EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0023

Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 22, 22.1.2021, p. 1–102 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/23/oj

22.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/1


REGOLAMENT (UE) 2021/23 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2020

dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Is-swieq finanzjarji huma kruċjali għall-funzjonament tal-ekonomiji moderni. Aktar ma jkunu integrati, akbar ikun il-potenzjal għal allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi ekonomiċi, filwaqt li minnha tibbenifika potenzjalment il-prestazzjoni ekonomika. Madankollu, sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku fis-servizzi finanzjarji, huwa importanti li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jindirizzaw l-effetti tat-taqlib fis-suq u jiżguraw li f’każ li istituzzjoni finanzjarja jew infrastruttura tas-suq finanzjarju li tkun attiva f’dan is-suq tiffaċċa diffikultà finanzjarja jew tkun fil-punt ta’ falliment, dak il-każ ma jiddestabbilizzax is-suq finanzjarju kollu u ma jagħmilx ħsara lit-tkabbir fl-ekonomija inġenerali.

(2)

Il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) huma komponenti ewlenin tas-swieq finanzjarji globali, li jintervjenu bejn il-parteċipanti sabiex jaġixxu bħala l-akkwirent għal kull bejjiegħ u bħala l-bejjiegħ għal kull akkwirent u li jaqdu rwol ċentrali fl-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u fil-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskji differenti li huma inerenti f’dawk it-tranżazzjonijiet. Is-CCPs jiċċentralizzaw l-immaniġġjar tat-tranżazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet, jonoraw l-obbligi maħluqa mit-tranżazzjonijiet, u jirrikjedu kollateral adegwat mill-membri tagħhom bħala marġini u bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza.

(3)

L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni wasslet biex is-CCPs tal-Unjoni evolvew minn dawk li primarjament jaqdu l-ħtiġijiet u s-swieq domestiċi għal dawk li jikkostitwixxu n-nodi kruċjali fis-swieq finanzjarji tal-Unjoni b’mod aktar wiesa’. Is-CCPs awtorizzati fl-Unjoni illum jikklerjaw bosta klassijiet ta’ prodotti, inkluż derivati ta’ komodità u finanzjarji elenkati u barra l-Borża (OTC), ekwitajiet ta’ flus, bonds u prodotti oħrajn bħal repos. Huma jipprovdu servizzi bejn il-fruntieri nazzjonali lil firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u oħrajn madwar l-Unjoni. Filwaqt li xi CCPs għadhom iffokati fuq is-swieq domestiċi, huma lkoll sistemikament importanti mill-inqas fis-swieq interni tagħhom.

(4)

Billi ammont sinifikanti tar-riskju finanzjarju tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jiġi pproċessat mis-CCPs u kkonċentrat fihom f’isem il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, ir-regolamentazzjoni effettiva u s-superviżjoni robusta tas-CCPs huma essenzjali. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jeżiġi li s-CCPs awtorizzati fl-Unjoni josservaw standards prudenzjali, organizzazzjonali u ta’ kondotta kummerċjali għolja. L-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jaħdmu flimkien fi ħdan kulleġġi superviżorji li jiġbru flimkien lill-awtoritajiet rilevanti għall-kompiti speċifiċi allokati lilhom, huma inkarigati mis-sorveljanza sħiħa tal-attivitajiet tas-CCPs.. Skont l-impenji meħuda mill-mexxejja tal-G20 mill-kriżi finanzjarja tal-2008, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jesiġi wkoll li d-derivati OTC standardizzati jkunu kklerjati ċentralment minn CCP. Hekk kif jidħol fis-seħħ l-obbligu li d-derivati OTC jiġu kklerjati ċentralment, il-volum u l-firxa tan-negozju magħmul mis-CCPs x’aktarx li jiżdiedu, li jistgħu mbagħad joħolqu sfidi addizzjonali għall-istrateġiji tal-ġestjoni tar-riskji tas-CCPs.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikkontribwixxa biex tiżdied ir-reżiljenza tas-CCPs u tas-swieq finanzjarji usa’ fil-konfront ta’ firxa wiesgħa ta’ riskji pproċessati u kkonċentrati fis-CCPs. Madankollu, l-ebda sistema ta’ regoli u prattiki ma tista’ tipprevjeni li r-riżorsi eżistenti ma jkunux xierqa fil-ġestjoni tar-riskji mġarrba minn CCP, inkluża inadempjenza waħda jew aktar mill-membri tal-ikklirjar. Meta jkunu ffaċċjati b’xenarju ta’ diffikultà finanzjarja severa jew falliment imminenti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-prinċipju, jibqgħu soġġetti għal proċedimenti normali ta’ insolvenza. Madankollu, kif uriet il-kriżi finanzjarja tal-2008, b’mod partikolari matul perijodu ta’ inċertezza u instabbiltà ekonomika fit-tul, dawn il-proċedimenti jistgħu jfixklu funzjonijiet kruċjali għall-ekonomija u jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. Il-proċedimenti normali ta’ insolvenza korporattiva mhux dejjem jistgħu jiġu fdati biex tiġi żgurata ħeffa suffiċjenti ta’ intervent jew biex tiġi prijoritizzata b’mod adegwat il-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-fini tal-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġu evitati tali konsegwenzi negattivi tal-proċedimenti normali ta’ insolvenza, jeħtieġ li jinħoloq qafas ta’ riżoluzzjoni speċjali għas-CCPs.

(6)

Il-kriżi finanzjarja tal-2008 enfasizzat in-nuqqas ta’ għodod xierqa għall-preservazzjoni tal-funzjonijiet kruċjali pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qegħdin ifallu. Barra minn hekk hija wriet in-nuqqas ta’ oqfsa li jippermettu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, b’mod partikolari dawk li jinsabu fi Stati Membri jew ġurisdizzjonijiet differenti, biex jiġi żgurat it-teħid ta’ azzjoni rapida u deċiżiva. Mingħajr dawn l-għodod u bin-nuqqas ta’ oqfsa ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni, l-Istati Membri kienu obbligati jsalvaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji bl-użu tal-flus tal-kontribwenti sabiex iwaqqfu l-kontaġju u jnaqqsu l-paniku. Filwaqt li s-CCPs ma kinux benefiċjarji diretti ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja fil-kriżi finanzjarja tal-2008, huma kienu mħarsa mill-effetti li banek li jonqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom kieku kien ikollhom fuqhom. Il-qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għas-CCPs jikkomplementa l-qafas għar-riżoluzzjoni tal-banek adottat skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u għaldaqstant huwa neċessarju biex tiġi evitata d-dipendenza fuq il-flus tal-kontribwenti fil-każ tal-falliment diżordinat tagħhom. Dan il-qafas jenħtieġ li jindirizza wkoll il-possibbiltà li s-CCPs jidħlu f’riżoluzzjoni għal raġunijiet għajr dak ta’ inadempjenza ta’ wieħed jew ta’ diversi membri tal-ikklirjar tagħhom.

(7)

L-objettiv ta’ qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni kredibbli huwa li jiżgura, kemm jista’ jkun, li s-CCPs jistabbilixxu miżuri għall-irkupru minn diffikultà finanzjarja, għaż-żamma tal-funzjonijiet kruċjali ta’ CCP li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli waqt l-istralċ tal-bqija tal-attivitajiet permezz ta’ proċedimenti normali ta’ insolvenza, u għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u l-evitar ta’ effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja u l-kapaċità tagħha li sservi l-ekonomija reali filwaqt li tiġi minimizzata l-ispiża fuq il-kontribwenti ta’ falliment ta’ CCP. Qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni jkompli jsaħħaħ l-istat ta’ tħejjija tas-CCPs u tal-awtoritajiet sabiex itaffu d-diffikultà finanzjarja u jipprovdu lill-awtoritajiet b’aktar għarfien fir-rigward tat-tħejjijiet tas-CCPs għax-xenarji ta’ kriżi. Huwa jipprovdi wkoll lill-awtoritajiet b’setgħat sabiex iħejju għar-riżoluzzjoni potenzjali ta’ CCP u jittrattaw is-saħħa li tkun qed tbatti ta’ CCP b’mod ikkoordinat, u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.

(8)

Bħalissa, ma hemm l-ebda dispożizzjoni armonizzata għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs madwar l-Unjoni. Xi Stati Membri diġà ppromulgaw bidliet leġislattivi li jeżiġu li s-CCPs ifasslu pjanijiet ta’ rkupru u li jintroduċu mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tas-CCPs li jkunu qegħdin ifallu. Barra minn hekk, hemm differenzi sostantivi u proċedurali konsiderevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-insolvenza tas-CCPs. In-nuqqas ta’ kondizzjonijiet, setgħat u proċessi komuni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs x’aktarx li jikkostitwixxi ostaklu għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jfixkel il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali meta jittrattaw il-falliment ta’ CCP u japplikaw mekkaniżmi ta’allokazzjoni ta’ telf xierqa fuq il-membri tal-ikklirjar tagħha, kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment. Dan huwa partikularment veru fejn approċċi differenti jfissru li l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx l-istess livell ta’ kontroll jew l-istess abbiltà sabiex jirriżolvu s-CCPs. Dawk id-differenzi fir-reġimi tal-irkupru u r-riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw lis-CCPs, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tal-membri tal-ikklirjar b’mod differenti fl-Istati Membri differenti u potenzjalment joħolqu distorsjonijiet kompetittivi fis-suq intern. In-nuqqas ta’ regoli u għodod komuni fir-rigward ta’ kif jenħtieġ li jiġu ttrattati diffikultà finanzjarja jew falliment f’CCP jista’ jaffettwa l-għażla tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom li jikklirjaw u l-għażla tas-CCPs tal-post ta’ stabbiliment tagħhom, u b’hekk jimpedixxi lis-CCPs milli jibbenifikaw b’mod sħiħ mil-libertajiet fundamentali tagħhom fis-suq intern. Min-naħa l-oħra, dan jista’ jiskoraġġixxi lill-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom milli jiksbu aċċess għas-CCPs f’pajjiżi oħra fis-suq intern u jfixkel l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq kapitali tal-Unjoni. Għalhekk, huma neċessarji regoli komuni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat li s-CCPs ma jkunux limitati fl-eżerċitar tal-libertajiet tagħhom fis-suq intern mill-kapaċità finanzjarja tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tagħhom sabiex jiġġestixxu l-falliment tagħhom.

(9)

Ir-rieżami tal-qafas regolatorju applikabbli għall-banek u għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li seħħ fid-dawl tal-kriżi finanzjarja tal-2008 u, b’mod partikolari, it-tisħiħ tar-riżervi ta’ likwidità u kapitali tal-banek, għodod aħjar għall-politiki makroprudenzjali u regoli komprensivi dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, naqqsu l-probabbiltà ta’ kriżijiet fil-ġejjieni u tejbu r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-infrastrutturi tas-suq kollha, inkluż is-CCPs, għall-istress ekonomiku, kemm jekk ikun ikkawżat minn disturbi sistemiċi kif ukoll jekk ikun ikkawżat minn każijiet speċifiċi għal istituzzjonijiet individwali. Mill-1 ta’ Jannar 2015 beda japplika reġim ta’ rkupru u riżoluzzjoni għall-banek fl-Istati Membri kollha skont id-Direttiva 2014/59/UE.

(10)

Billi jibnu fuq l-approċċ għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu ppreparati u jkollhom għodod xierqa għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jittrattaw sitwazzjonijiet li jinvolvu fallimenti ta’ CCPs. Madankollu, minħabba l-funzjonijiet u l-mudelli tan-negozju differenti tagħhom, ir-riskji inerenti fil-banek u fis-CCPs huma differenti. Għalhekk, huma meħtieġa għodod u setgħat speċifiċi għax-xenarji ta’ falliment tas-CCPs ikkawżati mill-falliment tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP jew bħala riżultat ta’ każijiet mhux inadempjenti.

(11)

Regolament huwa l-att ġuridiku adatt li għandu jintgħażel sabiex jikkomplementa u jibni fuq l-approċċ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jipprevedi rekwiżiti prudenzjali uniformi applikabbli għas-CCPs. L-istipular ta’ rekwiżiti ta’ rkupru u riżoluzzjoni f’direttiva jista’ joħloq inkonsistenzi billi jiġu adottati regoli nazzjonali potenzjalment differenti fir-rigward ta’ qasam li huwa rregolat minn liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u dejjem aktar ikkaratterizzat mill-forniment transfruntier tas-servizzi tas-CCPs. Għalhekk jenħtieġ li jiġu adottati wkoll regoli uniformi u direttament applikabbli dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, kif ukoll l-ogħla livell possibbli ta’ stabbiltà finanzjarja fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li r-reġim tal-irkupru u r-riżoluzzjoni stipulat f’dan ir-Regolament japplika għas-CCPs li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, irrispettivament minn jekk għandhomx liċenzja bankarja. Għalkemm jista’ jkun hemm differenzi fil-profil ta’ riskju assoċjat ma’ strutturi korporattivi alternattivi, peress li s-CCPs huma entitajiet awtonomi li huma meħtieġa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 indipendentement mill-impriża omm tagħhom jew minn entitajiet oħra tal-grupp. Il-grupp li CCP tkun parti minnu għaldaqstant ma jenħtieġx li jkun soġġett għal dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li d-dimensjoni tal-grupp, inkluż, fost oħrajn, ir-relazzjonijiet operazzjonali, personali u finanzjarji ta’ CCP ma’ entitajiet tal-grupp, titqies fl-ippjanar tal-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP, sa fejn dan jista’ jaffettwa l-irkupru jew ir-riżoluzzjoni tas-CCP jew sa fejn l-azzjonijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni jista’ jkollhom impatt fuq entitajiet oħra tal-grupp.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jittieħdu b’mod effiċjenti u effettiv, u f’konformità mal-objettivi tar-riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru, bħala awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għall-fini ta’ dan ir-Regolament, banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti, awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet fdati b’setgħat amministrattivi pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti fir-rigward tar-riżoluzzjoni, inkluż kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li jiġu allokati riżorsi xierqa lil dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Fi Stati Membri fejn tkun stabbilita CCP, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti strutturali xierqa biex jisseparaw il-funzjonijiet tar-riżoluzzjoni tas-CCP minn funzjonijiet oħra, b’mod partikolari fejn l-awtorità responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tas-CCP, jew għas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ ditti tal-investiment li jkunu membri tal-ikklirjar tas-CCP, tinħatar bħala l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess u riskju ta’ tolleranza regolatorja. F’tali każijiet, jenħtieġ li tiġi żgurata l-indipendenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li t-teħid ta’ deċiżjonijiet jitħalla jikkonverġi fl-ogħla livell.

(14)

Fid-dawl tal-konsegwenzi li l-falliment ta’ CCP u l-azzjonijiet sussegwenti jista’ jkollhom fuq is-sistema finanzjarja u l-ekonomija ta’ Stat Membru, kif ukoll il-ħtieġa aħħarija possibbli li jintużaw fondi pubbliċi sabiex tiġi riżolta kriżi, jenħtieġ li l-Ministeri għall-Finanzi jew ministeri rilevanti oħrajn fl-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu, f’konformità mal-proċeduri demokratiċi nazzjonali fir-rigward tal-użu ta’ fondi pubbliċi bħala l-aħħar għażla u konsegwentement jenħtieġ li jiġu involuti mill-qrib, fi stadju bikri, fil-proċess tal-irkupru u r-riżoluzzjoni. Għalhekk, fir-rigward tal-użu ta’ fondi pubbliċi bħala l-aħħar għażla, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn il-ministeri rilevanti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni kif previst fis-sistemi legali tal-Istati Membri.

(15)

Billi s-CCPs ta’ spiss jipprovdu servizzi madwar l-Unjoni, l-irkupru u r-riżoluzzjoni effettivi jeħtieġu kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi ħdan il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni u superviżjoni, b’mod partikolari fl-istadji preparatorji ta’ rkupru u riżoluzzjoni. Dak jinkludi valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru żviluppat mis-CCP, li tikkontribwixxi għal u tikseb deċiżjoni konġunta dwar pjanijiet ta’ riżoluzzjoni mfassla mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, u li tindirizza kwalunkwe impediment għar-riżolvibbiltà tas-CCP.

(16)

Jenħtieġ li r-riżoluzzjoni tas-CCPs issib bilanċ bejn, minn naħa waħda, il-ħtieġa għal proċeduri li jikkunsidraw l-urġenza tas-sitwazzjoni u li jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti, ġusti u fil-ħin u min-naħa l-oħra l-ħtieġa li tiġi mħarsa l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha. Jenħtieġ li l-awtoritajiet li l-oqsma ta’ kompetenza tagħhom jiġu affettwati mill-falliment ta’ CCP jikkondividu l-fehmiet tagħhom fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. Dan jenħtieġ li b’mod partikolari jinkludi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-tħejjija tal-membri tal-ikklirjar u, fejn rilevanti, il-klijenti fir-rigward ta’ miżuri għall-ġestjoni, l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ inadempjenza potenzjali u t-trattament superviżorju tal-iskoperturi relatati fil-konfront tas-CCP. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri li l-istabbiltà finanzjarja tagħhom tista’ tiġi impattata mill-falliment tas-CCP ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru rispettiv tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jkunu rappreżentati fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar. Jenħtieġ li l-Istati Membri li mhumiex rappreżentati mill-awtoritajiet tal-membri tal-ikklirjar ikunu jistgħu jieħdu sehem billi jagħżlu bejn parteċipazzjoni fil-kulleġġ tal-awtorità kompetenti tal-klijenti ta’ membri tal-ikklirjar u tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-klijenti ta’ membri tal-ikklirjar. Jenħtieġ li l-awtoritajiet jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa għall-parteċipazzjoni tagħhom, abbażi tal-analiżi tagħhom tal-impatt negattiv li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq l-Istati Membri tagħhom, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP. Bl-istess mod, sabiex jiġi żgurat skambju regolari ta’ fehmiet u koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiż terz rilevanti, jenħtieġ li dawn jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni bħala osservaturi, fejn neċessarju.

(17)

Sabiex il-falliment potenzjali ta’ CCP jiġi indirizzat b’mod proporzjonat u effettiv, jenħtieġ li l-awtoritajiet jikkunsidraw għadd ta’ fatturi meta jeżerċitaw is-setgħat ta’ rkupru u riżoluzzjoni tagħhom, bħan-natura tan-negozju tas-CCP, l-istruttura legali u organizzazzjonali, il-forma ġuridika, il-profil tar-riskju, id-daqs, l-istatus ġuridiku, is-sostitwibbiltà u l-interkonnettività tagħha mas-sistema finanzjarja. Jenħtieġ li l-awtoritajiet jikkunsidraw ukoll jekk hux probabbli li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħha skont proċedimenti normali ta’ insolvenza jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn jew fuq l-ekonomija inġenerali.

(18)

Sabiex jittrattaw b’mod effiċjenti mas-CCPs li jkunu qegħdin ifallu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu miżuri preparatorji fuq is-CCPs. Jenħtieġ li jiġi stabbilit standard minimu fir-rigward tal-kontenut u l-informazzjoni li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ rkupru sabiex ikun żgurat li s-CCPs kollha fl-Unjoni jkollhom pjanijiet ta’ rkupru dettaljati biżżejjed f’każ li jiffaċċjaw diffikultà finanzjarja. Jenħtieġ li tali pjan ta’ rkupru jikkontempla firxa xierqa ta’ xenarji, li jipprevedu kemm stress sistemiku kif ukoll speċifiku għas-CCP, li jipperikola l-vijabilità tagħha, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-impatt potenzjali ta’ kontaġju fi kriżi, kemm domestiku kif ukoll transfruntier. Jenħtieġ li x-xenarji jkunu aktar severi minn dawk użati għall-finijiet ta’ ttestjar ta’ stress regolari skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, filwaqt li jibqgħu plawżibbli. Jenħtieġ li l-pjan ta’ rkupru jkopri firxa wiesgħa ta’ xenarji inkluż xenarji li jirriżultaw minn każijiet ta’ inadempjenza, każijiet mhux inadempjenti u taħlita tat-tnejn; u jenħtieġ li jinkludu arranġamenti komprensivi għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ valur kontabilistiku rikonċiljat, għall-allokazzjoni sħiħa ta’ telf li jirriżulta minn inadempjenza ta’ membru tal-ikklirjar, u assorbiment adegwat għat-tipi l-oħra kollha ta’ telf. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ rkupru jiddistingwu bejn it-tipi differenti ta’ każijiet mhux inadempjenti. Jenħtieġ li l-pjan ta’ rkupru jagħmel parti mir-regoli operattivi tas-CCP maqbula kuntrattwalment mal-membri tal-ikklirjar. Jenħtieġ li dawk ir-regoli operattivi jinkludu wkoll dispożizzjonijiet li jiżguraw l-infurzabbiltà tal-miżuri ta’ rkupru deskritti fil-pjan ta’ rkupru fix-xenarji kollha. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ rkupru ma jassumux l-aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew jesponu lill-kontribwenti għar-riskju tat-telf.

(19)

Jenħtieġ li s-CCPs ikunu rikjesti jfasslu u jirrevedu u jaġġornaw regolarment il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-fażi ta’ rkupru tibda meta jkun hemm deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP jew riskju ta’ ksur tar-rekwiżiti kapitali u prudenzjali tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jista’ jwassal għall-ksur tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni tagħha li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Jenħtieġ li dan jiġi indikat b’referenza għal qafas ta’ indikaturi kwalitattivi jew kwantitattivi inkluż fil-pjan ta’ rkupru.

(20)

Sabiex jinħolqu inċentivi sodi ex-ante u tiġi żgurata allokazzjoni ġusta tat-telf, jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ rkupru jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ rkupru tibbilanċja b’mod xieraq l-allokazzjoni tat-telf bejn is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom. Bħala prinċipju ġenerali, jenħtieġ li t-telf fl-irkupru jitqassam bejn is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar, u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom bħala funzjoni tar-responsabbiltà tagħhom għar-riskju ttrasferit lis-CCP u l-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw u jimmaniġġjaw tali riskji. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ rkupru jiżguraw li l-kapital tas-CCP ikun espost għal telf ikkawżat kemm minn eventi ta’ inadempjenza kif ukoll ta’ nuqqas ta’ inadempjenza, qabel ma t-telf jiġi allokat lill-membri tal-ikklerjar. Bħala inċentiv għal ġestjoni xierqa tar-riskju u għal tnaqqis ulterjuri tar-riskji ta’ telf għall-kontribwenti, jenħtieġ li s-CCP tuża porzjon mir-riżorsi proprji dedikati prefinanzjati tagħha kif imsemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li jistgħu jinkludu kwalunkwe kapital li jkollha flimkien mar-rekwiżiti tal-kapital minimu tagħha, biex tkun f’konformità mal-livell limitu ta’ notifika msemmi fl-att delegat adottat abbażi tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, bħala miżura ta’ rkupru qabel ma tirrikorri għal miżuri ta’ rkupru oħra li jirrikjedu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-membri tal-ikklerjar.

