika.

Taqsima C: Dettalji tal-flus kontanti

“Flus kontanti” hija spjegata taħt l-“Informazzjoni ġenerali” fin-noti dwar kif għandha timtela d-dikjarazzjoni tal-flus kontanti.

Taqsima D: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti

Immarka l-kaxxi biex tindika l-provenjenza ekonomika rilevanti u l-użu maħsub tal-flus kontanti kif indikat fit-Taqsima B. Tista’ tagħżel aktar minn opzjoni waħda. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.

Taqsima E: Il-persuni involuti

Daħħal id-dettalji personali tal-persuni involuti. Dawn il-persuni jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Trid timmarka l-kaxxa adattata u timla d-dettalji.

Taqsima F: Firma

Iddikjara d-data, il-post, l-isem, il-firma u ehmeż il-folja addizzjonali mal-formola prinċipali tad-dikjarazzjoni tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda.

Parti 4

Image 11

Image 12

NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA

Tagħrif ġenerali

In-noti dwar kif għandha timtela l-formola tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti japplikaw hawnhekk ukoll.

Taqsima A: Numru tal-folji addizzjonali

Il-folji addizzjonali jridu jiġu nnumerati b’numri konsekuttivi (jiġifieri 1 fuq l-ewwel folja addizzjonali, 2 fuq it-tieni eċċ.).

Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati fit-tieni paġna tal-formola tad-dikjarazzjoni tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti.

Taqsima B: Dettalji tal-folji addizzjonali

Agħti r-raġuni għaliex imlejt il-folja addizzjonali. Għażla waħda biss trid tiġi mmarkata. Jekk ikunu applikabbli aktar għażliet, uża folja addizzjonali separata għal kull għażla.

 

B.1: Kontinwazzjoni tad-“Dettalji tal-flus kontanti”: Agħżel din l-opzjoni biss meta l-ispazju disponibbli fit-Taqsima 3 “Dettalji tal-flus kontanti” fil-formola tad-dikjarazzjoni tad-divulgazzjoni ma jkunx biżżejjed għall-flus kontanti kollha. Imla t-Taqsima C u aqbeż it-Taqsimiet D u E.

 

B.2: Il-mittent u s-sid ta’ parti mill-flus kontanti: Agħżel din l-għażla biss meta jkun hemm aktar minn sid wieħed tal-flus kontanti u wieħed minnhom huwa wkoll il-mittent tal-flus kontanti. Għal kull sid trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont tal-flus kontanti fil-pussess tal-mittent.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-ammont ta’ flus kontanti fil-pussess tal-mittent.

 

B.3: Ir-riċevitur uniku huwa s-sid ta’ parti mill-flus kontanti: Agħżel meta jkun hemm aktar minn sid wieħed u wieħed minnhom huwa wkoll ir-riċevitur uniku tal-flus kontanti. Għal kull sid addizzjonali trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont ta’ flus kontanti li jkun proprjetà tar-riċevitur uniku.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti fil-pussess tar-riċevitur uniku.

 

B.4: Ir-riċevitur jew ir-riċevitur maħsub li huwa sid ta’ parti mill-flus kontanti: Agħżel meta jkun hemm aktar minn sid wieħed li huwa wkoll ir-riċevitur (jew ir-riċevitur maħsub) tal-flus kontanti. Għal kull sid u/jew riċevitur (jew riċevitur maħsub) addizzjonali trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont ta’ flus kontanti li huma fil-pussess u li għandhom jiġu riċevuti mir-riċevitur.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti li huma proprjetà tas-sid u tar-riċevitur (jew tar-riċevitur maħsub).

Id-dettalji tas-sid li huwa wkoll ir-riċevitur (jew ir-riċevitur maħsub) iridu jimtlew fis-Subtaqsima E.1 jekk ikun persuna fiżika u fis-Subtaqsima E.2 jekk ikun persuna ġuridika.

 

B.5: Sid ta’ parti mill-flus kontanti: Agħżel meta jkun hemm iżjed minn sid wieħed Għal kull sid trid timtela folja addizzjonali separata.

Fit-Taqsima C indika l-ammont ta’ flus kontanti li jkun proprjetà tas-sid.

Indika fis-Subtaqsimiet D.1 u D.2 il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti fil-pussess tas-sid.

Id-dettalji tas-sid jridu jimtlew fis-Subtaqsima E.1 jekk huwa persuna fiżika u fis-Subtaqsima E.2 jekk huwa persuna ġuridika.

 

B.6: Ir-riċevitur jew ir-riċevitur maħsub ta’ parti mill-flus kontanti: Agħżel meta jkun hemm aktar minn riċevitur (jew riċevitur maħsub) wieħed. Għal kull riċevitur (jew riċevitur maħsub), trid timtela folja addizzjonali separata.

Indika fit-Taqsima C l-parti ta’ flus kontanti li għandu jirċievi r-riċevitur (jew ir-riċevitur maħsub).

Indika fis-Subtaqsima D.2 l-użu maħsub tal-flus kontanti li għandu jirċievi r-riċevitur (jew ir-riċevitur maħsub).

Id-dettalji tar-riċevitur maħsub iridu jimtlew fis-Subtaqsima E.1 jekk huwa persuna fiżika jew is-Subtaqsima E.2 jekk huwa persuna ġuridika.

Taqsima C: Dettalji tal-flus kontanti

“Flus kontanti” hija spjegata taħt it-Taqsima “Informazzjoni ġenerali” fin-noti dwar kif għandha timtela d-dikjarazzjoni tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti.

