This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0343
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/343 of 25 February 2021 concerning the authorisation of a preparation of Lactobacillus buchneri DSM 29026 as a feed additive for all animal species (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/343 tal-25 ta’ Frar 2021 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/343 tal-25 ta’ Frar 2021 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/1139
ĠU L 68, 26.2.2021, pp. 157–159
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
26.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/157 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/343
tal-25 ta’ Frar 2021
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi biex jintużaw fl-għalf għall-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dik l-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “additivi teknoloġiċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-addittiv jitqies li hu sensitizzatur respiratorju, u mingħajr data ma setgħetx tintlaħaq konklużjoni dwar l-irritazzjoni li jikkawża l-addittiv fil-ġilda u fl-għajnejn jew dwar l-effett ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi biex jipprevjenu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb l-istabbiltà aerobika tal-furrajna magħmula minn materjali tal-foraġġ li huma faċli jew moderatament diffiċli biex jitrendew f’furrajna. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifici ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf f’għalf li ġie sottomess mil-laboratorju ta’ referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “additivi tal-furrajna” hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2020;18(6):6159.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU tal-addittiv/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tal-furrajna |
||||||||||||||
|
1k20759 |
Lactobacillus buchneri DSM 29026 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri DSM 29026 li fiha minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g tal-addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
18.3.2031 |
||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri DSM 29026. |
||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1)
|
||||||||||||||
(1) Foraġġ li jitrenda f’furrajna faċilment: > 3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; moderatament diffiċli biex il-foraġġ jitrenda f’furrajna: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1)
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.