Dak l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji dedikati prefinanzjati, li huma distinti mir-riżorsi proprji prefinanzjati msemmija fl-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 10 % u lanqas ogħla minn 25 % tar-rekwiżiti ta’ kapital ibbażat fuq ir-riskju kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 irrispettivament minn jekk dawk ir-rekwiżiti humiex inqas jew ogħla mill-kapital inizjali msemmi fl-Artikolu 16(1) ta’ dak ir-Regolament.

(21)

Jenħtieġ li s-CCP tippreżenta l-pjan ta’ rkupru tagħha lill-awtorità kompetenti li jenħtieġ li tibgħat il-pjan mingħajr dewmien bla bżonn lill-kulleġġ superviżorju, stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal valutazzjoni sħiħa, li għandha titwettaq permezz ta’ deċiżjoni konġunta tal-kulleġġ. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tiddetermina jekk il-pjan huwiex komprensiv u jekk il-vijabilità tas-CCP tistax tiġi restawrata fil-ħin, inkluż f’perijodi ta’ diffikultà’ finanzjarja serja.

(22)

Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ rkupru jistabbilixxu b’mod komprensiv l-azzjonijiet li s-CCP tieħu sabiex tindirizza kwalunkwe obbligu pendenti mhux rikonċiljat, telf mhux kopert, nuqqas ta’ likwidità, jew inadegwatezza tal-kapital, kif ukoll l-azzjonijiet għar-rikostituzzjoni ta’ kwalunkwe riżorsi finanzjarji prefinanzjati eżawriti arranġamenti ta’ likwidità sabiex tiġi restawrata l-vijabilità tas-CCP u l-abbiltà tagħha li tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tagħha għall-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li la s-setgħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tapplika sejħa għal flus għal riżoluzzjoni u lanqas ir-rekwiżit li jkun hemm impenn kuntrattwali minimu għas-sejħa għal flus għal irkupru ma jaffettwaw id-dritt tas-CCP li tintroduċi sejħiet għal flus għal irkupru fir-regoli tagħha lil hinn mill-impenn kuntrattwali obbligatorju minimu speċifikat f’dan ir-Regolament jew il-ġestjoni tar-riskju tas-CCP.

(23)

Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ rkupru jqisu ukoll l-attakki ċibernetiċi li jistgħu jwasslu għal deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP jew għal riskju ta’ ksur tar-rekwiżiti prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(24)

Jenħtieġ li s-CCPs jiżguraw li l-pjan ta’ rkupru tagħhom ikun bilanċjat u mhux diskriminatorju f’termini tal-impatt tiegħu u l-inċentivi li joħloq. Jenħtieġ li jkunu proporzjonati l-effetti tal-miżuri ta’ rkupru fuq il-membri tal-ikklerjar u, fejn tkun disponibbli l-informazzjoni rilevanti, il-klijenti tagħhom, u fuq is-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed mill-Istati Membri tagħha jew aktar b’mod aktar wiesa’. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, is-CCPs iridu jiżguraw li l-membri tal-ikklirjar tagħhom ikollhom skoperturi limitati għas-CCP. Jenħtieġ li s-CCPs jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu involuti fit-tfassil tal-pjan ta’ rkupru permezz tal-involviment tagħhom fil-kumitat tar-riskju tas-CCP, skont il-każ kif ikun, u jkunu kkonsultati kif xieraq. Billi l-opinjonijiet jistgħu jkunu mistennija li jvarjaw fost il-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li s-CCPs jistabbilixxu proċessi ċari li jiġġestixxu d-diversità tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta’ interess bejn dawk il-partijiet ikkonċernati u s-CCP.

(25)

Bil-ħsieb tan-natura globali tas-swieq servuti mis-CCPs, jenħtieġ li r-regoli operattivi tas-CCP jinkludu dispożizzjonijiet kuntrattwali biex tiġi żgurata l-kapaċità tagħha li tapplika l-opzjonijiet ta’ rkupru, fejn ikun neċessarju, għal kuntratti jew assi rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz jew għal entitajiet ibbażati f’pajjiżi terzi.

(26)

Meta CCP ma tippreżentax pjan ta’ rkupru adegwat, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jeżiġu li s-CCP tieħu l-miżuri neċessarji biex tirrimedja n-nuqqasijiet materjali tal-pjan sabiex issaħħaħ in-negozju tas-CCP u tiżgura li s-CCP tkun tista’ talloka t-telf, tirrestawra l-kapital tagħha u, meta rilevanti, terġa’ tirrikonċilja l-valur kontabilistiku tagħha f’każ ta’ falliment. Jenħtieġ li dik is-setgħa tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni preventiva sa fejn neċessarju biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas u, għaldaqstant, biex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà finanzjarja.

(27)

Fil-każijiet eċċezzjonali ta’ haircutting tal-gwadanji tal-marġni ta’ varjazzjoni wara event mhux inadempjenti u jekk jirnexxi l-irkupru, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun tista’ tirrikjedi li s-CCP tirrikumpensa lill-membri tal-ikklerjar tagħha b’mod proporzjonat għat-telf tagħhom lil hinn mill-impenji kuntrattwali tagħhom, permezz ta’ pagamenti fi flus kontanti jew, fejn xieraq, tirrikjedi li s-CCP toħroġ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP.

(28)

L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta’ riżoluzzjoni effettiva. Jenħtieġ li l-pjanijiet jitfasslu mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u jiġu maqbula b’mod konġunt fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-pjanijiet ikopru firxa wiesgħa ta’ xenarji, jiddistingwu xenarji li jirriżultaw minn każijiet ta’ inadempjenza, każijiet mhux inadempjenti u taħlita tat-tnejn, kif ukoll tipi differenti ta’ każijiet mhux inadempjenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ikollhom l-informazzjoni kollha neċessarja biex jidentifikaw u jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kruċjali. Madankollu, jenħtieġ li l-kontenut ta’ pjan ta’ riżoluzzjoni jkun adegwat għall-attivitajiet tas-CCP u t-tipi ta’ prodotti kklerjati minnha u jenħtieġ li jkun ibbażat, fost l-oħrajn, fuq l-informazzjoni pprovduta minnha. Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ sejħiet għal flus għal riżoluzzjoni u tat-tnaqqis tal-ammont ta’ kwalunkwe gwadann pagabbli lil membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ta’ CCP taħt riżoluzzjoni, jenħtieġ li referenza għas-setgħa tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tirrikjedi tali sejħiet għal flus għal riżoluzzjoni u tali tnaqqis tiġi inkluża fir-regoli operattivi tas-CCP. Fejn meħtieġ, ir-regoli operattivi tas-CCP li huma maqbula kuntrattwalment mal-membri tal-ikklirjar jenħtieġ li jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw l-infurzabbiltà ta’ miżuri oħra ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

(29)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom, abbażi tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, is-setgħa li jeżiġu bidliet fl-istruttura legali jew operazzjonali u l-organizzazzjoni tas-CCPs direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, li jieħdu l-miżuri neċessarji u proporzjonati biex jitnaqqsu jew jitneħħew l-impedimenti materjali għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u li jiżguraw ir-riżolvibbiltà tagħhom. Filwaqt li tieħu kont tal-istruttura differenti tal-gruppi li jappartjenu għalihom is-CCPs, id-differenzi fl-istrutturi meta mqabbla ma’ gruppi bankarji, u l-oqfsa regolatorji differenti li japplikaw għal entitajiet individwali fi ħdan tali gruppi, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti tas-CCP, tkun tista’ tivvaluta jekk l-infurzar ta’ bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tas-CCP jew ta’ kwalunkwe entità ta’ grupp direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha jinvolvix bidliet fl-istrutturi tal-grupp li jappartjeni fih is-CCP li jistgħu jwasslu għal kwistjonijiet ta’ sfida legali jew kwistjonijiet ta’ infurzabbiltà, skont iċ-ċirkostanzi legali speċifiċi li japplikaw. Jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tivvaluta kif tneħħi tali impedimenti għal riżoluzzjoni, tkun tista’ tissuġġerixxi sett differenti ta’ miżuri ta’ riżolvibbiltà aktar milli teħtieġ bidliet għall-istrutturi legali jew operazzjonali tal-grupp, jekk l-użu ta’ tali miżuri alternattivi jneħħi l-impedimenti għal riżolvabilità b’mod ekwivalenti.

(30)

Fir-rigward tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà, il-kunsiderazzjonijiet superviżorji ta’ kuljum huma ssuperati mill-ħtieġa li jiġu ffaċilitati u żgurati azzjonijiet ta’ ristrutturar rapidi sabiex jiġu garantiti l-funzjonijiet kruċjali ta’ CCP u tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-membri differenti tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tas-CCP u d-deċiżjoni li jitneħħa kwalunkwe impediment għalihom, jenħtieġ li l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) taqdi rwol ta’ medjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Madankollu, jenħtieġ li din il-medjazzjoni vinkolanti mill-ESMA titħejja għall-kunsiderazzjoni minn kumitat intern tal-ESMA, fid-dawl tal-kompetenzi tal-membri tal-ESMA li jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u li jissorveljaw lill-membri tal-ikklirjar f’diversi Stati Membri. Jenħtieġ li ċerti awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi f’dak il-kumitat intern tal-ESMA fid-dawl tal-fatt li dawn l-awtoritajiet iwettqu kompiti simili skont id-Direttiva 2014/59/UE. Jenħtieġ li din il-medjazzjoni vinkolanti ma tipprekludix medjazzjoni mhux vinkolanti f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f’każijiet oħrajn. F’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, din il-medjazzjoni vinkolanti ma tistax taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri.

(31)

Jista’ jkun neċessarju li l-pjan ta’ rkupru tas-CCP jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jiskatta l-għoti ta’ ftehimiet ta’ appoġġ finanzjarju kuntrattwalment vinkolanti possibbli, garanziji jew forom oħrajn ta’ appoġġ operazzjonali minn impriża omm jew entità oħra ta’ grupp lil CCP fi ħdan l-istess grupp. It-trasparenza fir-rigward ta’ dawn l-arranġamenti timmitiga r-riskji għal-likwidità u għas-solvenza tal-entità tal-grupp li tipprovdi appoġġ lil CCP li tkun qed tiffaċċa diffikultà finanzjarja. Għaldaqstant, jenħtieġ li kwalunkwe bidla f’dawn l-arranġamenti li taffettwa l-kwalità u n-natura ta’ dan l-appoġġ tal-grupp titqies bħala bidla materjali għall-fini tar-rieżami tal-pjan ta’ rkupru.

(32)

Minħabba s-sensittività tal-informazzjoni li tinsab fil-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni, jeħtieġ li dawk il-pjanijiet ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet xierqa dwar il-kunfidenzjalità.

(33)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jibgħatu l-pjanijiet ta’ rkupru u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti, u li dawn tal-aħħar jibgħatu l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex b’mod permanenti kull awtorità rilevanti tibqa’ tinżamm infurmata b’mod sħiħ.

(34)

Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrimedjaw id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ CCP qabel ma dik is-CCP tilħaq punt li fih l-awtoritajiet ma jkollhom ebda alternattiva oħra għajr li jirriżolvuha jew li jidderieġu lis-CCP sabiex tbiddel il-miżuri ta’ rkupru tagħha meta dawn jistgħu jkunu ta’ detriment għall-istabbiltà finanzjarja globali. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ intervent bikri sabiex jevitaw jew jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja jew fuq l-interessi tal-klijenti li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri mis-CCP. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw setgħat ta’ intervent bikri b’mod addizzjonali għas-setgħat tagħhom previsti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri jew skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal ċirkostanzi għajr dawk meqjusa bħala intervent bikri. Is-setgħat ta’ intervent bikri jenħtieġ li jinkludu s-setgħa li jipprojbixxu kwalunkwe remunerazzjoni ta’ ekwità u strumenti ttrattati ta’ ekwità inkluż il-pagamenti tad-dividendi u riakkwisti min-naħa tas-CCP, bl-aktar mod sħiħ mingħajr ma jkun ikkawżat event ta’ inadempjenza, kif ukoll is-setgħa li jillimitaw, jipprojbixxu jew jiffriżaw kwalunkwe pagament ta’ remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri.

(35)

Fil-qafas ta’ setgħat ta’ intervent bikri, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-liġi nazzjonali, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun tista’ taħtar amministratur temporanju, biex jissostitwixxi jew biex jaħdem b’mod temporanju mal-bord u mal-maniġment superjuri tas-CCP. Jenħtieġ li l-kompitu tal-amministratur temporanju jkun li jeżerċita kwalunkwe setgħa kkonferita lilu, soġġett għal kwalunkwe kondizzjoni imposta fuqu mal-ħatra tiegħu, bil-ħsieb li jippromwovi soluzzjonijiet biex jindirizzaw is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP. Jenħtieġ li l-ħatra ta’ amministratur temporanju ma tinterferixxi bla bżonn mad-drittijiet tal-azzjonisti jew is-sidien jew mal-obbligi proċedurali stabbiliti skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni jew nazzjonali u għandha tirrispetta l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri marbuta mal-protezzjoni tal-investiment.

(36)

Matul il-fażijiet ta’ rkupru u intervent bikri, jenħtieġ li l-azzjonisti jibqgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom b’mod sħiħ. Jenħtieġ li huma jitilfu tali drittijiet ladarba s-CCP tkun tpoġġiet taħt riżoluzzjoni. Kwalunkwe remunerazzjoni ta’ ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità, inkluż id-distribuzzjoni ta’ dividendi u r-riakkwist mis-CCP, jenħtieġ li tkun ristretta jew ipprojbita fl-irkupru, bl-aktar mod sħiħ possibbli mingħajr ma tiskatta event ta’ inadempjenza. Jenħtieġ li t-titolari ta’ ekwità ta’ CCP jassorbu t-telf l-ewwel f’riżoluzzjoni b’mod li jimminimizza r-riskju ta’ kontestazzjoni legali minnhom meta dan it-telf ikun akbar mit-telf li kienu jġarrbu fi proċedimenti normali ta’ insolvenza magħruf ukoll bħala l-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”. Jenħtieġ li awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ tiddevja mill-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”. Madankollu, azzjonist jew kreditur li jġarrab telf akbar milli kien iġarrab fi proċedimenti normali ta’ insolvenza jkun intitolat għall-pagament tad-differenza.

(37)

Jenħtieġ li l-qafas tar-riżoluzzjoni jipprevedi d-dħul fil-ħin f’riżoluzzjoni qabel ma CCP tkun insolventi. Jenħtieġ li CCP titqies bħala li qed tfalli jew li x’aktarx ser tfalli meta tikser jew x’aktarx li fil-futur qrib ser tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni, meta l-irkupru tagħha jkun naqas jew x’aktarx sejjer jonqos milli jirrestawra l-vijabilità tagħha, meta s-CCP ma tkunx tista’ jew x’aktarx ma tkunx tista’ tipprovdi funzjoni kruċjali, meta l-assi tas-CCP jkunu jew x’aktarx li fil-futur qrib ser ikunu inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha, meta s-CCP ma tkunx tista’ jew x’aktarx li fil-futur qrib ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra hekk kif isiru dovuti, jew meta s-CCP tkun teħtieġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Madankollu, il-fatt li CCP ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha għall-awtorizzazzjoni jenħtieġ li minnu nnifsu ma jiġġustifikax id-dħul f’riżoluzzjoni.

(38)

Jenħtieġ li l-forniment ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali, meta din il-faċilità tkun disponibbli, ma tkunx kondizzjoni li turi li CCP ma tistax jew, fil-futur qrib, mhux ser tkun tista’ tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti. Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari fil-każ ta’ skarsezza ta’ likwidità sistemika, jenħtieġ li l-garanziji tal-Istat fuq faċilitajiet ta’ likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew il-garanziji tal-Istat ta’ obbligazzjonijiet maħruġa ġodda biex jiġi rimedjat tfixkil serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru ma jiskattawx il-bidu ta’ riżoluzzjoni, dment li jiġu ssodisfati għadd ta’ kondizzjonijiet.

(39)

Membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), korpi oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili, korpi pubbliċi oħra tal-Unjoni inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku, jew li jintervjenu fiha, u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali kif ukoll entitajiet oħra elenkati fl-Artikolu 1(4) u 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jaġixxu fil-kapaċità ta’ membru tal-ikklirjar f’konnessjoni mal-operazzjonijiet tagħhom. Jenħtieġ li l-għodod ta’ allokazzjoni tat-telf previsti fil-pjan ta’ rkupru tas-CCPs ma japplikawx għal dawk l-entitajiet. Bl-istess mod, jenħtieġ li awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma japplikawx għodod ta’ allokazzjoni tat-telf fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet, sabiex jevitaw l-esponiment tal-flus pubbliċi.

(40)

Meta CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP ikollha għad-dispożizzjoni tagħha sett armonizzat ta’ għodod u setgħat ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li dawn jippermettu li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tindirizza xenarji kkawżati kemm minn każijiet ta’ inadempjenza kif ukoll minn każijiet mhux inadempjenti, jew taħlita tat-tnejn. Jenħtieġ li l-eżerċitar tagħhom ikun soġġett għal kondizzjonijiet, objettivi u prinċipji ġenerali komuni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dawn l-għodod jew setgħat ma taffettwax ir-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transfruntiera.

(41)

Jenħtieġ li l-objettivi primarji tar-riżoluzzjoni jkunu li jiżguraw il-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi, li jevitaw l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, u li jipproteġu l-fondi pubbliċi.

(42)

Jenħtieġ li jinżammu l-funzjonijiet kruċjali ta’ CCP li tkun qed tfalli, għalkemm ristrutturati fejn xieraq b’bidliet fil-maniġment, permezz tal-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u, sal-aktar punt possibbli, bl-użu ta’ fondi privati u mingħajr dipendenza fuq għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Dak l-objettiv jista’ jinkiseb bl-allokazzjoni ta’ telf pendenti u billi s-CCP tistabbilixxi mill-ġdid valur kontabilistiku rikonċiljat permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ allokazzjoni tal-pożizzjonijiet u t-telf fil-każ ta’ telf minħabba inadempjenza, jew, fil-każ ta’ telf mhux inadempjenti, permezz tal-valwazzjoni negattiva tal-istrumenti ta’ u l-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni f’ekwità ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP. Sabiex tiġi evitata l-ħtieġa għall-applikazzjoni ta’ għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ wkoll tuża s-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni wara event mhux inadempjenti. Jenħtieġ ukoll li CCP jew servizz speċifiku tal-ikklirjar ikunu jistgħu jinbiegħu lil, jew jiġu amalgamati ma’, CCP solventi ta’ parti terza li tkun kapaċi twettaq u tamministra l-attivitajiet tal-ikklirjar trasferiti. Skont l-objettiv taż-żamma ta’ funzjonijiet kritiċi tas-CCP u qabel ma jittieħdu l-azzjonijiet deskritti hawn fuq, jenħtieġ li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tinforza b’mod ġenerali kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti lejn is-CCP skont kif dawn jissejħu fir-regoli operattivi tagħha, inkluż b’mod partikolari kwalunkwe obbligu kuntrattwali minn membri tal-ikklirjar biex jissodisfaw sejħiet għal flus għal irkupru jew jieħdu pożizzjonijiet ta’ membri tal-ikklirjar inadempjenti, sew jekk permezz ta’ rkant jew mod ieħor maqbul fir-regoli operattivi tas-CCP, kif ukoll kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti li jimpenja l-partijiet għajr il-membri tal-ikklirjar għal kwalunkwe forma ta’ appoġġ finanzjarju.

(43)

Hija neċessarja azzjoni rapida u deċiżiva biex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u jiġi mminimizzat il-kontaġju. Ladarba l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jkunu ġew issodisfati, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP ma ddumx biex tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni xierqa u kkoordinata fl-interess pubbliku. Il-falliment ta’ CCP jista’ jseħħ f’ċirkostanzi li jirrikjedu reazzjoni immedjata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-awtorità tkun tista’ tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni minkejja l-eżerċitar ta’ miżuri ta’ rkupru mis-CCP jew mingħajr ma jiġi impost obbligu li l-ewwel jintużaw is-setgħat ta’ intervent bikri.

(44)

Meta tieħu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tieħu inkonsiderazzjoni u ssegwi l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni mfassla fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, sakemm l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tqisx, wara li tieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni ser jintlaħqu b’mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tieħu kont tal-prinċipji ġenerali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-interessi ta’ partijiet ikkonċernati differenti tas-CCP u li tiġi żgurata trasparenza fil-konfront tal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stati Membri u l-involviment tagħhom fejn id-deċiżjoni jew l-azzjoni proposta jista’ jkollha implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tinforma lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar l-azzjonijiet ippjanati ta’ riżoluzzjoni, inkluż fejn dawn l-azzjonijiet jiddevjaw mill-pjan ta’ riżoluzzjoni.

(45)

Jenħtieġ li l-interferenza mad-drittijiet ta’ proprjetà tkun proporzjonata mar-riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li l-għodod tar-riżoluzzjoni jiġu applikati biss fir-rigward ta’ dawk is-CCPs li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, b’mod speċifiku fejn dan ikun neċessarju sabiex jinkiseb l-objettiv tal-istabbiltà finanzjarja fl-interess pubbliku. L-għodod u s-setgħat ta’ riżoluzzjoni jistgħu jfixklu d-drittijiet tal-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tal-membri tal-ikklerjar. Għalhekk, jenħtieġ li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tittieħed biss fejn meħtieġ fl-interess pubbliku u jenħtieġ li kwalunkwe interferenza ma’ dawk id-drittijiet tkun kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”).

(46)

Jenħtieġ li l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħrajn tas-CCP li jkunu affettwati ma jġarrbux telf akbar minn dak li kienu jġarrbu li kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kienu jkunu soġġetti għall-obbligi pendenti applikabbli kollha skont ir-regoli dwar l-inadempjenza tas-CCP jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn fir-regoli operattivi tagħha, u s-CCP ġiet stralċjata fi proċedimenti normali ta’ insolvenza (il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”). Fil-każ ta’ trasferiment parzjali tal-assi ta’ CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent privat jew lil CCP tranżitorja, jenħtieġ li l-parti residwa tas-CCP taħt ir-riżoluzzjoni tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza.