Taqsima D: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti

Immarka l-kaxxi biex tindika l-provenjenza ekonomika rilevanti u l-użu maħsub tal-flus kontanti kif indikat fit-Taqsima B. Tista’ tagħżel aktar minn opzjoni waħda. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.

Taqsima E: Il-persuni involuti

Daħħal id-dettalji personali tal-persuni involuti. Dawn il-persuni jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Trid timmarka l-kaxxa adattata u timla d-dettalji.

Taqsima F: Firma

Iddikjara d-data, il-post, l-isem, il-firma u ehmeż il-folja addizzjonali mal-formola prinċipali tad-dikjarazzjoni tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni waħda.


ANNESS II

PARTI 1

Image 13

PARTI 2

Formola għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskju anonimizzata u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1672

Image 14

Image 15

Image 16

Image 17

NOTI DWAR KIF TIMTELA L-FORMOLA

Din il-formola trid timtela u tiġi trażmessa kull sitt xhur skont l-Artikolu 10(1)(d) u 10(5) tar-Regolament (UE) 2018/1672 dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea. Din trid tinkludi informazzjoni li l-Istat Membru jqis li twassal għal konklużjonijiet importanti jew twassal għal valur miżjud sinifikanti għall-ġestjoni tar-riskju u fejn it-theddida tista’ tippreżenta riskju għoli x’imkien ieħor fl-UE.

Parti A

Indika l-Istat Membru li jibgħat l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti u l-indirizz tal-email.

Ipprovdi n-numru ta’ referenza fil-format li ġej: Stat Membru, sena, A (għall-ewwel semestru) jew B (għat-tieni semestru).

Imla d-data u l-perjodu ta’ referenza.

Indika jekk l-Istat Membru huwiex qed jikkondividi informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju għall-perjodu ta’ referenza. Jekk le, allura l-Parti A biss għandha tittella’ fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS).

Daħħal in-numru totali ta’ paġni li qed jintbagħtu (inkluża l-Parti A).

Parti B

L-informazzjoni dwar ir-riskju anonimizzata u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju li ma jistgħux jiġu rkuprati direttament permezz tas-CIS fuq il-bażi ta’ każijiet individwali għandhom jiġu pprovduti f’din il-parti.

Indika jekk l-informazzjoni tikkonċernax flus kontanti akkumpanjati jew mhux akkumpanjati.

Indika jekk hemmx xejra ġdida jew xejra ripetittiva osservata u pprovdi aktar informazzjoni.

Xejra ġdida tfisser bidla osservata riċentement jew tendenza ġenerali fil-qasam tal-moviment fiżiku tal-flus kontanti.

Disinn ripetittiv osservat tfisser disinn jew sekwenza li hija rikorrenti. Indika jekk il-każ(ijiet) tar-rapportar kienx ir-riżultat ta’ kontroll ibbażat fuq ir-riskju jew ta’ verifika każwali.

Kontrolli bbażati fuq ir-riskju tfisser kontrolli li huma bbażati fuq il-kriterji tar-riskju tal-movimenti tal-flus kontanti, u speċifikament fuq l-analiżi tar-riskju bl-użu ta’ tekniki ta’ pproċessar ta’ data, bl-iskop li jiġu identifikati u evalwati r-riskji u jiġu żviluppati l-kontromiżuri meħtieġa, fuq il-bażi ta’ kriterji żviluppati fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u, fejn disponibbli, internazzjonali.

Kontrolli każwali tfisser kontrolli mwettqa li mhumiex ibbażati fuq kriterji tar-riskju taċ-ċaqliq ta’ flus kontanti.

Ipprovdi dettalji tal-każ(ijiet) (pereżempju modus operandi speċjali fil-każ ta’ każijiet simili, informazzjoni dettaljata dwar il-ħabi eċċ.) dettalji dwar it-tip ta’ flus kontanti (pereżempju karti tal-flus ta’ denominazzjoni għolja eċċ.) u kwalunkwe informazzjoni oħra mhux nominali meqjusa importanti għall-kondiviżjoni.

Indika jekk hemmx stampi mehmuża u n-numru tagħhom.

Jekk ikun meħtieġ, il-Parti B tista’ timtela diversi drabi għall-istess perjodu ta’ referenza.

Parti C

Il-Parti C trid timtela meta l-Istat Membru jkun wettaq proġett orjentat lejn ir-riskju fil-qasam tal-kontrolli tal-flus kontanti fil-perjodu ta’ referenza.

Iddeskrivi l-proġett li twettaq.

Ipprovdi informazzjoni dwar l-ispeċifiċitajiet tal-każ, il-konklużjonijiet milħuqa u kwalunkwe rimarki possibbli. (pereżempju fuq il-perjodu, mezzi (pereżempju klieb li jxommu, skenn), l-iskala tal-kontrolli tiegħu, eċċ.).

Ipprovdi informazzjoni dwar eżempju ta’ każ jekk jitqies meħtieġ.

Indika jekk l-eżempju kienx ir-riżultat ta’ kontroll ibbażat fuq ir-riskju jew ta’ verifika każwali.

Indika jekk hemmx stampi mehmuża u n-numru tagħhom.

Jekk ikun meħtieġ, il-Parti C tista’ timtela diversi drabi skont l-għadd ta’ proġetti mwettqa għall-istess perjodu ta’ referenza.

Parti D

Ipprovdi informazzjoni li hija meqjusa importanti li tiġi kondiviża, iżda ma tistax tiġi inkluża fil-Partijiet B jew C.

Indika jekk hemmx stampi mehmuża u n-numru tagħhom.


Top