(47)

Għall-fini tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti, tal-membri tal-ikklirjar u ta’ kredituri oħra, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari fir-rigward tal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP u l-valwazzjoni tat-trattament li kienu jirċievu l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra li kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma kienitx ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li din il-valwazzjoni twettaq paragun bejn it-trattament li effettivament ikunu ngħataw l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra fir-riżoluzzjoni u t-trattament li kienu jirċievu li kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma kienitx ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u li kieku minflok kienu jkunu ġew soġġetti għal obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta’ rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha u s-CCP kienet tkun ġiet stralċjata fi proċedimenti normali ta’ insolvenza. L-użu tas-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni, li jenħtieġ li tiġi inkluża fir-regoli operattivi tas-CCP, hija riżervata għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Din ma tistax tintuża mis-CCP, jew amministratur jew likwidatur f’insolvenza, u għaldaqstant jenħtieġ li ma tkunx parti mit-trattament li kienu jirċievu l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra li kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma kienitx ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Kwalunkwe użu tas-setgħa li jitnaqqas l-ammont ta’ kwalunkwe gwadann pagabbli lil membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jaqbeż il-limiti kuntrattwalment maqbula għal tali tnaqqis jenħtieġ li wkoll ma jkunx parti mit-trattament li l-azzjonisti, il-membri tal-ikklerjar u kredituri oħra kienu jirċievu kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tkunx ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

Meta l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra jkunu rċevew, bi ħlas jew b’kumpens għall-pretensjonijiet tagħhom, inqas mill-ammont li kienu jirċievu li kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma kienitx ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kienu jkunu ġew soġġetti għal obbligi pendenti possibbli skont ir-regoli dwar l-inadempjenza tas-CCP jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn fir-regoli operattivi tagħha u kieku s-CCP kienet tkun ġiet stralċjata fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, jenħtieġ li huma jkunu intitolati għall-ħlas tad-differenza. Jenħtieġ li l-klijenti jiġu inklużi biss f’dak il-paragun u jenħtieġ li jkunu intitolati biss għall-ħlas ta’ kwalunkwe differenza fit-trattament meta jkun hemm bażi kuntrattwali għal pretensjoni diretta mill-klijenti kontra s-CCP, li tagħmilhom kredituri tas-CCP. F’dawn il-każijiet biss, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tikkontrolla l-impatt dirett tal-azzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li jkun possibbli li dak il-paragun jiġi kkontestat b’mod separat mid-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu b’mod ħieles dwar il-proċedura tal-ħlas ta’ kwalunkwe differenza fit-trattament li tkun ġiet iddeterminata lill-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra.

(48)

Azzjonijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw indirettament lill-klijenti u lill-klijenti indiretti li ma jkunux kredituri tas-CCP, sa fejn l-ispejjeż ta’ rkupru u riżoluzzjoni jkunu għaddew għand dawk il-klijenti u klijenti indiretti skont l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-impatt ta’ xenarju ta’ rkupru u riżoluzzjoni ta’ CCP fuq il-klijenti u l-klijenti indiretti jkun indirizzat ukoll permezz tal-istess arranġamenti kuntrattwali mal-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdulhom servizzi tal-ikklerjar. Dan jista’ jinkiseb billi jiġi żgurat li jekk l-arranġamenti kuntrattwali jippermettu li l-membri tal-ikklerjar jgħaddu lill-klijenti tagħhom il-konsegwenzi negattivi tal-għodod ta’ riżoluzzjoni, dawk l-arranġamenti kuntrattwali jinkludu wkoll, fuq bażi ekwivalenti u proporzjonata, id-dritt tal-klijenti għal kwalunkwe kumpens li l-membri tal-ikklerjar jirċievu mis-CCP jew kwalunkwe ekwivalenti fi flus kontanti ta’ tali kumpens jew kwalunkwe proċediment li jirċievu wara pretensjoni li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”, sa fejn dawn jirrelataw ma’ pożizzjonijiet tal-klijenti. Jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-arranġamenti kuntrattwali minn klijenti u klijenti indiretti li joffru servizzi tal-ikklerjar indirett lill-klijenti tagħhom.

(49)

Bil-għan li tiġi żgurata r-riżoluzzjoni effettiva ta’ CCP, jenħtieġ li l-proċess ta’ valwazzjoni jiddetermina bl-aktar mod preċiż possibbli kwalunkwe telf li jeħtieġ jiġi allokat għas-CCP biex tistabbilixxi mill-ġdid valur kontabilistiku rikonċiljat ta’ pożizzjonijiet pendenti u tissodisfa l-obbligi ta’ ħlas fis-seħħ. Jenħtieġ li l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ CCP li tkun qed tfalli tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi fil-mument meta jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-valur tal-obbligazzjonijiet ma jiġix affettwat fil-valwazzjoni mill-istat finanzjarju tas-CCP. Jenħtieġ li, għal raġunijiet ta’ urġenza, ikun possibbli li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jagħmlu valwazzjoni rapida tal-assi jew l-obbligazzjonijiet ta’ CCP li tkun qed tfalli. Jenħtieġ li dik il-valwazzjoni tkun proviżorja u tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti.

(50)

Malli s-CCP tidħol f’riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tinforza kwalunkwe obbligu kuntrattwali pendenti stabbilit fir-regoli operattivi tas-CCP, inklużi miżuri ta’ rkupru pendenti, għajr fejn l-eżerċitar ta’ setgħa jew għodda ta’ riżoluzzjoni oħra jkun aktar xieraq biex jiġu mitigati l-effetti negattivi għall-istabbiltà finanzjarja jew jitħarsu l-funzjonijiet kruċjali tas-CCP fil-ħin. Jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha d-dritt, iżda mhux l-obbligu, li tinforza dawk l-obbligi kuntrattwali saħansitra wara riżoluzzjoni ladarba r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ infurzar tagħhom ma jkunux għadhom jeżistu. Sabiex tippermetti lill-membri tal-ikklirjar u partijiet rilevanti oħra jħejju għall-infurzar tal-obbligi li jkun fadal, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tinnotifika lill-membri tal-ikklirjar rilevanti u lil partijiet oħra minn qabel. Jenħtieġ li l-perijodu ta’ prenotifika jkun minn tliet sa sitt xhur.

Jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar affettwati u kwalunkwe parti oħra impenjati minn obbligi eżistenti u pendenti, jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ infurzar tal-obbligi kuntrattwali ma baqgħux jeżistu u jekk tinforzax l-obbligi li jkun fadal. Jekk ir-raġunijiet ikunu għadhom jeżistu, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni toqgħod lura milli tinforza dawk l-obbligi. Jenħtieġ li r-rikavati mill-infurzar ittardjat tal-obbligi kuntrattwali pendenti jintużaw biex jiġu rkuprati kwalunkwe fond pubbliku użat għall-ħlas ta’ pretensjonijiet li joriġinaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju “li l-ebda kreditur ma jmur agħar” li jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni li toqgħod lura milli tinforza dawk l-obbligi jew l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe għodda ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern. Jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tuża din is-setgħa ta’ infurzar ittardjat biss sakemm is-salvagwardja tal-prinċipju “li l-ebda kreditur ma jmur agħar” ma tinkisirx fir-rigward tal-parti ikkonċernata li ser tiġi soġġetta għal infurzar ittardjat. Fil-każ ta’ telf minħabba inadempjenza, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tistabbilixxi mill-ġdid lis-CCP għal valur kontabilistiku rikonċiljat u talloka telf pendenti permezz tal-applikazzjoni ta’ għodod ta’ allokazzjoni tal-pożizzjonijiet u t-telf. Fil-każ ta’ telf mhux inadempjenti, jenħtieġ li t-telf jiġi assorbit minn strumenti kapitali regolatorji u jenħtieġ li jiġi allokat lill-azzjonisti sal-kapaċità tagħhom permezz tal-kanċellazzjoni jew it-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda jew inkella permezz ta’ dilwizzjoni serja. Fejn dawk l-istrumenti ma jkunux biżżejjed, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jwettqu valwazzjoni negattiva ta’ dejn u obbligazzjonijiet mhux garantiti, f’konformità mal-klassifikazzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali applikabbli fir-rigward tal-insolvenza, u japplikaw l-għodda ta’ allokazzjoni tat-telf, sa fejn neċessarju mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja ġenerali.

(51)

Jekk, wara li t-telf ikun ġie assorbit u, fejn applikabbli, is-CCP tkun ġiet stabbilita mill-ġdid għal valur kontabilistiku rikonċiljat u r-riżorsi prefinanzjati tas-CCP jibqgħu eżawriti, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiżgura li dawk ir-riżorsi jiġu restawrati għal-livelli neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti regolatorji, jew permezz tal-eżerċitar kontinwu tal-għodod fir-regoli operattivi tas-CCP inkella permezz ta’ azzjonijiet oħra. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom il-possibbiltà li jikkumpensaw lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti li kienu jkunu intitolati għal ħlas ta’ kumpens li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” għall-applikazzjoni ta’ għodod ta’ allokazzjoni tat-telf li jirriżulta f’telf li jeċċedi lil dak li l-membri tal-ikklirjar kien ikollhom iġarrbu skont l-obbligi tagħhom taħt ir-regoli operattivi tas-CCP bi strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn jew strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP. Meta tivvaluta l-ammont u l-forma ta’ kumpens, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tikkunsidra, pereżempju, is-solidità finanzjarja tas-CCP, u l-kwalità tal-istrumenti disponibbli għall-kumpens u biex tiġi ssodisfata -salvagwardja tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”. Sabiex tinżamm struttura ta’ inċentivi adegwata, jenħtieġ li dan il-kumpens jirrifletti l-punt sa fejn membru tal-ikklirjar ikun appoġġa l-irkupru tas-CCP u għaldaqstant jieħu kont ukoll tal-bqija tal-obbligi kuntrattwali pendenti tal-membri tal-ikklirjar fil-konfront ta’ dik is-CCP. Jenħtieġ li dan il-kumpens jitnaqqas minn kwalunkwe dritt għal pagament li joriġina mill-applikazzjoni tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”.

(52)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jiżguraw ukoll li l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni tas-CCP jiġu minimizzati u li l-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b’mod ekwu. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tkun tista’ tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni li tiddevja mill-prinċipju tat-trattament ugwali tal-kredituri jekk din tkun ġustifikata fl-interess pubbliku biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u tkun proporzjonata għar-riskju indirizzat. Jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tuża din il-miżura jenħtieġ li din ma tiddiskrimina lil ħadd abbażi tan-nazzjonalità.

(53)

Jenħtieġ li r-riżoluzzjoni ta’ CCP ma tinvolvix talba għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Jenħtieġ li l-għodod pendenti ta’ rkupru u l-għodod pendenti ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari l-għodda ta’ valwazzjoni negattiva, jiġu applikati bl-aktar mod sħiħ possibbli qabel ma CCP tingħata xi injezzjoni ta’ kapital mis-settur pubbliku jew għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ekwivalenti, jew flimkien magħhom. L-użu ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja biex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu jrid ikun bħala l-aħħar rimedju u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat.

(54)

Jenħtieġ li reġim ta’ riżoluzzjoni effettiv jimminimizza l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni ta’ CCP li tkun qed tfalli li jinġarru mill-kontribwenti. Jenħtieġ li dan jiżgura li s-CCPs ikunu jistgħu jiġu riżolti mingħajr ma tiġi pperikolata l-istabbiltà finanzjarja. L-għodda ta’ valwazzjoni negattiva u l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jenħtieġ li jiksbu dak l-objettiv billi jiżguraw li l-azzjonisti u l-kontropartijiet li jkunu fost il-kredituri tas-CCP li tkun qed tfalli jġarrbu telf xieraq u jġorru parti xierqa mill-ispejjeż li jirriżultaw mill-falliment tas-CCP. Għalhekk, l-għodod ta’ valwazzjoni negattiva u għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jagħtu lill-azzjonisti u lill-kontropartijiet tas-CCPs inċentiv aktar b’saħħtu biex jissorveljaw is-saħħa ta’ CCP f’ċirkostanzi normali b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) previsti fid-dokument tiegħu “Il-Karatteristiċi Ewlenin ta’ Reġimi ta’ Riżoluzzjoni Effettivi għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji”.

(55)

Sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà neċessarja biex jallokaw it-telf u l-pożizzjonijiet lill-kontropartijiet f’firxa ta’ ċirkostanzi, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu japplikaw l-għodod ta’ allokazzjoni tal-pożizzjonijiet u t-telf kemm meta l-objettiv ikun li jinżammu s-servizzi kruċjali tal-ikklirjar fi ħdan is-CCP taħt riżoluzzjoni kif ukoll flimkien mat-trasferiment ta’ servizzi kruċjali lil CCP tranżitorja jew parti terza fejn sussegwentement il-parti residwa tas-CCP tieqaf topera u tiġi stralċjata.

(56)

Meta l-għodod ta’ allokazzjoni tal-pożizzjonijiet u t-telf jiġu applikati bl-objettiv li tirrestawra l-vijabilità tas-CCP li qed tfalli sabiex din tkun tista’ tkompli topera bħala negozju avvjat, ir-riżoluzzjoni għandha tiġi akkumpanjata mis-sostituzzjoni tal-maniġment, ħlief meta ż-żamma tal-maniġment tkun xierqa u neċessarja għall-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni, u ristrutturar sussegwenti tas-CCP u l-attivitajiet tagħha b’mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet għall-falliment tagħha. Dak ir-ristrutturar għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju, li għandu jkun kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturar li s-CCP tista’ tkun mitluba tissottometti skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat.

(57)

Jenħtieġ li l-għodod ta’ allokazzjoni tal-pożizzjonijiet u t-telf jiġu eżerċitati bil-għan li jerġa’ jiġi rikonċiljat il-valur kontabilistiku tas-CCP, jitrażżan kwalunkwe telf u jinkisbu riżorsi addizzjonali biex jiġu faċilitati r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati tagħha. Sabiex ikun żgurat li dawn ikunu effettivi u jintlaħaq l-objettiv tagħhom, huma għandhom ikunu jistgħu japplikaw l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ kuntratti li jagħtu lok għal obbligazzjonijiet mhux garantiti jew li joħolqu valur kontabilistiku mhux rikonċiljat għas-CCP li tkun qed tfalli. Jenħtieġ li dawn jipprevedu l-possibbiltà ta’ rkant tal-pożizzjonijiet ta’ dawk li jkunu inadempjenti fost il-membri tal-ikklirjar li jifdal jew l-allokazzjoni furzata tagħhom sakemm ma jiġux eżawriti l-arranġamenti volontarji stabbiliti bħala parti mill-pjan ta’ rkupru mad-dħul f’riżoluzzjoni, it-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-kuntratti ta’ membri tal-ikklirjar inadempjenti, ta’ servizz tal-ikklirjar jew tal-klassi ta’ assijiet affettwata u kuntratti oħra tas-CCP, haircuts ulterjuri tal-pagamenti li joħorġu b’rabta mal-marġni ta’ varjazzjoni lil tali membri u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom, l-eżerċitar ta’ kwalunkwe sejħa għal flus għal irkupru stabbilita fil-pjanijiet ta’ rkupru, u l-eżerċitar ta’ sejħiet għal flus għal riżoluzzjoni addizzjonali u l-valwazzjoni negattiva ta’ strumenti tal-kapital u tad-dejn maħruġa mis-CCP jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra u konverżjoni ta’ kwalunkwe strument ta’ dejn f’ishma. Dan jinkludi l-possibbiltà li jiġu applikati l-għodod ta’ allokazzjoni tat-telf biex jikkontribwixxu għar-restawr ta’ valur kontabilistiku rikonċiljat billi jipprovdu fondi lis-CCP biex taċċetta offerta ta’ rkant, li jippermetti lis-CCP li talloka l-pożizzjonijiet tal-parti inadempjenti jew li tagħmel pagamenti fuq il-kuntratti terminati.

(58)

Meta tintuża l-għodda ta’ allokazzjoni tat-telf li tippermetti t-tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe gwadann pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti, jenħtieġ li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddependi fuq l-ipproċessar tal-marġini ta’ varjazzjoni f’konformità mal-istruttura tal-kontijiet tas-CCP, l-operat tat-tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe gwadann pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti f’irkupru, jekk applikabbli, u l-prinċipju “li l-ebda kreditur ma jmur agħar”.

(59)

B’rispett dovut għall-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja u bħala l-aħħar istanza, jenħtieġ li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeskludu jew parzjalment jeskludu xi kuntratti mill-allokazzjoni tal-pożizzjonijiet u t-telf f’għadd ta’ ċirkostanzi. Meta jiġu applikati tali esklużjonijiet, jenħtieġ li jkun possibbli li l-livell ta’ skopertura jew telf applikat għal kuntratti oħrajn jiżdied sabiex jitqiesu dawn l-esklużjonijiet dment li jkun irrispettat il-“prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar”.

(60)

Meta l-għodod ta’ riżoluzzjoni jkunu ġew applikati biex jiġu trasferiti l-funzjonijiet kruċjali jew in-negozju vijabbli ta’ CCP lil entità soda bħal akkwirent mis-settur privat jew CCP tranżitorja, jenħtieġ li l-parti residwa tas-CCP tiġi likwidata f’qafas ta’ żmien xieraq wara li tkun ġiet ikkunsidrata kwalunkwe ħtieġa li s-CCP li qed tfalli tipprovdi servizzi jew appoġġ biex l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet jew jipprovdu s-servizzi akkwistati permezz ta’ dak it-trasferiment.

(61)

Jenħtieġ li l-għodda għall-bejgħ ta’ negozju tippermetti lill-awtoritajiet ibiegħu s-CCP jew partijiet min-negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti. Meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta’ negozju, jenħtieġ li l-awtoritajiet jagħmlu arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dik is-CCP jew parti min-negozju tagħha fi proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, filwaqt li jimmiraw li jimmassimizzaw kemm jista’ jkun il-prezz tal-bejgħ.

(62)

Jenħtieġ li kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta’ assi jew obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ tan-negozju tibbenifika minnu l-entità li titħalla fil-proċedimenti ta’ stralċ. Jenħtieġ li kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ tan-negozju jibbenifikaw minnu l-azzjonisti. Jenħtieġ li kwalunkwe kunsiderazzjoni mħallsa mix-xerrej tibbenefika wkoll lil kwalunkwe membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li jkun sofra telf. Jenħtieġ li kwalunkwe tali rikavat nett jew benefiċċju jkunu soġġett għall-irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe fond pubbliku ipprovdut fir-riżoluzzjoni. Jenħtieġ li r-rikavat jiġi kkalkolat nett mill-ispejjeż li jkunu nħolqu mill-falliment tas-CCP u mill-proċess ta’ riżoluzzjoni.

(63)

Sabiex il-bejgħ tan-negozju jsir fil-ħin u tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-akkwirent ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti titwettaq fil-ħin mingħajr ma jinħoloq dewmien fl-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju. Jenħtieġ li s-CCP, l-akkwirent jew it-tnejn li huma, skont l-effetti tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju u l-forma tal-akkwist, ikunu jistgħu jeżerċitaw jew iżommu d-drittijiet eżistenti ta’ sħubija u jaċċessaw sistemi ta’ pagament u saldu u infrastrutturi tas-suq finanzjarju u ċentri tan-negozjar relatati oħra. Jenħtieġ li tali drittijiet ma jiġux miċħuda abbażi ta’ nonkonformità mal-kriterji rilevanti għal sħubija jew parteċipazzjoni, jew ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu insuffiċjenti. Xerrej li ma jissodisfax dawk il-kriterji jista’ jeżerċita biss tali drittijiet għal perijodu li għandu jiġi speċifikat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

(64)

L-informazzjoni li tikkonċerna l-kummerċjalizzazzjoni ta’ CCP li tkun qed tfalli u n-negozjati mal-akkwirenti potenzjali qabel l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju x’aktarx li tkun ta’ importanza sistemika. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, huwa importanti li jkun possibbli li d-divulgazzjoni lill-pubbliku ta’ din l-informazzjoni meħtieġa taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tiġi ttardjata sakemm ikun neċessarju biex tiġi ppjanata u strutturata r-riżoluzzjoni tas-CCP f’konformità mad-dewmien permess taħt ir-reġim tal-abbuż tas-suq.

(65)

Bħala CCP li hija propjetà, kompletament jew parzjalment, ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar jew ikkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-għan prinċipali ta’ CCP tranżitorja jkun li tiżgura li jkomplu jiġu pprovduti s-servizzi finanzjarji essenzjali lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tas-CCP li tkun tpoġġiet taħt riżoluzzjoni u li jkomplu jitwettqu l-attivitajiet finanzjarji essenzjali. Jenħtieġ li s-CCP tranżitorja titħaddem bħala entità avvjata vijabbli u titqiegħed lura fis-suq meta l-kundizzjonijiet ikunu xierqa jew inkella tiġi stralċjata jekk ma tkunx għadha vijabbli.

(66)

Fejn l-alternattivi l-oħrajn kollha jkunu indisponibbli jew evidentement insuffiċjenti biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja, jenħtieġ li tkun possibbli l-parteċipazzjoni tal-gvern fil-forma ta’ appoġġ għall-ekwità jew sjieda pubblika temporanja, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, inkluż ristrutturar tal-operazzjonijiet tas-CCP. Sabiex jiġi evitat il-periklu morali, jenħtieġ li tali għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tiġi pprovduta biss bħala l-aħħar għażla, tkun ta’ natura temporanja u dejjem tiġi rkuprata fuq perijodu xieraq. Għalhekk, filwaqt li ma jikkostitwixxux ostaklu għall-applikazzjoni ta’ għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti kredibbli għall-irkupru ta’ fondi mill-Istati Membri. L-applikazzjoni ta’ għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern hija mingħajr preġudizzju għar-rwol ta’ kwalunkwe bank ċentrali f’li potenzjalment jipprovdi likwidità lis-sistema finanzjarja, fid-diskrezzjoni esklużiva tal-bank ċentrali, saħansitra fi żminijiet ta’ stress.

(67)

Sabiex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni li tapplika l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet fuq kuntratti ma’ entitajiet ibbażati f’pajjiżi terzi, jenħtieġ li r-rikonoxximent ta’ dik il-possibbiltà jiġi inkluż fir-regoli operattivi tas-CCP.

(68)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat legali kollha neċessarji li, f’kombinazzjonijiet differenti, ikunu jistgħu jiġu eżerċitati meta jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Jenħtieġ li jinkludu s-setgħa li l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ta’ CCP li qed tfalli jiġu ttrasferiti lil entità oħra bħal CCP oħra jew CCP tranżitorja, is-setgħa li jiġu vvalutati b’mod negattiv jew ikkanċellati l-istrumenti ta’ sjieda, jew li jiġu vvalutati b’mod negattiv jew ikkonvertiti l-obbligazzjonijiet ta’ CCP li qed tfalli, is-setgħa li jiġi vvalwat b’mod negattiv il-marġini ta’ varjazzjoni, is-setgħa li jiġi infurzat kwalunkwe obbligu pendenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tas-CCP, inkluż sejħiet għal flus għal irkupru, kif stabbilit fir-regoli operattivi tas-CCP, u allokazzjonijiet tal-pożizzjonijiet, is-setgħa li jiġu eżerċitati sejħiet għal flus għal riżoluzzjoni, is-setgħa li jiġi sostitwit il-maniġment u s-setgħa li jiġi impost moratorju temporanju fuq il-ħlas ta’ pretensjonijiet. Is-CCP u l-membri tal-bord u l-maniġment superjuri tagħha għandhom jibqgħu responsabbli, soġġett għal-liġi nazzjonali, ċivili jew kriminali, għall-falliment tas-CCP.

(69)

Il-qafas ta’ riżoluzzjoni għandu jinkludi rekwiżiti proċedurali sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jiġu nnotifikati kif suppost u jsiru pubbliċi. Madankollu, minħabba li l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u mill-konsulenti professjonali tagħhom matul il-proċess tar-riżoluzzjoni x’aktarx tkun sensittiva, qabel ma d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni ssir pubblika, jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi soġġetta għal reġim effettiv ta’ kunfidenzjalità. Irid jittieħed kont tal-fatt li l-informazzjoni dwar il-kontenut u d-dettalji ta’ pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet jista’ jkollhom effetti estensivi, b’mod partikolari fuq l-impriża kkonċernati. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta fir-rigward ta’ deċiżjoni qabel ma tittieħed, kemm dwar jekk il-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni humiex sodisfatti, dwar l-applikazzjoni ta’ għodda speċifika kif ukoll dwar kwalunkwe azzjoni matul il-proċedimenti, trid titqies li għandha effett fuq l-interessi pubbliċi u privati kkonċernati mill-azzjoni. L-informazzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun qed teżamina CCP speċifika tista’ tkun biżżejjed biex ikun hemm effetti negattivi fuq dik is-CCP. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi żgurat li jkun hemm mekkaniżmi xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità ta’ din l-informazzjoni, bħall-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni mwettqa f’dak il-kuntest.

(70)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom setgħat anċillari biex jiżguraw l-effettività tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti ta’ dejn u assi, obbligazzjonijiet, drittijiet u obbligi, inkluż pożizzjonijiet u l-marġini relatat. Soġġett għas-salvagwardji speċifikati f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawk is-setgħat jinkludu s-setgħa li jitneħħew id-drittijiet ta’ partijiet terzi mill-istrumenti jew l-assi ttrasferiti u s-setgħa li jiġu infurzati l-kuntratti u li tiġi prevista l-kontinwità tal-arranġamenti fil-konfront tal-benefiċjarju tal-assi u l-istrumenti ta’ sjieda ttrasferiti. Madankollu jenħtieġ li d-drittijiet tal-impjegati li jtemmu kuntratt ta’ impjieg ma jiġux affettwati. Jenħtieġ li lanqas id-dritt ta’ parti li tittermina kuntratt ma’ CCP taħt riżoluzzjoni, jew ma’ entità ta’ grupp tagħha, għal raġunijiet oħrajn minbarra għar-riżoluzzjoni tas-CCP li qed tfalli, ma jiġi affettwat. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa anċillari li jeżiġu li s-CCP residwa li tkun qed tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza tipprovdi s-servizzi neċessarji biex is-CCP li lilha ġew ittrasferiti assi, kuntratti jew strumenti ta’ sjieda permezz tal-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju jew l-għodda tas-CCP tranżitorja tkun tista’ topera n-negozju tagħha.

(71)

Billi miżuri tal-maniġġjar ta’ kriżijiet jistgħu jkunu meħtieġa li jittieħdu b’mod urġenti minħabba riskji serji għall-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri u fl-Unjoni, jenħtieġ li tkun rapida kwalunkwe proċedura skont il-liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni ġudizzjarja ex-ante ta’ miżura tal-maniġġjar ta’ kriżijiet u l-kunsiderazzjoni tal-qorti ta’ din l-applikazzjoni. Fid-dawl tar-rekwiżit li miżuri tal-maniġġjar ta’ kriżijiet tittieħed b’urġenza, il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha fi żmien 24 siegħa u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità rilevanti tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha immedjatament wara d-deċiżjoni tal-qorti. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-partijiet interessati jitolbu lill-qorti biex id-deċiżjoni tiġi annullata għal perijodu limitat wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ħadet il-miżura tal-maniġġjar ta’ kriżijiet.

(72)

F’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta, il-partijiet ikkonċernati għandhom id-dritt għal proċess ġust u għal rimedju effettiv kontra l-miżuri li jaffettwawhom. Għalhekk, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell.

(73)

L-azzjoni ta’ riżoluzzjoni meħuda mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali tista’ teżiġi valutazzjonijiet ekonomiċi u marġini kbir ta’ diskrezzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali huma speċifikament mgħammra bil-kompetenzi meħtieġa biex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet u biex jiddeterminaw l-użu xieraq tal-marġini ta’ diskrezzjoni. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet ekonomiċi magħmula mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali f’dak il-kuntest jintużaw bħala bażi mill-qrati nazzjonali fir-rieżami tal-miżuri tal-maniġġjar ta’ kriżijiet ikkonċernati. Madankollu, in-natura kumplessa ta’ dawk il-valutazzjonijiet ma għandhiex twaqqaf lill-qrati nazzjonali milli jeżaminaw jekk l-evidenza użata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni hijiex fattwalment preċiża, affidabbli u konsistenti, jekk dik l-evidenza fihiex informazzjoni rilevanti li jenħtieġ li titqies sabiex tiġi vvalutata sitwazzjoni kumplessa u jekk hijiex kapaċi tissostanzja l-konklużjonijiet misluta minnha.

(74)

Sabiex ikunu koperti s-sitwazzjonijiet ta’ urġenza estrema u billi s-sospensjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tista’ timpedixxi l-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali, huwa neċessarju li jiġi stabbilit li jenħtieġ li t-tressiq ta’ kwalunkwe appell ma jirriżultax fis-sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata u li jenħtieġ li d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun infurzabbli immedjatament.

(75)

Barra minn hekk, fejn neċessarju sabiex jiġu protetti terzi persuni li jkunu akkwistaw assi, kuntratti, drittijiet u obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni bona fide bis-saħħa tal-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u sabiex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, jenħtieġ li ebda dritt ta’ appell ma jaffettwa xi att amministrattiv sussegwenti jew tranżazzjoni konkluża abbażi ta’ deċiżjoni annullata. Għaldaqstant jenħtieġ li f’dawn il-każijiet ir-rimedji għal deċiżjoni inġusta jkunu limitati għall-għoti ta’ kumpens għad-danni mġarrba mill-persuni affettwati.

(76)

Fl-interess ta’ riżoluzzjoni effiċjenti, u sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta’ ġurisdizzjoni, jenħtieġ li ma jinfetaħ jew jitkompla l-ebda proċediment normali ta’ insolvenza għas-CCP li tkun qed tfalli waqt li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni tagħha jew tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni, ħlief fuq l-inizjattiva jew bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Huwa utli u neċessarju li jiġu sospiżi, għal perijodu limitat, ċerti obbligi kuntrattwali sabiex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-ħin timplimenta l-għodod ta’ riżoluzzjoni. Madankollu, jenħtieġ li dan ma japplikax għall-obbligi ta’ CCP li tkun qed tfalli fil-konfront ta’ sistemi maħtura skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), inkluż CCPs oħra. Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni f’sistemi ta’ ħlas u saldu tat-titoli, b’mod partikolari billi tnaqqas id-disturbi fil-każ tal-insolvenza ta’ parteċipant f’sistema bħal din. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet japplikaw b’mod xieraq f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li tinżamm ċertezza xierqa għall-operaturi tas-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u parteċipanti oħrajn tas-suq, miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri tal-maniġġjar ta’ kriżijiet ma għandhomx jitqiesu bħala proċedimenti ta’ insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt. Madankollu, l-operat ta’ sistema maħtura f’konformità mad-Direttiva 98/26/KE jew id-dritt għal titoli kollaterali garantiti minnha ma għandux ikun ipperikolat.

(77)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta jittrasferixxu assi u obbligazzjonijiet lil akkwirent fis-settur privat jew lil CCP tranżitorja, ikollhom perijodu adegwat sabiex jidentifikaw il-kuntratti li għandhom jiġu ttrasferiti, jista’ jkun xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-drittijiet tal-kontropartijiet biex jagħlqu, jaċċelleraw jew inkella jitterminaw il-kuntratti finazjarji qabel ma jsir it-trasferiment. Din ir-restrizzjoni tkun neċessarja biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu stampa vera tal-karta bilanċjali tas-CCP li tkun qed tfalli, mingħajr il-bidliet fil-valur u fl-ambitu li jkun jinvolvi l-eżerċizzju estensiv tad-drittijiet tat-terminazzjoni. Sabiex ma tinterferixxix aktar milli strettament neċessarju mad-drittijiet kuntrattwali tal-kontropartijiet, jenħtieġ li r-restrizzjoni fuq id-drittijiet tat-terminazzjoni tkun limitata għall-iqsar perijodu possibbli u tapplika biss fir-rigward tal-miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, inkluż l-okkorrenza ta’ kwalunkwe event marbut direttament mal-applikazzjoni ta’ tali miżura, u jenħtieġ li jibqgħu d-drittijiet għat-terminazzjoni li joriġinaw minn kwalunkwe inadempjenza oħra, inkluż nuqqas ta’ ħlas jew il-ħolqien ta’ marġini.

(78)

Sabiex jiġu ppreservati l-arranġamenti leġittimi fis-suq kapitali fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi assi, kuntratti, drittijiet u obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta’ CCP li tkun qed tfalli, huwa xieraq li jiġu inklużi salvagwardji sabiex jiġi evitat, kif xieraq, li l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-kuntratti marbuta jiġu sseparati minn xulxin. Jenħtieġ li din ir-restrizzjoni fuq prassi magħżula fir-rigward tal-kuntratti marbuta u l-kollateral relatat tkun estiża għal kuntratti mal-istess kontroparti koperti minn arranġamenti tat-titoli, arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju għat-trasferimenti tat-titoli, arranġamenti ta’ tpaċija, arranġamenti ta’ close out netting u arranġamenti finanzjarji strutturati. Fejn tapplika s-salvagwardja, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jfittxu li jittrasferixxu l-kuntratti konnessi kollha fi ħdan arranġament protett, jew iħalluhom kollha fis-CCP residwa li tkun qed tfalli. Dawk is-salvagwardji għandhom jiżguraw li t-trattament kapitali regolatorju tal-iskoperturi koperti minn arranġament ta’ totaliżżar għall-finijiet tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jiġi affettwat l-inqas possibbli.

(79)

Is-CCPs tal-Unjoni jipprovdu servizzi lil membri tal-ikklirjar u lil klijenti tagħhom li jinsabu f’pajjiżi terzi u s-CCPs ta’ pajjiżi terzi jipprovdu servizzi lil membri tal-ikklirjar u lil klijenti tagħhom li jinsabu fl-Unjoni. Ir-riżoluzzjoni effettiva tas-CCPs attivi internazzjonalment teħtieġ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-ESMA tipprovdi gwida dwar il-kontenut tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni li għandhom jiġu konklużi ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jiżguraw ippjanar effettiv, teħid ta’ deċiżjonijiet u koordinazzjoni fir-rigward ta’ CCPs attivi internazzjonalment. F’ċerti ċirkostanzi, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali jirrikonoxxu u jinfurzaw il-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni sseħħ ukoll fir-rigward tas-sussidjarji tas-CCPs tal-Unjoni jew ta’ pajjiżi terzi u tal-membri tal-ikklirjar tagħhom u l-klijenti tagħhom.

(80)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-penali amministrattivi fl-Istati Membri kollha għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi lista ta’ penali amministrattivi ewlenin u miżuri amministrattivi oħra li jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti, għas-setgħa li jimponu dawk il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra fuq il-persuni kollha, kemm jekk ġuridiċi jew inkella fiżiċi, responsabbli għal ksur, u għal lista ta’ kriterji ewlenin meta jiġu determinati l-livell u t-tip ta’ dawk il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u għal livelli ta’ penali pekunjarji amministrattivi. Jenħtieġ li l-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra jqisu fatturi bħal kwalunkwe benefiċċju finanzjarju identifikat li jirriżulta mill-ksur, mill-gravità u mit-tul tal-ksur, kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti, il-ħtieġa li l-multi amministrattivi jkollhom effett ta’ deterrent u, fejn xieraq, jinkludu skont għall-kooperazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kif stipulati fil-Karta.

(81)

Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-protezzjoni adegwata għall-parteċipanti fis-suq madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, sabiex tispeċifika l-elementi li ġejjin: (a) il-kontenut tal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni; (b) il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont tar-riżorsi proprji dedikati prefinanzjati addizzjonali li għandhom jintużaw mis-CCP fl-irkupru u l-proċeduri, fejn tali riżorsi proprji ma jkunux disponibbli, biex is-CCP tuża miżuri ta’ rkupru li jirrikjedu kontribuzzjonijiet mill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u biex sussegwentement tirrimborża tali membri tal-ikklerjar; (c) il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru; (d) il-kontenut tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni; (e) l-ordni ta’ allokazzjoni, il-perijodu massimu u s-sehem massimu tal-profitti annwali tas-CCP taħt il-mekkaniżmu ta’ rimborż f’irkupru; (f) elementi rilevanti għat-twettiq ta’ valwazzjonijiet; (g) il-metodoloġija għall-kalkolu tal-bafer għal telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-valwazzjonijiet proviżorji; (h) l-elementi minimi li jenħtieġ li jiġu inklużi f’riorganizzazzjoni ta’ negozju; (i) kriterji li għandu jissodisfa pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju; (j) il-metodoloġija għall-valwazzjoni finali taħt il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”; (k) il-kondizzjonijiet biex il-membri tal-ikklerjar jgħaddu l-kumpens lill-klijenti tagħhom skont il-prinċipju ta’ simetrija kuntrattwali u l-kundizzjonijiet li skonthom dan għandu jitqies proporzjonat.

(82)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar stabbilit skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, wara talba mill-awtorità tar-riżoluzzjoni ta’ CCP taħt riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti tagħha, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni, u wara opinjoni mhux vinkolanti mill-ESMA, għal tip speċifiku ta’ kontroparti jew għal klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC li jiġu kklirjati minn CCP li tkun taħt ‘riżoluzzjoni. Jenħtieġ li d-deċiżjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar tiġi adottata biss jekk ikun neċessarju biex jiġu ppreservati l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja fis-suq, b’mod partikolari biex jiġu evitati l-effetti ta’ kontaġju u jiġi evitat li l-kontropartijiet u l-investituri jkollhom skopertura għolja u inċerta għar-riskju ta’ CCP. Sabiex tadotta d-deċiżjoni tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-objettivi ta’ riżoluzzjoni, il-kriterji ddikjarati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex id-derivati OTC jiġu soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar fir-rigward ta’ dawk id-derivati OTC li għalihom tintalab is-sospensjoni u jekk huwiex neċessarju li l-obbligu tal-ikklirjar jiġi sospiż sabiex tippreserva l-istabbiltà finanzjarja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ titlob lill-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tan-negozjar stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) fejn tqis li s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar tkun bidla materjali fil-kriterji għall-obbligu tan-negozjar. Jenħtieġ li s-sospensjoni tkun ta’ natura temporanja bil-possibbiltà ta’ estensjoni. Bl-istess mod, ir-rwol tal-kumitat tar-riskju tas-CCP, kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li jissaħħaħ biex is-CCP tkompli titħeġġeġ tiġġestixxi r-riskji tagħha b’mod prudenti u ttejjeb ir-reżiljenza tagħha.

Jenħtieġ li l-membri tal-kumitat tar-riskju jkunu jistgħu jgħarrfu lill-awtorità kompetenti meta s-CCP ma ssegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju, u jenħtieġ li r-rappreżentanti tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom fil-kumitat tar-riskju jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni pprovduta sabiex iwettqu monitoraġġ tal-iskoperturi tagħhom għas-CCP, f’konformità mas-salvagwardji tal-kunfidenzjalità u mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet għall-iskambju ta’ tali informazzjoni stipulati fil-liġi tal-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-CCPs jkollhom ukoll aċċess għall-informazzjoni neċessarja kollha fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jiġu emendati kif xieraq.

(83)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adegwata tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax tal-FSB, huwa neċessarju li tiġi pprovduta ċarezza lill-parteċipanti tas-suq li t-tranżazzjonijiet li jsiru jew li jiġu innovati qabel ma jibdew japplikaw ir-rekwiżiti tal-ikklirjar jew tal-marġini għal tranżazzjonijiet ta’ derivati OTC li jagħmlu referenza għall-parametru referenzjarju ta’ rata tal-imgħax (“tranżazzjonijiet miruta”) mhux ser ikunu soġġetti għar-rekwiżiti kif previst fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 meta jiġu innovati għall-iskop uniku ta’ implimentazzjoni jew tħejjija għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. Dan għandu jipprevjeni wkoll kwalunkwe riskju li l-kontropartijiet tal-Unjoni għal dawk it-tranżazzjonijiet miruta jiskopru li mhumiex preparati meta parametru referenzjarju speċifiku jiġi materjalment mibdul jew imwaqqaf, u b’hekk itaffi t-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja relatata. Tali approċċ huwa skont il-gwida internazzjonali mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO).

(84)

Sabiex ir-riżoluzzjoni ta’ CCPs tkun implimentata b’ mod effettiv, jenħtieġ li s-salvagwardji previsti fid-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) ma japplikaw għall-ebda restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ arranġament dwar kollateral finanzjarju jew fuq l-effett ta’ arranġamenti dwar kollateral finanzjarju ta’ garanzija, kwalunkwe dispożizzjoni ta’ saldu abbażi tal-valur nett jew tpaċija previsti f’ dan ir-Regolament.

(85)

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 (14), 2004/25/KE (15) u 2007/36/KE (16) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fihom regoli dwar il-protezzjoni tal-azzjonisti u l-kredituri tas-CCPs li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi. F’sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu meħtieġa jaġixxu b’mod rapidu skont dan ir-Regolament, dawk ir-regoli jistgħu jfixklu azzjoni ta’ riżoluzzjoni effettiva u l-applikazzjoni ta’ għodda u setgħat ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-derogi skont id-Direttiva 2014/59/UE jiġu estiżi għal azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament. Sabiex ikun garantit il-livell massimu ta’ ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li d-derogi jkunu definiti b’mod ċar u ristrett, u jenħtieġ li jintużaw biss fl-interess pubbliku u meta jkunu sodisfatti l-iskattaturi ta’ riżoluzzjoni.

(86)

Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tar-rekwiżiti, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jiġu emendati biex jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom dawk l-entitajiet li huma wkoll awtorizzati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(87)

L-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jipprevedi perijodu tranżitorju li matulu l-Artikolu 35 jew 36 ta’ dak ir-Regolament ma japplikax għal dawk is-CCPs jew iċ-ċentri tan-negozjar li applikaw mal-awtorità kompetenti tagħhom biex jibbenefikaw mill-arranġamenti tranżitorji, fir-rigward tad-derivati nnegozjati fil-borża. Il-perijodu tranżitorju li matulu ċentru tan-negozjar jew CCP jista’ jiġi eżentat mill-awtorità kompetenti nazzjonali tiegħu, fir-rigward tad-derivati nnegozjati fil-borża, mill-applikazzjoni tal-Artikoli 35 u 36 ta’ dak ir-Regolament, skada fit-3 ta’ Lulju 2020. L-ambjent attwali tas-suq, bi grad għoli ta’ inċertezza u volatilità xprunat mill-pandemija tal-COVID-19, iħalli impatt negattiv fuq is-CCPs u l-operazzjonijiet taċ-ċentri tan-negozjar billi jżid ir-riskji operazzjonali tagħhom. Dawk ir-riskji miżjuda, ikkombinati ma’ kapaċità limitata għall-valutazzjoni ta’ talbiet għal aċċess u għall-ġestjoni tal-migrazzjoni ta’ flussi tat-tranżazzjonijiet, jista’ jkollhom impatt fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq jew l-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jipprevedi reġim ġdid ta’ derivati nnegozjati fil-borża għall-aċċess għal infrastrutturi kritiċi tas-suq li għandu l-għan li jibbilanċja aktar kompetizzjoni fost dawk l-infrastrutturi mal-ħtieġa li tiġi ppreservata l-integrità operattiva tagħhom.

Għalhekk, filwaqt li dak ir-Regolament ifittex li joħloq suq kompetittiv għall-infrastrutturi finanzjarji, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi ma jistennewx li jinżammu r-regoli u l-prijoritajiet eżistenti meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi bħala konsegwenza, b’mod partikolari, ta’ kriżi ekonomika kbira. Dan huwa partikularment il-każ f’qasam fejn l-interazzjoni bejn l-infrastrutturi kritiċi tas-suq, bħal infrastrutturi tan-negozjar u tal-ikklerjar, tirrikjedi livell eċċezzjonali ta’ reżiljenza operazzjonali, peress li kwalunkwe falliment f’tali -infrastrutturi kritiċi jkun ta’ riskju għoli għall-istabbiltà finanzjarja. Bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, id-data ta’ applikazzjoni tar-reġim il-ġdid ta’ aċċess miftuħ għaċ-ċentri tan-negozjar u tas-CCPs li joffru servizzi tan-negozjar u tal-ikklirjar fir-rigward ta’ derivati nnegozjati fil-borża tiġi posposta b’sena, sat-3 ta’ Lulju 2021.

(88)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-CCPs ikunu rrappreżentati fil-fora rilevanti kollha u sabiex jiġi żgurat li l-ESMA tibbenifika mill-kompetenzi neċessarji kollha biex jitwettqu l-kompiti relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jiġi emendat sabiex ikun jinkludi awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ CCPs nazzjonali fil-kunċett tal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti minn dak ir-Regolament.

(89)

Sabiex tħejji d-deċiżjonijiet tal-ESMA fir-rigward tal-kompiti allokati lilha li jinvolvu l-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi dwar valwazzjonijiet ex-ante u ex-post u dwar il-kulleġġi u l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, kif ukoll ta’ linji gwida dwar il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u dwar il-medjazzjoni vinkolanti, u biex tiżgura l-involviment komprensiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) u tal-membri tagħha fit-tħejjija ta’ dawk id-deċiżjonijiet, jenħtieġ li l-ESMA toħloq kumitat ta’ riżoluzzjoni intern (il-“Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA”) bl-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bħala membri. Fejn rilevanti, jenħtieġ li jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi l-awtoritajiet kompetenti ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew, u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kif iddefiniti fid-Direttiva 2014/59/UE, inkluż il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(90)

Jenħtieġ li l-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA jiġi kkonsultat fit-tħejjija tal-qafas kunċettwali għall-valutazzjonijiet tar-reżiljenza ta’ CCPs għal żviluppi negattivi tas-suq, meta din il-valutazzjoni tinkludi l-effett aggregat tal-arranġament ta’ rkupru u riżoluzzjoni tas-CCP fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. F’tali każijiet, jenħtieġ li l-Kumitat ta’ riżoluzzjoni tal-ESMA jiġi kkonsultat ukoll meta jkunu qed jiġu vvalutati s-sejbiet ta’ tali testijiet tal-istress.

(91)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta.

(92)

Meta jieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni dejjem jikkunsidraw b’mod xieraq l-impatt tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u fuq is-sitwazzjoni ekonomika fi Stati Membri oħra fejn l-operazzjonijiet tas-CCP ikunu kruċjali jew importanti għas-swieq finanzjarji lokali, inkluż fejn ikunu jinsabu l-membri tal-ikklirjar u, meta l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli, fejn ikunu jinsabu l-klijenti tagħhom u fejn ikunu stabbiliti ċ-ċentri tan-negozjar u l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi, inkluż CCPs interoperabbli

(93)

Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli u tal-proċessi għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba l-effetti ta’ falliment ta’ kwalunkwe CCPs fl-Unjoni kollha, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(94)

Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi diferita sat-12 ta’ Awwissu 2022 biex jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ implimentazzjoni essenzjali kollha u biex is-CCPs u parteċipanti oħra fis-suq ikunu jistgħu jieħdu l-passi neċessarji għall-finijiet ta’ konformità. Madankollu, ir-rekwiżit li s-CCP tuża riżorsi proprji dedikati f’irkupru u d-dispożizzjonijiet li jiġu rikompensati membri tal-ikklerjar fil-każ straordinarju li jiġi applikat haircutting tal-gwadanji tal-marġni ta’ varjazzjoni f’irkupru, jiddependu fuq l-istandards tekniċi regolatorji xierqa li għandhom ikunu fis-seħħ. Huwa għalhekk xieraq li jiġi estiż il-posponiment tad-data tal-applikazzjoni għal tali dispożizzjoni sat-12 ta’ Frar 2023. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet li japplikaw għal pjanijiet ta’ rkupru ta’ CCP u l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru, inkluż l-obbligu li jiġi ppreżentat pjan ta’ rkupru, jiġu applikati minn data aktar bikrija, billi s-CCPs kollha diġà għandhom pjanijiet ta’ rkupru, kif meħtieġ mill-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji ppubblikati mill-Kumitat dwar l-Infrastrutturi tal-Pagamenti u tas-Swieq u l-IOSCO. Jenħtieġ li s-CCPs diġà awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li jkunu jistgħu jippreżentaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom mhux aktar tard mit-12 ta’ Frar 2022. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-pjanijiet ta’ rkupru jiġu applikati mit-12 ta’ Frar 2022. Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tkunx ġiet ikkonsultata dwar il-pjan ta’ rkupru tas-CCP, ladarba jiġu applikabbli d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tas-CCP tikkonsulta l-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar il-pjan ta’ rkupru tas-CCP mingħajr dewmien. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-kontropartijiet, jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 maħsuba biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax tal-FSB japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(95)

Sabiex jiġi żgurat li r-riskji operazzjonali miżjuda li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-reġim ta’ aċċess miftuħ għal derivati nnegozjati fil-borża ma jipperikolawx il-funzjonament tajjeb tas-swieq jew l-istabbiltà finanzjarja u biex tiġi evitata kwalunkwe diskontinwità, huwa meħtieġ li tiġi applikata b’mod retroattiv l-estensjoni ta’ tali perijodi tranżitorji mill-4 ta’ Lulju 2020 sat-3 ta’ Lulju 2021.

(96)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li s-CCPs ikollhom kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni suffiċjenti sabiex jiġu żgurati assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni mingħajr xkiel u rapidi b’impatt minimu fuq l-istabbiltà finanzjarja bl-għan li jiġi evitat impatt fuq il-kontribwenti. B’mod konsistenti mal-prinċipji maqbula internazzjonalment għal reġimi effettivi ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji żviluppati mill-FSB, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li d-detenturi ta’ ekwità ta’ CCP jassorbu t-telf l-ewwel f’riżoluzzjoni b’mod li jimminimizza r-riskju ta’ kontestazzjoni legali minn detenturi ta’ ekwità, fuq il-bażi li t-telf tagħhom f’riżoluzzjoni huwa akbar mit-telf li kienu jġarrbu fi proċedimenti normali ta’ insolvenza (skont il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”). Fil-15 ta’ Novembru 2018, l-FSB ippubblika dokument ta’ konsultazzjoni msemmi “Riżorsi finanzjarji għall-appoġġ tar-riżoluzzjoni ta’ CCP u t-trattament tal-ekwità ta’ CCP f’riżoluzzjoni”.

Abbażi tar-reazzjonijiet riċevuti għal dak id-dokument u valutazzjonijiet ulterjuri, l-FSB qed jippjana li joħroġ gwida fi tmiem l-2020 dwar kif l-ekwità għandha tintuża fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ CCPs b’mod li jimminimizza r-riskju ta’ kontestazzjoni legali minn detenturi ta’ ekwità li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”. Wara l-pubblikazzjoni ta’ dik il-gwida, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-valwazzjoni negattiva tal-ekwità f’riżoluzzjoni billi jitqiesu dawk l-istandards maqbula internazzjonalment. Minbarra din ir-reviżjoni speċifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, fost oħrajn billi tqis kwalunkwe żvilupp internazzjonali ulterjuri. Jenħtieġ li dik ir-reviżjoni ġenerali tkopri mill-inqas ċerti kwistjonijiet ewlenin relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ CCPs, bħal riżorsi finanzjarji disponibbli għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex ikopru t-telf mhux inadempjenti u r-riżorsi proprji ta’ CCPs li għandhom jintużaw fl-irkupru u r-riżoluzzjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) awtorizzati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-regoli relatati ma’ arranġamenti ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ CCPs.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“CCP” tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(2)

“kulleġġ ta’ riżoluzzjoni” tfisser il-kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 4;

(3)

“awtorità ta’ riżoluzzjoni” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 3;

(4)

“għodda ta’ riżoluzzjoni” tfisser għodda ta’ riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 27(1);

(5)

“setgħa ta’ riżoluzzjoni” tfisser kwalunkwe waħda mis-setgħat kif stipulat fl-Artikoli 48 sa 58;

(6)

“objettivi tar-riżoluzzjoni” tfisser l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21;

(7)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(8)

“event ta’ inadempjenza” tfisser xenarju li fih is-CCP tkun iddikjarata li tkun inadempjenti:

(a)

wieħed jew aktar mill-membri tal-ikklirjar f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; jew

(b)

CCP wieħed jew aktar interoperabbli f’konformità mal-arranġamenti kuntrattwali rilevanti jew mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(9)

“event mhux ta’ inadempjenza” tfisser xenarju fejn it-telf huwa mġarrab minn CCP għal kwalunkwe raġuni oħra minbarra event ta’ inadempjenza, inkluż iżda mhux limitat għal, nuqqasijiet fin-negozju, il-kustodja, l-investiment, legali jew operazzjonali, jew frodi, inkluż nuqqasijiet li jirriżultaw minn attakki ċibernetiċi;

(10)

“pjan ta’ riżoluzzjoni” tfisser pjan ta’ riżoluzzjoni għal CCP imfassal f’konformità mal-Artikolu 12;

(11)

“azzjoni ta’ riżoluzzjoni” tfisser deċiżjoni li CCP titpoġġa f’riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22, l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, jew l-eżerċitar ta’ setgħa ta’ riżoluzzjoni waħda jew aktar;

(12)

“membru tal-ikklirjar” tfisser membru tal-ikklirjar kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(13)

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(14)

“CCP ta’ pajjiż terz” tfisser CCP li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f’pajjiż terz;

(15)

“arranġament ta’ tpaċija” tfisser arranġament li skontu żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn is-CCP taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

(16)

“infrastruttura tas-suq finanzjarju” jew “FMI” tfisser CCP, depożitorju ċentrali tat-titoli, repożitorju tat-tranżazzjonijiet, sistema ta’ pagament jew sistema oħra definita u maħtura minn Stat Membru skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(17)

“ċentru tan-negozjar” tfisser post ta’ negozju kif definit fil-punt 4 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(18)

“klijent” tfisser klijent kif definit fil-punt 15 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(19)

“O-SIIs” tfisser istituzzjonijiet ta’ importanza sistemika kif imsemmija fl-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(20)

“klijent indirett” tfisser impriża li tkun stabbiliet arranġamenti tal-ikklerjar indirett ma’ membru tal-ikklirjar fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(21)

“CCP interoperabbli” tfisser CCP li magħha jkun ġie stabbilit arranġament tal-interoperabilità;

(22)

“pjan ta’ rkupru” tfisser pjan ta’ rkupru mfassal u miżmum minn CCP f’konformità mal-Artikolu 9;

(23)

“bord” tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-kumpanniji u f’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(24)

“kulleġġ superviżorju” tfisser il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(25)

“kapital” tfisser kapital kif definit fil-punt 25 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(26)

“kaskata tal-inadempjenza” tfisser kaskata tal-inadempjenza f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(27)

“funzjonijiet kruċjali” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet ipprovduti lil partijiet terzi esterni għas-CCP, li d-diskontinwità tagħhom x’aktarx li twassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru wieħed jew aktar minħabba d-daqs, is-sehem mis-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntieri ta’ CCP, b’mod partikolari fir-rigward tas-sostitwibbiltà ta’ dawk l-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet;

(28)

“grupp” tfisser grupp kif definiti fil-punt 16 tal- -Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(29)

“FMI marbuta” tfisser FMI li magħha s-CCP tkun daħlet f’arranġamenti kuntrattwali, inkluż arranġamenti tal-interoperabilità;

(30)

“għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jew kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku ieħor fil-livell supranazzjonali, li, jekk jiġi pprovdut fil-livell nazzjonali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex jiġu ppreservati jew restawrati l-vijabilità, il-likwidità jew is-solvenza ta’ CCP;

(31)

“kuntratti finanzjarji” tfisser kuntratti u ftehimiet kif definiti fil-punt 100 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(32)

“proċedimenti normali ta’ insolvenza” tfisser il-proċedimenti ta’ insolvenza kollettivi li jinvolvu l-iżvestiment parzjali jew totali ta’ debitur u l-ħatra ta’ likwidatur jew amministratur normalment applikabbli għas-CCPs skont il-liġi nazzjonali u speċifiċi għal dawk l-istituzzjonijiet jew inkella applikabbli b’mod ġenerali għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

(33)

“strumenti ta’ sjieda” tfisser ishma, strumenti oħrajn li jikkonferixxu sjieda, strumenti li jistgħu jiġu kkonvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta’ sjieda oħrajn, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f’ishma jew strumenti ta’ sjieda oħrajn;

(34)

“awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura” tfisser l-awtorità fdata bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali msemmija fir-Rakkomandazzjoni B1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (BERS/2011/3);

(35)

“fond tal-inadempjenza” tfisser fond tal-inadempjenza miżmum minn CCP b’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(36)

“riżorsi prefinanzjati” tfisser riżorsi miżmuma mill-persuna ġuridika rilevanti u disponibbli liberament għaliha;

(37)

“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tas-CCP u l-membru/i eżekuttiv(i) tal-bord;

(38)

“repożitorju tat-tranżazzjonijiet” tfisser repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fil-punt 1 tal- Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(39)

“Qafas ta’ għajnuna mill-Istati tal-Unjoni” tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE u r-regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inklużi l-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmula jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 TFUE;

(40)

“strumenti ta’ dejn” tfisser bonds jew forom oħrajn ta’ dejn trasferibbli mhux garantit, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta’ strumenti ta’ dejn;

(41)

“marġni inizjali” tfisser marġni miġbura mis-CCP biex tkopri l-iskopertura futura potenzjali għal membri tal-ikklirjar li jipprovdu l-marġni u, fejn rilevanti, CCPs interoperabbli fl-intervall bejn l-aħħar ġbir ta’ marġni u l-likwidazzjoni ta’ pożizzjonijiet wara l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklirjar jew l-inadempjenza ta’ CCP interoperabbli;

(42)

“marġni ta’ varjazzjoni” tfisser il-marġni miġbur jew imħallas biex jirrifletti l-iskoperturi attwali li jirriżultaw minn bidliet reali fil-prezzijiet tas-suq;

(43)

“sejħa għal flus għal riżoluzzjoni” tfisser talba għal riżorsi fi flus li għandhom jiġu pprovduti mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tas-setgħat statutorji disponibbli għal awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 31;

(44)

“sejħa għal flus għal irkupru” tfisser talba għal riżorsi fi flus, ħlief sejħa għal flus għal riżoluzzjoni, li għandha tiġi pprovduta mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tal-arranġamenti kuntrattwali stipulati fir-regoli operattivi tas-CCP;

(45)

“setgħat ta’ trasferiment” tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 48(1) għat-trasferiment ta’ ishma, strumenti ta’ sjieda oħrajn, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk l-elementi minn CCP taħt riżoluzzjoni lil benefiċjarju;

(46)

“derivat” tfisser derivat kif definit fil-punt 5 tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(47)

“arranġament ta’ totaliżżar” tfisser arranġament li taħtu għadd ta’ pretensjonijiet jew obbligi jistgħu jiġu kkonvertiti fi pretensjoni netta unika, inkluż arranġament ta’ totaliżżar tal-għeluq li taħtu, meta jseħħ event ta’ infurzar (irrispettivament minn kif u fejn jiġi definit), l-obbligi tal-partijiet jiġu aċċellerati sabiex isiru dovuti immedjatament jew jiġu terminati u, fi kwalunkwe każ, jiġu kkonvertiti fi, jew sostitwiti minn, pretensjoni netta unika, inkluż “dispożizzjoni dwar it-totaliżżar tal-għeluq” kif definit fil-punt (n)(i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u “totaliżżar” kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(48)

“miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżi” tfisser l-eżerċitar ta’ setgħat li CCP tenħtieġ tieħu miżuri sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet fil-pjan ta’ rkupru tagħha skont l-Artikolu 10(8) u (9), l-eżerċitar ta’ setgħat biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 16, jew l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18;

(49)

“dritt ta’ terminazzjoni” tfisser dritt li kuntratt jiġi terminat, dritt li l-obbligi jiġu aċċellerati, jingħalqu, jiġu paċuti jew jiġu nnettjati jew kwalunkwe dispożizzjoni simili li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu ta’ parti għall-kuntratt jew dispożizzjoni li tipprevjeni li jirriżulta obbligu skont il-kuntratt li altrimenti kien jirriżulta;

(50)

“arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu kif definit fil-punt (b) tal- Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE;

(51)

“bond kopert” tfisser bond kopert kif iddefinit fil-punt (1) tal-tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(52)

“proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser azzjoni skont il-liġi ta’ pajjiż terz għall-ġestjoni ta’ falliment ta’ CCP ta’ pajjiż terz li tkun komparabbli, f’termini ta’ objettivi u riżultati antiċipati, mal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament;

(53)

“awtoritajiet nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jew il-ministeri kompetenti maħtura f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE jew awtoritajiet oħrajn fl-Istati Membri b’setgħat li jirrigwardjaw l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar fil-ġurisdizzjoni tagħhom;

(54)

“awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz” tfisser awtorità ta’ pajjiż terz responsabbli għat-twettiq ta’ funzjonijiet komparabbli għal dawk tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

TITOLU II

AWTORITAJIET, KULLEĠĠ TA’ RIŻOLUZZJONI U PROĊEDURI

Taqsima 1

Awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, kulleġġi ta’ riżoluzzjoni u l-involviment ta’ awtoritajiet superviżorji ewropej

Artikolu 3

Ħatra ta’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u ministeri kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ta’ riżoluzzjoni waħda jew aktar li jkollhom is-setgħa li japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti, awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet oħrajn fdati b’setgħat amministrattivi pubbliċi.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom il-kompetenzi, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali biex japplikaw miżuri ta’ riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bil-ħeffa u l-flessibbiltà neċessarji biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

3.   Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tiġi fdata b’funzjonijiet oħrajn, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti strutturali xierqa biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess bejn il-funzjonijiet fdati lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament u l-funzjonijiet l-oħrajn kollha fdati lil dik l-awtorità. B’mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti biex tiġi żgurata indipendenza operattiva effettiva, inkluż persunal, linji ta’ rapportar u proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet separati ta’ dik l-awtorità tar-riżoluzzjoni, minn kwalunkwe kompitu li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ twettaq skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bħala awtorità kompetenti tas-CCP u mill-kompiti li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ twettaq bħala l-awtorità kompetenti tal-membri tal-ikklirjar imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

4.   Ir-rekwiżiti espressi fil- paragrafu 3 ma għandhomx jipprekludu li l-linji ta’ rapportar jikkonverġu fl-ogħla livell ta’ organizzazzjoni li tinkorpora funzjonijiet jew awtoritajiet differenti, jew li, il-persunal jista’, taħt kondizzjonijiet predefiniti, jiġi kondiviż bejn il-funzjonijiet l-oħra fdati lill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex tissodisfa volumi tax-xogħol temporanjament għoljin, jew biex l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun tista’ tuża hija stess l-għarfien espert ta’ persunal kondiviż.

5.   L-awtoritajiet li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u dan ir-Regolament, u l-persuni li jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet f’isimhom, għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni, kemm fil-każ fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti huma entitajiet separati u kemm fil-każ fejn l-funzjonijiet jitwettqu mill-istess entità.

6.   . L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-regoli interni li jkollhom fis-seħħ sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, inkluż regoli li jirrigwardaw is-segretezza professjonali u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-oqsma funzjonali differenti.

7.   L-Istati Membri fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda CCP jistgħu jidderogaw mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, ħlief fir-rigward ta’ arranġamenti biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess.

8.   Kull Stat Membru għandu jaħtar ministeru wieħed li għandu jkun responsabbli għall-eżerċitar tal-funzjonijiet fdati lill-ministeru kompetenti skont dan ir-Regolament.

9.   Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fi Stat Membru mhijiex il-ministeru kompetenti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinforma lill-ministeru kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu skont dan ir-Regolament u, għajr jekk stabbilit mod ieħor fil-liġi nazzjonali, tikseb l-approvazzjoni tiegħu qabel timplimenta d-deċiżjonijiet li jkollhom impatt fiskali dirett jew implikazzjonijiet sistemiċi li x’aktarx iwasslu għal impatt fiskali dirett.

10.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dwar l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1.

11.   Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità ta’ riżoluzzjoni waħda skont il-paragrafu 1, in-notifika msemmija fil-paragrafu 10 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dik il-ħatra multipla;

(b)

l-allokazzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet bejn dawk l-awtoritajiet;

(c)

il-mod kif tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejniethom; u

(d)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni maħtura bħala l-awtorità ta’ kuntatt għall-finijiet ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stati Membri oħrajn.

12.   L-ESMA għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u tal-awtoritajiet ta’ kuntatt innotifikati skont il-paragrafu 10.

Artikolu 4

Kulleġġi ta’ riżoluzzjoni

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi, tiġġestixxi u tippresiedi kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 12, 15 u 16, u tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet li jkunu membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u, fejn xieraq, kooperazzjoni mal-awtoritajiet u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kompetenti ta’ pajjiżi terzi.

Il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u għal awtoritajiet rilevanti oħrajn biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż biex jittieħed kont tal-impatt sistemiku tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni ta’ miżuri preparatorji u preventivi u għar-riżoluzzjoni;

(b)

it-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12;

(c)

il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ CCPs skont l-Artikolu 15;

(d)

l-identifikazzjoni, l-indirizzar u t-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvibbiltà ta’ CCPs skont l-Artikolu 16; u

(e)

il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika dwar il-pjanijiet u l-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni.

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni:

(a)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP;

(b)

l-awtorità kompetenti tas-CCP;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż, fejn rilevanti, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (22) u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) fir-rwol tiegħu bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni kkonferit lilu skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar, għajr dawk imsemmija fil-punt (c). Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-klijenti ta’ membri tal-ikklirjar, dment li l-kulleġġ ma jkollux diġà membru mill-Istat Membru tagħhom stess f’konformità mal-punti (c), (d), (f), (g) jew (h) ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(g)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-CCPs imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(h)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(i)

il-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(j)

il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(k)

il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati mis-CCP, għajr dawk imsemmija fil-punt (j). Dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq il-munita ta’ ħruġ rispettiva tagħhom;

(l)

l-awtorità kompetenti għall-impriża prinċipali, fejn applikabbli;

(m)

il-ministeru kompetenti, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) ma tkunx il-ministeru kompetenti;

(n)

l-ESMA; u

(o)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.   L-ESMA, l-EBA u l-awtoritajiet imsemmija fil-punti (d), (e), (k) u (l) tal-paragrafu 2 ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot fil-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni.

Meta l-BĊE ikun membru tal-kulleġġ skont il-punti (c) u (j) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jkollu żewġ voti fil-kulleġġ.

4.   L-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar stabbiliti f’pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li magħhom is-CCP tkun stabbilixxiet arranġamenti ta’ interoperabbiltà jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bħala osservaturi. L-attendenza tagħhom għandha tkun bil-kondizzjoni li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li, fl-opinjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP bħala l-president tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, ikunu ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 73.

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun limitata għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet ta’ infurzar transfruntieri speċifiċi, li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

l-infurzar ikkoordinat u effettiv tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari f’konformità mal-Artikoli 53 u 77;

(b)

l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-impedimenti possibbli għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni effettiva li jistgħu jirriżultaw minn liġijiet diverġenti li jirregolaw l-arranġamenti ta’ kollateral, totaliżżar u tpaċija u strateġiji jew setgħat ta’ rkupru u riżoluzzjoni differenti;

(c)

l-identifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa għal rekwiżiti għal ħruġ ta’ liċenzji, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni ġodda, fid-dawl tal-ħtieġa li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jitwettqu fil-ħin;

(d)

sospensjoni possibbli ta’ kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet tal-assi rilevanti affettwati mir-riżoluzzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew għal kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(e)

influwenza possibbli ta’ żoni ta’ ħin differenti fuq tmiem il-ġurnata tax-xogħol applikabbli fir-rigward ta’ tmiem il-ġurnata tan-negozju.

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP bħala l-president tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandha tkun responsabbli mill-kompiti li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment ta’ arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni tal-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(b)

il-koordinazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(c)

it-tlaqqigħ u l-presidenza tal-laqgħat kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(d)

l-infurmar b’mod sħiħ u minn qabel tal-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rigward l-organizzazzjoni tal-laqgħat, rigward il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi f’dawk il-laqgħat u rigward il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dawk id-diskussjonijiet;

(e)

id-deċiżjoni dwar jekk u liema awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jiġux mistiedna jattendu laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafu 4;

(f)

l-abilitazzjoni, il-promozzjoni u l-koordinazzjoni tal-iskambju f’waqtu tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; u

(g)

l-infurmar fil-ħin tal-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta’ dawk il-laqgħat.

6.   Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-kulleġġ, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati li jikkontribwixxu għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ, b’mod partikolari billi jżidu punti fl-aġenda ta’ laqgħa.

7.   Sabiex tiżgura l-funzjonament koerenti u konsistenti tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni madwar l-Unjoni, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti u tal-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet tat-tħejjija ta’ dawk l-istandards, l-ESMA għandha tqis id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 88(7) tad-Direttiva 2014/59/UE.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan i-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5

Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA

1.   L-ESMA għandha toħloq kumitat ta’ riżoluzzjoni (il-“Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA”) skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għall-iskop ta’ tħejjija tad-deċiżjonijiet fdati lill-ESMA f’dan ir-Regolament, ħlief għad-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kumitat ta’ -Riżoluzzjoni tal-ESMA għandu jippromwovi wkoll it-tfassil u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tas-CCPs li jkunu qed ifallu.

2.   Il-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA għandu jkun kompost mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 3(1).

L-awtoritajiet imsemmija fil-punti (i) u (v) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA bħala osservaturi.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tikkoopera mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir- Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u mal-EBA fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tiżgura separazzjoni strutturali bejn il-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA u funzjonijiet oħrajn imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, matul il-fażi ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti u l-membri tal-kulleġġ superviżorju għandhom jikkooperaw u jikkomunikaw b’mod effettiv mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, sabiex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ taġixxi fil-ħin.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ CCP u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklerjar tagħha għandhom jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jiġi żgurat li ma jkunx hemm impedimenti għar-riżoluzzjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-ESMA bl-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq id-doveri tagħha f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima 2

Teħid ta’ deċiżjonijiet u proċeduri

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-ESMA għandhom iqisu l-prinċipji u l-aspetti kollha li ġejjin meta jieħdu deċiżjonijiet u jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament:

(a)

li jiġu żgurati l-effikaċja u l-proporzjonalità ta’ kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni fir-rigward ta’ CCP individwali, billi jiġu kkunsidrati tal-inqas il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-forma ġuridika tas-CCP, is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali tagħha, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interdipendenza fi ħdan il-grupp li s-CCP tagħmel parti minnu;

(ii)

in-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tas-CCP, b’mod partikolari d-daqs, l-istruttura u l-likwidità f’kundizzjonijiet ta’ stress tas-swieq fejn tforni s-servizzi tagħha;

(iii)

l-istruttura, in-natura u d-diversità tas-sħubija tal-ikklerjar tas-CCP, kif ukoll, sakemm l-informazzjoni tkun disponibbli, tan-network tal-klijenti u l-klijenti indiretti tal-membri tal-ikklerjar tagħha;

(iv)

is-sostitwibbiltà tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP fis-swieq fejn tforni s-servizzi tagħha;

(v)

l-interkonnettività tas-CCP ma’ FMI, ċentri tan-negozjar, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn kif ukoll mas-sistema finanzjarja inġenerali;

(vi)

jekk is-CCP tikklerjax kwalunkwe kuntratt tad-derivati OTC li jappartjeni għal klassi ta’ derivati OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

(vii)

il-konsegwenzi reali jew potenzjali tal-ksur imsemmi fl-Artikoli 18(1) u 22(2).

(b)

jiġu osservati l-imperattivi tal-effikaċja, il-prontezza, l-urġenza dovuta fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, fejn meħtieġ, u li l-ispejjeż jinżammu baxxi kemm jista’ jkun meta jittieħdu d-deċiżjonijiet u tittieħed azzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li t-tfixkil fis-suq jitnaqqas kemm jista’ jkun;

(c)

l-użu tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jiġi evitat kemm jista’ jkun, din l-għajnuna tkun disponibbli u tintuża biss fl-aħħar istanza u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45, u ma tinħoloq ebda aspettattiva ta’ għajnuna finanzjarja pubblika;

(d)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-azzjoni jittieħdu b’mod ikkoordinat u effiċjenti;

(e)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f’kull Stat Membru jiġu definiti b’mod ċar;

(f)

l-interessi tal-Istati Membri li fihom is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u fejn ikunu stabbiliti l-membri tal-ikklerjar tagħha, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn dawk il-klijenti u l-klijenti indiretti maħtura mill-Istati Membri bħala O-SIIs,, u tkun stabbilita kwalunkwe FMI konnessa, inkluż CCPs interoperabbli, u b’mod partikolari, l-impatt ta’ kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali ta’ dawk l-Istati Membri u tal-Unjoni kollha kemm hi;

(g)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni la jkunu jistgħu jeżiġu li l-Istati Membri jipprovdu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, u lanqas jinterferixxu mas-sovranità baġitarja u r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri;

(h)

l-interessi tal-membri tal-ikklerjar affettwati, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, kredituri u partijiet ikkonċernati oħra tas-CCP fl-Istati Membri involuti jeħtieġ li jiġu bbilanċjati billi jiġi evitat li jiġu ppreġudikati jew protetti b’mod inġust l-interessi ta’ atturi partikolari u tiġi evitata allokazzjoni inġusta tal-piż;

(i)

kwalunkwe obbligu skont dan ir-Regolament li tiġi kkonsultata awtorità qabel ma tittieħed deċiżjoni jew azzjoni jimplika mill-inqas obbligu li ssir konsultazzjoni dwar dawk l-elementi tad-deċiżjoni jew tal-azzjoni proposta li jkollhom jew li x’aktarx ikollhom effett fuq il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti, l-FMIs konnessi jew iċ-ċentri tan-negozjar jew impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru fejn jinsabu jew ikunu stabbiliti il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti, l-FMIs konnessi jew iċ-ċentri tan-negozjar;

(j)

meta awtorità tqajjem kwistjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru tagħha, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tas-CCP jikkunsidrawha bir-reqqa u jekk ma jqisux it-tħassib espress, jispjegaw bil-miktub ir-raġunijiet għalfejn dan ma jkunx seħħ;

(k)

il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 12 jiġu rrispettati, dment li, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, ma tkunx meħtieġa devjazzjoni minn dawk il-pjanijiet sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(l)

tiġi żgurata t-trasparenza fil-konfront tal-awtoritajiet rilevanti kull meta possibbli, u fi kwalunkwe każ meta deċiżjoni jew azzjoni proposta x’aktarx li jkollha implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali ta’ kwalunkwe Stat Membru rilevanti;

(m)

huma jikkoordinaw u jikkooperaw kemm jista’ jkun mill-qrib, anki bil-għan li jbaxxu l-ispiża kumplessiva tar-riżoluzzjoni; u

(n)

dawn li ġejjin għandhom jinżammu għall-minimu, kemm jista’ jkun possibbli: l-effetti ekonomiċi u soċjali negattivi, inkluż l-impatti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, ta’ kwalunkwe deċiżjoni fuq l-Istati Membri kollha li fihom is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u fejn il-membri tal-ikklerjar tagħha, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn dawk il-klijenti u l-klijenti indiretti huma maħtura mill-Istati Membri bħala O-SIIs,, u kwalunkwe FMI konnessa, inkluż CCPs interoperabbli, huma stabbiliti.

Artikolu 8

Skambju ta’ informazzjoni

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu, jipprovdu lil xulxin fil-ħin l-informazzjoni rilevanti kollha għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddivulgaw biss l-informazzjoni kunfidenzjali pprovduta minn awtorità ta’ pajjiż terz meta dik l-awtorità tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel.

3.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-ministeru kompetenti bl-informazzjoni kollha relatata mad-deċiżjonijiet jew il-miżuri li jeżiġu n-notifika, il-konsultazzjoni jew il-kunsens ta’ dak il-ministeru.

TITOLU III

TĦEJJIJA

KAPITOLU I

Ippjanar ta’ rkupru u riżoluzzjoni

Taqsima 1

Ippjanar ta’ rkupru

Artikolu 9

Pjanijiet ta’ rkupru

1.   Is-CCPs għandhom ifasslu u jżommu pjan ta’ rkupru li jipprevedi l-miżuri li għandhom jittieħdu kemm f’każ ta’ eventi ta’ inadempjenza kif ukoll f’każ ta’ eventi mhux ta’ inadempjenza, u taħlit tat-tnejn, sabiex jirrestawraw is-solidità finanzjarja tagħhom mingħajr ebda appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, u biex ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu funzjonijiet kritiċi wara deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew riskju ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ kapital u prudenzjali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.   Il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ rkupru għandhom:

(a)

jindirizzaw b’mod komprensiv u effikaċi r-riskji kollha identifikati fix-xenarji differenti, inkluż nuqqasijiet ta’ likwidità mhux koperti possibbli;

(b)

fil-każ ta’ telf minħabba event ta’ inadempjenza, jiżguraw l-istabbiliment mill-ġdid ta’ valur kontabilistiku rikonċiljat u l-allokazzjoni sħiħa ta’ telf mhux kopert lil membri tal-ikklerjar, u lill-klijenti tagħhom jekk dawk il-klijenti jkunu kredituri diretti tas-CCP, u lill-azzjonisti, b’kont meħud tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha;

(c)

jinkludu arranġamenti ta’ assorbiment tat-telf li jkunu adegwati biex ikopru t-telf li jista’ joriġina mit-tipi kollha ta’ eventi mhux ta’ inadempjenza; u

(d)

jippermetti r-rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP, inkluż il-fondi proprji tagħha, għal livell suffiċjenti sabiex is-CCP tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u biex jiġi appoġġat it-tħaddim kontinwu u f’waqtu tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP.

3.   Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi qafas ta’ indikaturi, ibbażati fuq il-profil tar-riskju tas-CCP, li jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li fil-kuntest tagħhom għandhom jittieħdu l-miżuri fil-pjan ta’ rkupru. L-indikaturi jistgħu jkunu ta’ natura kwalitattiva jew kwantitattiva fir-rigward tas-solidità finanzjarja u l-vijabilità operazzjonali tas-CCP u għandhom jippermettu li l-miżuri ta’ rkupru jittieħdu kmieni biżżejjed biex jipprovdu żmien suffiċjenti biex jiġi implimentat il-pjan.

4.   Is-CCPs għandhom ikollhom fis-seħħ arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 3. Is-CCPs għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-eżitu ta’ dak il-monitoraġġ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu informazzjoni lill-kulleġġ tas-superviżuri, meta jqisu li din l-informazzjoni tkun sinifikanti.

5.   Sat-12 ta’ Frar 2022, f’kooperazzjoni mal-BERS, l-ESMA għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika l-lista minima ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Is-CCPs għandhom jinkludu dispożizzjonijiet fir-regoli operattivi tagħhom, li jiddeskrivu l-proċeduri li jridu jsegwu meta, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proċess ta’ rkupru, jipproponu li:

(a)

jieħdu l-miżuri previsti fil-pjan ta’ rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li ma jkunux ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti; jew

(b)

joqogħdu lura milli jieħdu miżuri previsti fil-pjan ta’ rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li jkunu ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti.

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

7.   Meta CCP tkun biħsiebha tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar in-natura u l-kobor tal-problemi li tkun identifikat, billi tispjega ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u tindika l-miżuri ta’ rkupru jew miżuri oħrajn li tkun biħsiebha tieħu biex tindirizza s-sitwazzjoni kif ukoll il-limitu ta’ żmien previst biex tirrestawra s-solidità finanzjarja tagħha permezz tal-użu ta’ dawk il-miżuri kkonċernati.

Meta l-awtorità kompetenti tqis li miżura ta’ rkupru li s-CCP jkollha l-ħsieb li tieħu tista’ tikkawża effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew li x’aktarx mhux ser tkun effettiva, hija tista’ teżiġi li s-CCP toqgħod lura milli tieħu dik il-miżura.

Wara n-notifika li tkun irċeviet skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tivvaluta jekk iċ-ċirkostanzi jeżiġux l-użu ta’ setgħat ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18.

8.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ superviżorju, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinforma minnufih lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 u mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, u bi kwalunkwe struzzjoni sussegwenti mill-awtorità kompetenti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7.

Meta l-awtorità kompetenti tkun infurmata skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tillimita jew tipprojbixxi kwalunkwe remunerazzjoni ta’ ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità, inkluż pagamenti ta’ dividendi u riakkwisti min-naħa tas-CCP, kemm jista’ jkun mingħajr ma jkun ikkawżat event ta’ inadempjenza, u tista’ tillimita jew tipprojbixxi kwalunkwe pagament ta’ remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

9.   Is-CCPs għandhom, mill-inqas darba fis-sena u fi kwalunkwe każ wara kwalunkwe bidla fl-istruttura ġuridika jew organizzazzjonali jew fis-sitwazzjoni finanzjarja jew tan-negozju tagħhom li jista’ jkollha effett materjali fuq dawk il-pjanijiet jew li altrimenti tkun teħtieġ bidla fil-pjanijiet, jirrieżaminaw, jittestjaw u, meta meħtieġ, jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li s-CCPs jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta’ spiss.

10.   Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jitfasslu f’konformità mat-Taqsima A tal-Anness u jieħdu kont tal-interdipendenzi rilevanti kollha fi ħdan il-grupp li s-CCP tagħmel parti minnu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li s-CCPs jinkludu informazzjoni addizzjonali fil-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom. Fejn rilevanti, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali tas-CCP.

11.   Il-pjanijiet ta’ rkupru:

(a)

ma għandhom jirċievu jew jassumu l-ebda aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali jew assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta skont termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.

(b)

għandhom jikkunsidraw l-interessi tal-partijiet interessati kollha li x’aktarx jiġu affettwati mill-pjan, inkluż il-membri tal-ikklerjar u, sakemm l-informazzjoni tkun disponibbli, il-klijenti diretti u indiretti tagħhom; u

(c)

għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar ma jkollhomx skoperturi bla limitu lejn is-CCP u t-telf potenzjali u n-nuqqas ta’ likwidità tal-partijiet ikkonċernati jkunu trasparenti, miżurabbli, jistgħu jiġu ġestiti u kontrollabbli.

12.   Sat-12 ta’ Frar 2022, l-ESMA, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar il-firxa ta’ xenarji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta toħroġ dawn il-linji gwida, l-ESMA għandha tqis, fejn xieraq, eżerċizzji superviżorji tal-ittestjar tal-istress.

13.   Meta s-CCP tkun parti minn grupp u l-ftehimiet ta’ appoġġ kuntrattwali tal-grupp jew tal-impriża prinċipali jiffurmaw parti mill-pjan ta’ rkupru, il-pjan ta’ rkupru għandu jikkontempla xenarji li fihom dawk il-ftehimiet ma jistgħux jiġu onorati.

14.   Wara event ta’ inadempjenza jew event mhux ta’ inadempjenza, CCP għandha tuża ammont addizzjonali mir-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tagħha, qabel ma tuża l-arranġamenti u l-miżuri msemmija fil-punt 15 tat-Taqsima A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.. Dak l-ammont ma għandux ikun inqas minn 10 %, u lanqas ogħla minn 25 % tar-rekwiżiti ta’ kapital ibbażati fuq ir-riskju kkalkulati skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Sabiex tikkonforma ma’ dak ir-rekwiżit, is-CCP tista’ tuża l-ammont tal-kapital li jkollha, flimkien mar-rekwiżiti kapitali minimi tagħha, biex tikkonforma mal-livell limitu ta’ notifika msemmi fl-att delegat adottat abbażi tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

15.   L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji prefinanzjati li għandhom jintużaw skont l-paragrafu 14. Meta tiżviluppa dawk l-istandards tekniċi, l-ESMA għandha tqis dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tas-CCPs u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom;

(b)

l-istruttura tal-inċentivi tal-azzjonisti, il-maniġment u l-membri tal-ikklerjar tas-CCPs u tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar;

(c)

l-adegwatezza għas-CCPs, skont il-valuti li fihom huma espressi l-istrumenti finanzjarji li huma jikklerjaw, il-valuti aċċettati bħala kollateral u r-riskju li jirriżulta mill-attivitajiet tagħhom, b’mod partikolari meta huma ma jikklerjawx derivati OTC kif definit fil-punt (7) tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jinvestu dak l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji dedikati f’assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament; u

(d)

ir-regoli li japplikaw għas-CCPs ta’ pajjiżi terzi u l-prattiki tagħhom, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali li jikkonċernaw l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, sabiex tiġi ppreservata l-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni attivi internazzjonalment, u l-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni meta mqabbla ma’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar fl-Unjoni.

Meta l-ESMA tikkonkludi, abbażi tal-kriterji msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li huwa adatt li ċerti CCPs jinvestu dak l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji prefinanzjati f’assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tispeċifika wkoll:

(a)

il-proċedura li permezz tagħha, f’każ li dawk ir-riżorsi ma jkunux disponibbli minnufih, is-CCPs jistgħu jirrikorru għal miżuri ta’ rkupru li jeħtieġu l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti.

(b)

il-proċedura li s-CCPs għandhom isegwu biex sussegwentement jirrimborżaw lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti msemmija fil-punt (a) sal-ammont li għandu jintuża skont il-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

16.   Matul il-proċess tat-tfassil tal-pjan, is-CCP għandha tiżviluppa mekkaniżmi adegwati biex tinvolvi lill-FMIs marbuta u lill-partijiet konċernati li jġarrbu telf, spejjeż jew li jikkontribwixxu biex jiġi kopert in-nuqqas ta’ likwidità f’każ li l-pjan ta’ rkupru ġie implimentat.

17.   Il-bord tas-CCP għandu jivvaluta, wara li jqis il-parir tal-kumitat tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u japprova l-pjan ta’ rkupru qabel jippreżentah lill-awtorità kompetenti.

18.   Meta l-bord tas-CCP ikun iddeċieda li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tar-riskju, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jispjega d-deċiżjoni tiegħu fid-dettall lill-awtorità kompetenti.

19.   Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jiġu integrati fil-governanza korporattiva u fil-qafas ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP.

20.   Il-miżuri stabbiliti fil-pjanijiet ta’ rkupru li joħolqu obbligi finanzjarji jew kuntrattwali fuq il-membri tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, il-klijenti u l-klijenti indiretti, FMIs jew ċentri tan-negozjar konnessi għandhom jiffurmaw parti mir-regoli operattivi tas-CCPs.

21.   Is-CCPs għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti fil-pjanijiet ta’ rkupru jkunu infurzabbli f’kull ħin fil-ġurisdizzjonijiet kollha fejn huma lokalizzati l-membri tal-ikklerjar, FMIs jew ċentri tan-negozjar konnessi.

22.   L-obbligu tas-CCPs li fil-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom jinkludu d-dritt li jagħmlu sejħa għal flus għal irkupru u, jekk applikabbli, li jnaqqsu l-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCPs lil membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti ma għandux ikun applikabbli għall-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(4) u 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

23.   Il-membri tal-ikklerjar għandhom jikkomunikaw lill-klijenti tagħhom b’mod ċar u trasparenti jekk il-miżuri fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP jistgħux jaffettwawhom u b’liema mod.

Artikolu 10

Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru

1.   Is-CCPs għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom lill-awtorità kompetenti.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kull pjan lill-kulleġġ superviżorju u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-pjan ta’ rkupru u tivvaluta l-punt sa fejn huwa jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9 fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-pjan u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 11.

3.   Meta jivvalutaw il-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti u l-kulleġġ superviżorju għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:

(a)

l-istruttura tal-kapital tas-CCP, il-kaskata tal-inadempjenza tagħha, il-livell ta’ kumplessità tal-istruttura organizzazzjonali, is-sostitwibbiltà tal-attivitajiet tagħha u l-profil tar-riskju tas-CCP, inkluż f’termini tar-riskji finanzjarji, operazzjonali u ċibernetiċi;

(b)

l-impatt globali li jkollha l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru fuq:

(i)

il-membri tal-ikklerjar, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs;

(ii)

kwalunkwe FMI konnessa;

(iii)

swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP; u

(iv)

is-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe Stat Membru u l-Unjoni inġenerali;

(c)

jekk l-għodod ta’ rkupru u s-sekwenza tagħhom speċifikata mill-pjan ta’ rkupru joħolqux inċentivi xierqa għas-sidien tas-CCP u għall-membri tal-ikklerjar, u fejn possibbli għall-klijenti tagħhom, kif rilevanti, biex jikkontrollaw l-ammont ta’ riskju li huma jġibu jew jġarrbu fis-sistema, iwettqu monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ riskju u ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CCP u jikkontribwixxu fil-proċess ta’ ġestjoni tal-inadempjenza tas-CCP.

4.   Fil-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ftehimiet ta’ appoġġ tal-impriża prinċipali bħala partijiet validi mill-pjan ta’ rkupru jekk dawn il-ftehimiet ikunu kuntrattwalment vinkolanti biss.

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżamina l-pjan ta’ rkupru sabiex tidentifika kwalunkwe miżura li tista’ tħalli impatt negattiv fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP. Meta jiġu identifikati miżuri bħal dawn, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ġġibhom għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti dwar kif għandu jiġi indirizzat l-impatt negattiv ta’ dawk il-miżuri fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP, fi żmien xahrejn mit-trażmissjoni ta’ kull pjan ta’ rkupru mill-awtorità kompetenti.

6.   Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 5, hija għandha tiġġustifika b’mod sħiħ dik id-deċiżjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

7.   Meta l-awtorità kompetenti taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jew tqis f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-Artikolu 11 li hemm nuqqasijiet materjali fil-pjan ta’ rkupru jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu, hija għandha tinnotifika lis-CCP u għandha tagħtiha l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha.

8.   L-awtorità kompetenti, b’kont meħud tal-fehmiet tas-CCP, tista’ teżiġi li s-CCP tippreżenta, fi żmien xahrejn, li jistgħu jiġu estiżi b’xahar bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, pjan rivedut li juri kif qegħdin jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet jew l-impedimenti. Il-pjan rivedut għandu jiġi vvalutat f’konformità mal-paragrafi 2 sa 7.

9.   Meta l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11, tqis li n-nuqqasijiet u l-impedimenti ma ġewx indirizzati b’mod adegwat mill-pjan rivedut, jew meta s-CCP ma tkunx ippreżentat pjan rivedut, hija għandha teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet speċifiċi fil-pjan f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, kif definit mill-awtorità kompetenti.

10.   Meta ma jkunx possibbli li n-nuqqasijiet jew l-impedimenti jiġu rimedjati b’mod adegwat permezz ta’ bidliet speċifiċi fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha, wara li tikkonsulta lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11, teżiġi li s-CCP tidentifika f’qafas ta’ żmien raġonevoli kwalunkwe bidla li għandha ssir fin-negozju tagħha sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet jew l-impedimenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru.

Meta s-CCP tonqos milli tidentifika dawn il-bidliet fil-perijodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew meta l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju f’konformità mal-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 11, tqis li l-azzjonijiet proposti ma jindirizzawx b’mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha teżiġi li s-CCP tieħu f’perijodu raġonevoli, kif definit mill-awtorità kompetenti, azzjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin, b’kont meħud tas-serjetà tan-nuqqasijiet u l-impedimenti u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tas-CCP u l-kapaċità tagħha li tibqa’ konformi mar-Regolament (UE) Nru 648/2012:

(a)

li jitnaqqas il-profil tar-riskju tas-CCP;

(b)

li tittejjeb il-kapaċità tas-CCP li tiġi rikapitalizzata fil-ħin biex tissodisfa r-rekwiżiti kapitali u prudenzjali tagħha;

(c)

li tirrieżamina l-istrateġija u l-istruttura tas-CCP;

(d)

li tagħmel bidliet fil-kaskata tal-inadempjenza, fil-miżuri ta’ rkupru u f’arranġamenti oħrajn ta’ allokazzjoni tat-telf sabiex jittejbu r-riżolvibbiltà u r-reżiljenza tal-funzjonijiet kruċjali;

(e)

li tagħmel bidliet fl-istruttura tal-governanza tas-CCP.

11.   It-talba msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 10 għandha tkun motivata u tiġi notifikata bil-miktub lis-CCP.

12.   L-ESMA, f’kooperazzjoni mas-SEBĊ u mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Proċedura ta’ koordinazzjoni għall-pjanijiet ta’ rkupru

1.   Il-kulleġġ superviżorju għandu jeżamina l-pjan ta’ rkupru u, fejn xi membru tal-kulleġġ iqis li hemm nuqqasijiet materjali fil-pjan ta’ rkupru jew xi impediment materjali għall-implimentazzjoni tiegħu, dak il-membru għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti tas-CCP fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet fi żmien xahrejn mit-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru mill-awtorità kompetenti.

2.   Il-kulleġġ superviżorju għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru;

(b)

l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(7), (8) (9) u (10).

3.   Il-kulleġġ superviżorju għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil -paragrafu 2 fi żmien erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru mill-awtorità kompetenti.

L-ESMA tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti fi ħdan il-kulleġġ superviżorju, tgħin lill-kulleġġ superviżorju jieħu deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru, il-kulleġġ ikun naqas milli jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil- paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha.

L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara li tqis il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ matul il-perijodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika bil-miktub dik id-deċiżjoni lis-CCP u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ.

5.   Meta, sa tmiem dak il-perijodu ta’ erba’ xhur, ma jkunx intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta u maġġoranza sempliċi ta’ membri bid-dritt tal-vot ma taqbilx mal-proposta tal-awtorità kompetenti għal deċiżjoni konġunta dwar kwistjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru jew l-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 10(10) ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe wieħed mill-membri bid-dritt tal-vot ikkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, jista’ jirreferi dik il-kwistjoni lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tistenna d-deċiżjoni meħuda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tiddeċiedi skont id-deċiżjoni tal-ESMA.

6.   Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala li huwa l-fażi ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li jkun intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tas-CCP.

Taqsima 2

Ippjanar ta’ riżoluzzjoni

Artikolu 12

Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, tfassal pjan ta’ riżoluzzjoni għas-CCP f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

2.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tieħu meta s-CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22.

3.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-inqas għandu jqis dawn li ġejjin:

(a)

il-falliment tas-CCP, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ instabbilità finanzjarja usa’ jew eventi fis-sistema kollha, minħabba wieħed minn dawn li ġejjin jew taħlita tagħhom:

(i)

eventi ta’ inadempjenza u

(ii)

eventi mhux ta’ inadempjenza;,

(b)

l-impatt li jkollha l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni fuq:

(i)

il-membri tal-ikklerjar, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs u dawk li x’aktarx li jiġu soġġetti għall-miżuri ta’ rkupru jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2014/59/UE;

(ii)

kwalunkwe FMI konnessa;

(iii)

swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP; u

(iv)

is-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru jew fl-Unjoni kollha kemm hi, u, sa fejn ikun possibbli, f’pajjiżi terzi fejn tipprovdi s-servizzi;

(c)

il-mod u ċ-ċirkostanzi li taħthom CCP tista’ tapplika għall-użu tal-faċilitajiet tal-bank ċentrali pprovduti skont termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata tal-imgħax standard, u l-identifikazzjoni tal-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.

4.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)

għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(b)

assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali;

(c)

assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata tal-imgħax mhux standard.

5.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jagħmel suppożizzjonijiet prudenti dwar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli bħala għodod ta’ riżoluzzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u r-riżorsi li mistennija jkunu disponibbli skont ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP fil-mument tad-dħul f’riżoluzzjoni. Dawk is-suppożizzjonijiet prudenti għandhom jieħdu kont tas-sejbiet rilevanti tal-aħħar testijiet tal-istress imwettqa skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 24a(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif ukoll ix-xenarji ta’ kundizzjonijiet estremi tas-suq lil hinn minn dawk fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ CCP għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u f’koordinazzjoni mal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 14, tirrevedi l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u fejn xieraq taġġornahom, mill-inqas kull sena u fi kwalunkwe każ wara bidliet fl-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tas-CCP, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha jew kwalunkwe bidla oħra li taffettwa b’mod materjali l-effettività tal-pjan.

Is-CCP u l-awtorità kompetenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kwalunkwe bidla bħal din.

7.   Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi u x-xenarji differenti għall-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni. Huwa għandu jiddistingwi b’mod ċar, partikularment permezz ta’ xenarji differenti, bejn falliment ikkawżat minn eventi ta’ inadempjenza, eventi mhux ta’ inadempjenza, u taħlita tat-tnejn, kif ukoll bejn tipi differenti ta’ eventi mhux ta’ inadempjenza. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin, ikkwantifikati, kull meta xieraq u possibbli:

(a)

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan li jagħmel distinzjoni bejn eventi ta’ inadempjenza, eventi mhux ta’ inadempjenza u taħlita tat-tnejn;

(b)

sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP li seħħew minn mindu ġie aġġornat l-aħħar il-pjan ta’ riżoluzzjoni;

(c)

deskrizzjoni ta’ kif il-funzjonijiet kruċjali tas-CCP jistgħux jiġu separati legalment u ekonomikament, sa fejn neċessarju, mill-funzjonijiet oħrajn tagħha sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tagħha fir-riżoluzzjoni tas-CCP;

(d)

stima tal-qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan, inkluż ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP;

(e)

deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15;

(f)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 16 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 15;

(g)

deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet u l-assi kritiċi tas-CCP;

(h)

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13 tkun aġġornata u disponibbli għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f’kull ħin;

(i)

spjegazzjoni dwar kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni mingħajr is-suppożizzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafu 4;

(j)

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta’ żmien relatati magħhom;

(k)

deskrizzjoni ta’ interdipendenzi kritiċi bejn is-CCP u parteċipanti oħrajn fis-suq u bejn is-CCP u fornituri ta’ servizzi kritiċi, arranġamenti ta’ interoperabbiltà u rabtiet ma’ FMIs oħrajn, kif ukoll modi biex jiġu indirizzati dawk l-interdipendenzi kollha;

(l)

deskrizzjoni tal-interdipendenzi intragrupp kritiċi kif ukoll modi kif dawn jiġu indirizzati;

(m)

deskrizzjoni tal-għażliet differenti sabiex jiġi żgurat:

(i)

l-aċċess għal servizzi ta’ kklerjar u pagamenti u infrastrutturi oħrajn;

(ii)

is-saldu fil-ħin tal-obbligi dovuti lill-membri tal-ikklerjar u, meta applikabbli, il-klijenti tagħhom u kwalunkwe FMIs marbuta;

(iii)

l-aċċess tal-membri tal-ikklerjar, u, meta applikabbli, tal-klijenti tagħhom fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għat-titoli jew għall-kollateral fi flus iddepożitati għand is-CCP u miżmuma minnha li huma dovuti lil dawn il-parteċipanti;

(iv)

il-kontinwità fl-operazzjonijiet tar-rabtiet bejn is-CCP u FMIs oħrajn, u bejn is-CCP u ċ-ċentri tan-negozjar;

(v)

il-preservazzjoni tal-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati ta’ klijenti diretti u indiretti; u

(vi)

il-preservazzjoni tal-liċenzji, l-awtorizzazzjonijiet, ir-rikonoxximenti u d-deżinjazzjonijiet legali ta’ CCP fejn neċessarju għat-twettiq kontinwat tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP inkluż ir-rikonoxximent tagħha għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli rilevanti dwar il-finalità tas-saldu u l-parteċipazzjoni f’FMIs oħrajn jew f’ċentri tan-negozjar, jew ir-rabtiet magħhom;

(n)

deskrizzjoni ta’ kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ser tikseb l-informazzjoni neċessarja biex twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 24;

(o)

analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tas-CCP, inkluż valutazzjoni ta’ kwalunkwe spiża assoċjata, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex il-persunal jiġi kkonsultat matul il-proċess ta’ riżoluzzjoni, b’kont meħud tar-regoli u s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali;

(p)

pjan għall-komunikazzjoni mal-media u mal-pubbliku bil-għan li jkun hemm kemm jista’ jkun trasparenza;

(q)

deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP;

(r)

deskrizzjoni tal-arranġamenti għan-notifika tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 72(1);

(s)

deskrizzjoni tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata l-portabbiltà tal-pożizzjonijiet u tal-assi relatati tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tas-CCP inadempjenti mis-CCP inadempjenti għal CCP oħra jew CCP tranżitorja, filwaqt li ma jiġux affettwati r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom.

8.   L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 7 għandha tiġi divulgata lis-CCP ikkonċernata. Is-CCP tista’ tesprimi l-opinjoni tagħha bil-miktub dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dik l-opinjoni għandha tiġi inkluża fil-pjan.

9.   Wara li tikkonsulta lill-BERS u tikkunsidra d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 10(9) tad-Direttiva 2014/59/UE, u b’rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kontenut tal-pjan ta’ riżoluzzjoni b’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tippermetti biżżejjed flessibbiltà biex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tal-qafas legali nazzjonali tagħhom fil-qasam tal-liġi dwar l-insolvenza, kif ukoll in-natura u l-kumplessità tan-negozju tal-ikklerjar imwettaq mis-CCPs.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal- -Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13

Id-dover tas-CCP li tikkoopera u tipprovdi informazzjoni

1.   Is-CCPs għandhom jikkooperaw kif meħtieġ fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħhom, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti tagħhom, bl-informazzjoni neċessarja kollha għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, inkluż l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu li hija diġà disponibbli għalihom.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeżiġu li s-CCPs jipprovdulhom rekords dettaljati tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huma parti għalihom. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jispeċifikaw limitu ta’ żmien għall-forniment ta’ dawk ir-rekords u jistgħu jispeċifikaw limiti ta’ żmien differenti għal tipi differenti ta’ kuntratti.

3.   CCP għandha taqsam l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tagħha fil-ħin sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-profili tar-riskju tas-CCP u l-interkonnettività ma’ FMI oħrajn tas-suq finanzjarju, ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u mas-sistema finanzjarja b’mod ġenerali kif imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu informazzjoni lill-kulleġġ tas-superviżuri, meta jqisu li din l-informazzjoni tkun sinifikanti.

Artikolu 14

Proċedura ta’ koordinazzjoni għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tibgħat lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni abbozz ta’ pjan ta’ riżoluzzjoni, l-informazzjoni provduta f’konformità mal-Artikolu 13 u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

2.   Il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe bidliet fih f’perijodu ta’ erba’ xhur minn meta dak il-pjan jintbagħat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-ESMA tiġi pprovduta bl-informazzjoni kollha li hija rilevanti għar-rwol tagħha f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’, f’konformità mal-Artikolu 4(4), tiddeċiedi li tinvolvi awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi meta tfassal u tirrevedi tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, sakemm huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 73 u jkunu ġejjin minn ġurisdizzjonijiet fejn hija stabbilita kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin:

(a)

l-impriża prinċipali tas-CCP, fejn applikabbli;

(b)

il-membri tal-ikklirjar tas-CCP meta l-kontribuzzjoni tagħhom għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP tkun, fuq bażi aggregata fuq perijodu ta’ sena, ogħla minn dawk tal-Istat Membru terz bl-ogħla kontribuzzjonijiet kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)

is-sussidjarji tas-CCP, fejn applikabbli;

(d)

fornituri oħrajn ta’ servizzi kruċjali lis-CCP;

(e)

CCPs interoperabbli.

4.   L-ESMA tista’, fuq talba ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni, tassisti lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jieħu deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun naqas milli jaqbel dwar deċiżjoni konġunta, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’kont meħud tal-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni matul il-perijodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika bil-miktub id-deċiżjoni lis-CCP u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

6.   Meta, sa tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunx intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta u maġġoranza sempliċi ta’ membri bid-dritt tal-vot ma taqbilx mal-proposta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal deċiżjoni konġunta dwar kwistjoni fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, kwalunkwe wieħed mill-membri bid-dritt tal-vot ikkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, jista’ jirreferi dik il-kwistjoni lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistenna d-deċiżjoni meħuda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tiddeċiedi skont id-deċiżjoni tal-ESMA.

Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li jkun intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

7.   Meta tittieħed deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni jew ministeru kompetenti jqisu, skont il-paragrafu 6, li s-suġġett tan-nuqqas ta’ qbil jinterferixxu mar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru tagħhom, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibda rivalutazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni.

KAPITOLU II

Riżolvibbiltà

Artikolu 15

Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, b’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, u wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta kemm CCP hija riżolvibbli mingħajr ma tassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)

għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(b)

assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali;

(c)

assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata tal-imgħax mhux standard.

2.   CCP għandha titqies bħala riżolvibbli meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li huwa fattibbli u kredibbli li tillikwidaha skont proċedimenti normali ta’ insolvenza jew li tirriżolviha bl-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni filwaqt li tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP u tevita kwalunkwe użu ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja u, kemm jista’ jkun, kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja u l-potenzjal ta’ żvantaġġ mhux xieraq lil partijiet ikkonċernati affettwati.

L-effetti negattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu instabbiltà finanzjarja usa’ jew eventi mifruxa mas-sistema kollha fi kwalunkwe Stat Membru.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-ESMA fil-ħin meta tqis li CCP ma tkunx riżolvibbli.

3.   Fuq talba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, CCP għandha turi li:

(a)

ma hemm l-ebda impediment għat-tnaqqis tal-valur tal-istrumenti ta’ sjieda wara l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk l-arranġamenti kuntrattwali pendenti jew miżuri oħrajn fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP kinux eżawriti b’mod sħiħ; u

(b)

il-kuntratti tas-CCP ma’ membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi ma jippermettux lil dawk il-membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi jikkontestaw b’suċċess l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtorità ta’ riżoluzzjoni jew li jevitaw b’mod ieħor li jkunu soġġetti għal dawk is-setgħat.

4.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, kif rilevanti, teżamina l-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

5.   Sat-12 ta’ Awwissu 2022, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha toħroġ linji gwida biex tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta’ riżoluzzjoni rigward l-applikazzjoni tat-Taqsima C tal-Anness għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà fl-istess ħin li tfassal u taġġorna l-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12.

Artikolu 16

Indirizzar jew tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.   Meta, wara l-valutazzjoni fl-Artikolu 15, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, tikkonkludi li hemm impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà ta’ CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-ESMA, għandha tħejji u tippreżenta rapport lis-CCP u lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu janalizza l-impedimenti materjali għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP, jikkunsidra l-impatt tagħhom fuq il-mudell tan-negozju tas-CCP u jirrakkomanda miżuri mmirati sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

2.   Ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 14 li l-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għandu jiġi sospiż wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew sakemm jiġu deċiżi miżuri alternattivi skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi r-rapport ippreżentat f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, is-CCP għandha tipproponi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni miżuri possibbli biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti materjali identifikati fir-rapport. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kwalunkwe miżura proposta mis-CCP. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandhom jevalwaw, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 17(1), jekk dawk il-miżuri jindirizzawx jew ineħħux b’mod effettiv dawk l-impedimenti.

4.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tikkonkludi li l-miżuri proposti minn CCP f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mhux ser inaqqsu jew ineħħu b’mod effettiv l-impedimenti identifikati fir-rapport, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tidentifika miżuri alternattivi li hija għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għal deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 17(1).

Il-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu dan li ġej:

(a)

it-theddida għall-istabilità finanzjarja ta’ dawk l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà ta’ CCP;

(b)

l-effett probabbli tal-miżuri alternattivi fuq:

(i)

is-CCP, inkluż il-mudell ta’ negozju u l-effiċjenza operazzjonali tagħha;

(ii)

il-membri tal-ikklirjar tagħha, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs;

(iii)

kwalunkwe FMI konnessa;

(iv)

swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP;

(v)

is-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru jew fl-Unjoni inġenerali; u

(vi)

is-suq intern; u

(c)

l-effetti fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ kklirjar integrati għal prodotti differenti u l-proviżjonament ta’ marġini tal-portafoll fid-diversi klassijiet ta’ assi.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti u mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u, fejn xieraq mal-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali maħtura rilevanti.

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP bil-miktub, direttament jew inkella indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, dwar il-miżuri alternattivi li jridu jittieħdu sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiġġustifika għalfejn il-miżuri proposti mis-CCP mhux ser ikunu jistgħu jneħħu l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi ser ikunu effettivi f’dan ir-rigward.

6.   Is-CCP għandha tipproponi fi żmien xahar pjan biex tikkonforma mal-miżuri alternattivi, bi skeda ta’ żmien raġonevoli għall-implimentazzjoni tal-pjan. Jekk jitqies neċessarju mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tqassar jew testendi l-iskeda ta’ żmien proposta.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tista’, wara li tikkonsulta lill-awtorita’ kompetenti u waqt li tippermetti perijodu ta’ żmien raġonevoli għall-implimentazzjoni:

(a)

teżiġi li s-CCP tirrevedi jew tfassal ftehimiet ta’ servizz, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew ma’ partijiet terzi, sabiex tiġi koperta l-provvista tal-funzjonijiet kruċjali;

(b)

teżiġi li s-CCP tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati mhux koperti massimi tagħha;

(c)

teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-mod kif hija tiġbor u żżomm marġini skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)

teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-kompożizzjoni u fl-għadd ta’ fondi ta’ inadempjenza tagħha msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(e)

timponi fuq is-CCP rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali regolari jew speċifika;

(f)

teżiġi li s-CCP teħles minn assi speċifiċi;

(g)

teżiġi li s-CCP tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;

(h)

teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-pjan ta’ rkupru, fir-regoli operattivi u arranġamenti kuntrattwali oħrajn tagħha;

(i)

tirrestrinġi jew timpedixxi l-iżvilupp ta’ linji tan-negozju ġodda jew eżistenti jew il-provvediment ta’ servizzi ġodda jew eżistenti;

(j)

teżiġi li jsiru bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tas-CCP, jew ta’ kwalunkwe entità fi grupp direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, sabiex ikun żgurat li l-funzjonijiet kruċjali jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u b’mod operattiv minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni;

(k)

teżiġi li s-CCP iżżomm is-servizzi ta’ kklerjar differenti tagħha separati fil-livell operazzjonali u dak finanzjarju sabiex tiżola xi klassijiet ta’ assi speċifiċi minn klassijiet ta’ assi oħra u fejn jitqies xieraq, biex tillimita s-settijiet tat-totaliżżar li jkopru klassijiet ta’ assi differenti;

(l)

teżiġi li s-CCP tistabbilixxi kumpannija prinċipali fl-Unjoni;

(m)

teżiġi li s-CCP toħroġ obbligazzjonijiet li jista’ jitnaqqsilhom il-valur u jiġu kkonvertiti jew twarrab riżorsi finanzjarji oħrajn biex iżżid il-kapaċità għall-assorbiment tat-telf, ir-rikapitalizzazzjoni u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati;

(n)

teżiġi li s-CCP tieħu passi oħrajn bil-għan li tippermetti li l-kapital, obbligazzjonijiet u kuntratti oħrajn ikunu jistgħu jassorbu t-telf, li s-CCP tiġi rikapitalizzata jew li r-riżorsi prefinanzjati jiġu rikostitwiti. L-azzjonijiet ikkunsidrati jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, tentattiv sabiex tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni li tkun ħarġet is-CCP jew tirrevedi t-termini kuntrattwali, bil-għan li tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tnaqqas il-valur, tikkonverti jew tirristruttura l-obbligazzjoni, l-istrument jew il-kuntratt tiġi effettwata skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;

(o)

meta s-CCP tkun kumpannija sussidjarja, tikkoordina mal-awtoritajiet rilevanti bil-għan li titlob lill-impriża prinċipali twaqqaf kumpannija azzjonarja separata sabiex tikkontrolla lis-CCP, meta dik il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tas-CCP u jiġu evitati l-effetti negattivi li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni jista’ jkollhom fuq entitajiet oħrajn tal-grupp;

(p)

tillimita jew tipprojbixxi konnessjonijiet ta’ interoperabilità tas-CCP meta din il-limitazzjoni jew projbizzjoni tkun neċessarja sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 17

Proċedura ta’ koordinazzjoni għat-trattament jew it-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.   Il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward ta’:

(a)

l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 15(1);

(b)

il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mis-CCP skont l-Artikolu 16(3), kif neċessarju;

(c)

il-miżuri alternattivi meħtieġa skont l-Artikolu 16(4).

2.   Id-deċiżjoni konġunta dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 16(1) lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

3.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata fi żmien erba’ xhur mis-sottomissjoni tal-miżuri proposti tas-CCP sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 16(3).

4.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata fi żmien erba’ xhur mill-komunikazzjoni tal-miżuri alternattivi lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(4).

5.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu motivati u nnotifikati bil-miktub mill-awtorità tar-riżoluzzjoni lis-CCP u, fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tqis rilevanti, lill-impriża prinċipali tagħha.

6.   L-ESMA tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP, tgħin lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jaqbel dwar deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport previst fl-Artikolu 16(1), il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun naqas milli jadotta deċiżjoni konġunta, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’konformità mal-Artikolu 16(5). L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tkun ikkunsidrat il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni matul il-perijodu ta’ erba’ xhur.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn ikun rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bil-miktub.

8.   Meta, sa tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunx intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta u maġġoranza sempliċi ta’ membri bid-dritt tal-vot ma taqbilx mal-proposta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal deċiżjoni konġunta dwar kwistjoni msemmija fil-punt (j), (l) jew (o) tal-Artikolu 16(7) ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe wieħed mill-membri bid-dritt tal-vot ikkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, jista’ jirreferi dik il-kwistjoni lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistenna d-deċiżjoni meħuda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tiddeċiedi skont id-deċiżjoni tal-ESMA.

Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li jkun intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

TITOLU IV

INTERVENT BIKRI

Artikolu 18

Miżuri ta’ intervent bikri

1.   Meta CCP tikser, jew x’aktarx li tkun ser tikser fil-futur qrib ir-rekwiżiti kapitali u prudenzjali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew tippreżenta riskju għall-istabilità finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru wieħed jew aktar tagħha, meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li hemm indikazzjonijiet oħrajn ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi emerġenti li tista’ taffettwa l-operazzjonijiet tas-CCP, b’mod partikolari l-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:

(a)

jeżiġu li s-CCP taġġorna l-pjan ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament, meta ċ-ċirkostanzi li kienu jeħtieġu intervent bikri jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali;

(b)

jeżiġu li s-CCP timplimenta waħda jew aktar mill-arranġamenti jew miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru f’limitu ta’ żmien speċifiku. Meta l-pjan jiġi aġġornat skont il-punt (a), dawk l-arranġamenti jew il-miżuri għandhom jinkludu kwalunkwe arranġamenti jew miżuri aġġornati;

(c)

jeżiġu li s-CCP tidentifika l-kawżi tal-ksur jew tal-ksur probabbli kif imsemmi fil-paragrafu 1 u tfassal programm ta’ azzjoni, inklużi miżuri u limiti ta’ żmien xierqa;

(d)

jeżiġu li s-CCP ssejjaħ laqgħa tal-azzjonisti tagħha jew, jekk is-CCP tonqos milli tikkonforma ma’ dak ir-rekwiżit, isejħu l-laqgħa huma stess. Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-aġenda, inkluż id-deċiżjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-adozzjoni mill-azzjonisti;

(e)

jeżiġu t-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-membri tal-bord jew tal-maniġment superjuri jekk jinstab li dawk il-persuni mhumiex idonei sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(f)

jeżiġu li jsiru bidliet fl-istrateġija tan-negozju tas-CCP;

(g)

jeżiġu li jsiru bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tas-CCP;

(h)

jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tista’ taġġorna l-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP sabiex tħejji għar-riżoluzzjoni possibbli tas-CCP u għall-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post;

(i)

jeħtieġu, fejn neċessarju u f’konformità mal-paragrafu 4, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru tas-CCP;

(j)

jeżiġu li s-CCP tastjeni mill-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ rkupru meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri jista’ jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;

(k)

jeżiġu li s-CCP tirrikostitwixxi r-riżorsi finanzjarji tagħha fil-ħin sabiex tikkonforma jew iżżomm il-konformità mar-rekwiżiti kapitali u prudenzjali tagħha;

(l)

jeżiġu li s-CCP tagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ikklirjar biex jistiednu lill-klijenti tagħhom biex jipparteċipaw direttament fl-irkantijiet organizzati mis-CCP meta n-natura tal-irkant tiġġustifika din il-parteċipazzjoni eċċezzjonali. Il-membri tal-ikklerjar għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom b’mod komprensiv dwar l-irkant skont l-istruzzjonijiet li jirċievu mis-CCP. B’mod partikolari s-CCP għandha tispeċifika d-data limitu li warajha l-parteċipazzjoni fl-irkant ma tkunx possibbli. Il-klijenti għandhom jinformaw direttament lis-CCP qabel din l-iskadenza bir-rieda tagħhom li jipparteċipaw fl-irkant. Is-CCP imbagħad għandha tiffaċilita l-proċess ta’ offerti għal dawk il-klijenti. Klijent għandu jkun awtorizzat jipparteċipa fl-irkant biss jekk ikun jista’ juri lis-CCP li stabbilixxa r-relazzjoni kuntrattwali xierqa ma’ membru tal-ikklerjar biex jeżegwixxi u jikklerja t-tranżazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-irkant;

(m)

jipprojbixxu jew jillimitaw kemm jista’ jkun kwalunkwe remunerazzjoni ta’ ekwità u strumenti ttrattati ta’ ekwità mingħajr ma jkun ikkawżat event ta’ inadempjenza, inkluż il-pagamenti tad-dividendi u riakkwisti min-naħa tas-CCP, u jistgħu jillimitaw, jipprojbixxu jew jiffriżaw kwalunkwe pagament ta’ remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.   Għal kull waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiffissa skadenza xierqa u tevalwa l-effettività ta’ dawk il-miżuri ladarba jkunu ttieħdu.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tapplika biss il-miżuri fil-punti (a) sa (m) tal-paragrafu 1 wara li tqis l-impatt ta’ dawk il-miżuri fuq Stati Membri oħrajn fejn is-CCP topera jew tipprovdi servizzi u wara li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, b’mod partikolari meta l-operazzjonijiet tas-CCP ikunu kruċjali jew importanti għas-swieq finanzjarji lokali, inkluż il-postijiet fejn huma stabbiliti l-FMIs u ċ-ċentri tan-negozjar marbuta tal-membri tal-ikklirjar.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 biss meta dik il-miżura tkun fl-interess pubbliku u neċessarja biex jintlaħaq kwalunkwe objettiv minn dawn:

(a)

li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha;

(b)

li tinżamm il-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP u l-aċċess fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja;

(c)

li tinżamm u tiġi restawrata r-reżiljenza finanzjarja tas-CCP.

L-awtorità kompetenti ma għandhiex tapplika l-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 b’rabta ma’ miżuri li jinvolvu t-trasferiment ta’ proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ CCP oħra.

5.   Meta CCP tuża kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn u tispjega jekk dak l-event jirriflettix dgħufijiet jew problemi f’dik is-CCP.

6.   Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u tikkonsulta lill-kulleġġ superviżorju dwar il-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

Wara dawk in-notifiki u l-konsultazzjoni tal-kulleġġ superviżorju, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk hija għandhiex tapplika xi waħda mill-miżuri previsti fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu lill-kulleġġ superviżorju, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-ESMA.

7.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara n-notifika tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, tista’ teżiġi lis-CCP tikkuntattja lil akkwirenti potenzjali sabiex isiru t-tħejjijiet għar-riżoluzzjoni tagħha, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 41 u għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 73.

8.   Sat-12 ta’ Frar 2022, l-ESMA għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tippromwovi l-applikazzjoni konsistenti tal-iskattaturi għall-użu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 19

Tneħħija tal-maniġment superjuri u l-bord

1.   Meta jkun hemm deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ CCP, jew meta s-CCP tikser ir-rekwiżiti legali tagħha, inkluż ir-regoli operattivi tagħha, u miżuri oħrajn meħuda f’konformità mal-Artikolu 18 ma jkunux biżżejjed sabiex titreġġa’ lura dik is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu t-tneħħija totali jew parzjali tal-maniġment superjuri jew tal-bord tas-CCP.

Fejn l-awtorità kompetenti teħtieġ tneħħija sħiħa jew parzjali tal-maniġment superjuri jew tal-bord tas-CCP, hija għandha tinnotifika lill-ESMA, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-kulleġġ superviżorju.

2.   Il-ħatra tal-maniġment superjuri jew tal-bord il-ġdid għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni jew għall-kunsens tal-awtorità kompetenti. Meta l-awtorità kompetenti tqis li s-sostituzzjoni tal-maniġment superjuri jew tal-bord kif imsemmi f’dan l-Artikolu ma tkunx biżżejjed, din tista’ taħtar amministratur temporanju wieħed jew aktar għas-CCP biex jissostitwixxi jew jaħdem b’mod temporanju mal-bord u l-maniġment superjuri tas-CCP. Kwalunkwe amministratur temporanju għandu jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-għarfien meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew tagħha u jkun ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

Artikolu 20

Għoti ta’ kumpens lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti

1.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-membri tal-ikklerjar li jassumu telf li jmur lil hinn mill-kaskata tal-inadempjenza, meta CCP f’irkupru kkawżat minn event mhux inadempjenti tkun applikat l-arranġamenti u l-miżuri biex jitnaqqas il-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru tagħha, u b’riżultat ta’ dan ma tkunx daħlet f’riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ teżiġi li s-CCP tagħti kumpens lill-membri tal-ikklerjar għat-telf tagħhom permezz ta’ pagamenti fi flus kontanti jew, fejn xieraq, tista’ teżiġi li s-CCP toħroġ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP. Il-possibbiltà li jingħata kumpens lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma għandhiex tapplika għal telf impenjat permezz ta’ kuntratti fil-fażijiet ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza jew ta’ rkupru.

Il-pagamenti fi flus kontanti jew il-valur tal-istrumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP maħruġa lil kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti affettwat għandhom ikunu proporzjonati għat-telf li ġarrab lil hinn mill-impenji kuntrattwali tiegħu. L-istrumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP għandhom jagħtu lill-pussessur id-dritt li jirċievi pagamenti mis-CCP fuq bażi annwali sakemm jinġabar it-telf, jekk possibbli fit-totalità tiegħu, soġġett għal għadd massimu ta’ snin xieraq mid-data tal-ħruġ. Jekk il-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti jkunu għaddew it-telf eċċessiv lill-klijenti tagħhom, il-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti għandhom ikunu obbligati li jgħaddu l-pagamenti riċevuti mis-CCP lill-klijenti tagħhom, sa fejn it-telf li jkun qed jiġi kkumpensat ikun relatat mal-pożizzjonijiet tal-klijent. Għandu jintuża sehem massimu xieraq tal-profitti annwali tas-CCP għal pagamenti relatati ma’ dawk l-istrumenti.

2.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-ordni li fiha għandu jitħallas il-kumpens, l-għadd massimu ta’ snin xieraq u s-sehem massimu xieraq tal-profitti annwali tas-CCP imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU V

RIŻOLUZZJONI

KAPITOLU I

Objettivi, kondizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 21

Objettivi tar-riżoluzzjoni

1.   Meta tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-objettivi ta’ riżoluzzjoni kollha li ġejjin, li huma sinifikanti indaqs u għandha tibbilanċjahom kif xieraq man-natura u ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ:

(a)

l-iżgurar tal-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP, b’mod partikolari:

(i)

is-saldu f’waqtu tal-obbligi tas-CCP lill-membri tal-ikklirjar tagħha u, fejn applikabbli, lill-klijenti tagħhom;

(ii)

aċċess kontinwu tal-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, tal-klijenti tagħhom għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għall-kollateral fil-forma ta’ assi finanzjarji miżmuma mis-CCP;

(b)

l-iżgurar tal-kontinwità tal-konnessjonijiet ma’ FMIs oħrajn li, jekk jiġu interrotti, ikollhom impatt negattiv materjali fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha kif ukoll it-tlestija fil-ħin tal-funzjonijiet ta’ ħlas, ikklirjar, saldu u żamma ta’ rekords;

(c)

sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kontaġju ta’ diffikultà finanzjarja għall-membri tal-ikklirjar tas-CCP, għall-klijenti tagħhom jew għas-sistema finanzjarja usa’, inkluż FMIs oħra u billi tinżamm id-dixxiplina fis-swieq u l-fiduċja tal-pubbliku; u

(d)

il-protezzjoni tal-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kif ukoll ir-riskju potenzjali ta’ telf għall-kontribwenti.

2.   Fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tfittex li timminimizza l-ispiża tar-riżoluzzjoni fuq il-partijiet ikkonċernati kollha affettwati u tevita l-qerda tal-valur tas-CCP, dment li dik il-qerda ma tkunx neċessarja għall-kisba tal-objettivi ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 22

Kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ CCP, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-CCP tkun qed tfalli jew x’aktarx li tfalli kif determinat minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

mill-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(ii)

mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-għodod neċessarji biex tasal għal dik il-konklużjoni;

(b)

ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva fis-settur privat, inkluż il-pjan ta’ rkupru tas-CCP jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn, jew azzjoni ta’ superviżjoni inkluż il-miżuri ta’ intervent bikri meħuda, jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP f’limitu ta’ żmien raġonevoli, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti;

(c)

azzjoni ta’ riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku biex jinkisbu, u fl-istess waqt tkun proporzjonata għal, wieħed jew aktar mill-objettivi ta’ riżoluzzjoni, u l-istralċ tas-CCP skont proċeduri ta’ insolvenza normali ma jkunx jissodisfa dawk l-objettivi ta’ riżoluzzjoni bl-istess mod.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fuq inizjattiva proprja u mingħajr dewmien bi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tagħti indikazzjoni li s-CCP tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha.

3.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, CCP għandha titqies li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli f’waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

is-CCP tikser, jew x’aktarx tikser, ir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

is-CCP ma tistax, jew x’aktarx ma tkunx tista’, tipprovdi funzjoni kruċjali;

(c)

is-CCP ma tistax, jew x’aktarx ma tkunx tista’, tirrestawra l-vijabilità tagħha permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru tagħha;

(d)

is-CCP ma tistax, jew x’aktarx ma tkunx tista’, tħallas id-djun jew obbligazzjonijiet tagħha oħrajn hekk kif isiru dovuti;

(e)

is-CCP teħtieġ appoġġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.

4.   Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 3, l-għajnuna finanzjarja pubblika ma għandhiex titqies għajnuna finanzjarja pubblika meta tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

hija ppreżentata fil-forma ta’ garanzija mill-Istat biex tiggarantixxi faċilitajiet tal-likwidità provduti minn bank ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-bank ċentrali, jew fil-forma ta’ garanzija mill-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda;

(b)

il-garanziji mill-Istat imsemmija f’punt (a) ta’ dan il-paragrafu huma meħtieġa biex jirrimedjaw tfixkil serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja; u

(c)

il-garanziji mill-Istat imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu huma limitati għal CCPs solventi, bil-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni finali skont il-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u li jkunu ta’ natura prekawzjonarja u temporanja, proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ tfixkil serju msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu u li ma jintużawx biex ipaċu telf li s-CCP tkun ġarrbet jew x’aktarx iġġarrab fil-futur.

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tieħu wkoll azzjoni ta’ riżoluzzjoni meta hija tqis li s-CCP tkun applikat jew beħsiebha tapplika miżuri ta’ rkupru li jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP, iżda jikkawżaw effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

6.   L-ESMA għandha toħroġ linji gwida sabiex tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta’ superviżjoni u ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom CCP titqies li qed tfalli jew li x’aktarx tfalli sat-12 ta’ Frar 2022, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni, fejn ikun xieraq, in-natura, u l-kumplessità tas-servizzi pprovduti mis-CCPs stabbiliti fl-Unjoni.

Meta tiżviluppa dawk il-linji gwida, l-ESMA għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-linji gwida maħruġa skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 23

Prinċipji ġenerali rigward ir-riżoluzzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 27 u teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 48 f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-infurzar tal-obbligi kuntrattwali kollha u arranġamenti oħra fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP, sakemm ma jkunux ġew eżawriti qabel id-dħul fir-riżoluzzjoni, dment li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tiddeterminax li, sabiex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni fil-ħin, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, jew it-tnejn li huma, huma aktar xierqa:

(i)

l-astensjoni mill-infurzar ta’ ċerti obbligi kuntrattwali skont il-pjan ta’ rkupru tas-CCP jew b’xi mod ieħor id-devjazzjoni minnu;

(ii)

l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni;

(b)

l-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf wara li jiġu infurzati l-obbligi u l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) u f’konformità ma’ dak il-punt;

(c)

il-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta’ prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont proċedimenti normali ta’ insolvenza, dment li ma jkunx espressament stabbilit mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(d)

il-kredituri tas-CCP tal-istess klassi jiġu ttrattati bl-istess mod;

(e)

l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħrajn tas-CCP ma għandhomx iġarrbu telf akbar milli kieku kienu jġarrbu fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 60;

(f)

il-bord u l-maniġment superjuri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jinbidlu, ħlief meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li ż-żamma tal-bord u tal-maniġment superjuri, totalment jew parzjalment, tkun neċessarja biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(g)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jgħarrfu u jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-impjegati f’konformità mal-liġijiet, ftehimiet kollettivi jew prassi fil-livell nazzjonali;

(h)

l-għodod tar-riżoluzzjoni huma applikati u s-setgħat tar-riżoluzzjoni huma eżerċitati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati f’korpi maniġerjali kif previst fil-liġijiet, ftehimiet kollettivi jew prassi fil-livell nazzjonali; u

(i)

meta CCP tkun parti minn grupp, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu kont tal-impatt fuq l-entitajiet oħrajn tal-grupp, b’mod partikolari meta dan il-grupp ikun magħmul minn FMIs, oħrajn u fuq il-grupp kollu kemm hu.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni li tiddevja mill-prinċipji stabbiliti fil-punti (d) jew (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta jkun ġustifikat fl-interess pubbliku biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jkun proporzjonat għar-riskju indirizzat. Madankollu, fejn dik id-devjazzjoni twassal biex azzjonist, membru tal-ikklirjar jew kwalunkwe kreditur ieħor iġarrab telf akbar milli kieku kien iġarrab fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 60, għandu japplika d-dritt għall-pagament tad-differenza skont l-Artikolu 62.

3.   Il-bord u l-maniġment superjuri ta’ CCP taħt riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bl-assistenza neċessarja kollha għall-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni.

KAPITOLU II

Valwazzjoni

Artikolu 24

Objettivi tal-valwazzjoni

1.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni tittieħed fuq il-bażi ta’ valwazzjoni li tiżgura valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi tas-CCP.

2.   Qabel ma l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni inizjali biex tiddetermina jekk ġewx issodisfati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1).

3.   Wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq it-tieni valwazzjoni biex:

(a)

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-aħjar azzjoni ta’ riżoluzzjoni;

(b)

tiżgura li kwalunkwe telf fuq l-assi u d-drittijiet tas-CCP ikun rikonoxxut b’mod sħiħ fil-mument li jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni;

(c)

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-kanċellazzjoni jew tad-dilwizzjoni tal-istrumenti ta’ sjieda u d-deċiżjoni fir-rigward tal-valur u l-għadd ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġa jew ittrasferiti bħala riżultat tal-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni;

(d)

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ kwalunkwe obbligazzjonijiet mhux garantiti, inklużi l-istrumenti tad-dejn;

(e)

meta jiġu applikati l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjoni, tkun tista’ tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tat-telf li trid tiġi applikata kontra t-talbiet tal-kredituri affettwati, l-obbligi pendenti jew il-pożizzjonijiet fir-rigward tas-CCP u dwar il-portata u l-ħtieġa ta’ sejħa għal flus għal riżoluzzjoni;

(f)

meta tiġi applikata l-għodda tas-CCP tranżitorja, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta’ sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja u d-deċiżjoni dwar il-valur ta’ kwalunkwe korrispettiv li jista’ jitħallas lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, fejn ikun rilevanti, lid-detenturi tal-istrumenti ta’ sjieda;

(g)

meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ ta’ negozju, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta’ sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-akkwirent terz u tgħin lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tifhem x’jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 40.

Għall-finijiet tal-punt (d), il-valwazzjoni għandha tqis kwalunkwe telf li jiġi assorbit mill-infurzar ta’ kwalunkwe obbligu pendenti tal-membri tal-ikklirjar jew ta’ partijiet terzi oħrajn dovuti lis-CCP u l-livell ta’ konverżjoni li għandha tiġi applikata għall-istrumenti tad-dejn.

4.   Il-valwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għal appell skont l-Artikolu 74 biss flimkien mad-deċiżjoni li tiġi applikata għodda ta’ riżoluzzjoni jew li tiġi eżerċitata setgħa ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 25

Rekwiżiti għall-valwazzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 jitwettqu:

(a)

minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika u mis-CCP; jew

(b)

mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta dawk il-valwazzjonijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persuna kif imsemmi fil-punt (a).

2.   Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 għandhom jitqiesu bħala definittivi meta jitwettqu mill-persuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stipulati f’dan l-Artikolu.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, valwazzjoni definittiva għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u ma għandha tassumi ebda forniment potenzjali ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, ebda assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali u ebda assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta’ imgħax mhux standard lis-CCP minn dak il-ħin li fih tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Il-valwazzjoni għandha tieħu kont ukoll tal-irkupru potenzjali ta’ kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba mis-CCP taħt riżoluzzjoni b’konformità mal-Artikolu 27(10).

4.   Valwazzjoni definittiva għandha tkun supplimentata bl-informazzjoni li ġejja miżmuma mis-CCP:

(a)

karta bilanċjali aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP, inklużi r-riżorsi prefinanzjati disponibbli li jifdal u l-impenji finanzjarji pendenti;

(b)

ir-reġistri tal-kuntratti kklerjati msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

(c)

kwalunkwe informazzjoni dwar il-valuri tas-suq u tal-kontabbiltà tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tagħha, inklużi l-pretensjonijiet rilevanti u l-obbligi pendenti dovuti jew debiti lis-CCP.

5.   Valwazzjoni definittiva għandha tindika s-sottodiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet f’konformità mal-livelli ta’ prijorità skont il-liġi applikabbli tal-insolvenza. Hija għandha tinkludi wkoll stima tat-trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi fl-applikazzjoni tal-prinċipju speċifikat fil-punt (e) tal-Artikolu 23(1).

L-istima msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tippreġudika l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61.

6.   L-ESMA, wara li tikkunsidra l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f’konformità mal-Artikolu 36(14) u (15) tad-Direttiva 2014/59/UE u adottati skont l-Artikolu 36(16) tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

(a)

iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kif ukoll mis-CCP għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

il-metodoloġija għall-ivvalutar tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP; u

(c)

is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 24 u 61 ta’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal- -Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Valwazzjoni proviżorja

1.   Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25(2) għandhom jitqiesu bħala valwazzjonijiet proviżorji.

Il-valwazzjonijiet proviżorji għandhom jinkludu riżerva għat-telf addizzjonali u ġustifikazzjoni xierqa għal dik ir-riżerva.

2.   Meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni abbażi ta’ valwazzjoni proviżorja, huma għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni definittiva hekk kif ikun prattiku.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-ewwel subparagrafu:

(a)

tippermetti r-rikonoxximent sħiħ ta’ kwalunkwe telf tas-CCP fil-kotba tagħha;

(b)

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni bil-għan li jitnaqqsu l-pretensjonijiet tal-kredituri jew jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas f’konformità mal-paragrafu 3.

3.   Meta l-istima tal-valwazzjoni definittiva tal-valur tal-assi nett tas-CCP tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni proviżorja tal-valur tal-assi nett tas-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a)

iżżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri affettwati li jkunu ġew valwati negattivament jew ristrutturati;

(b)

teżiġi li CCP tranżitorja tagħmel pagament ulterjuri ta’ korrispettiv fir-rigward tal-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda lis-sidien ta’ dawk l-istrumenti.

4.   Wara li tikkunsidra l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f’konformità mal-Artikolu 36(15) tad-Direttiva 2014/59/UE u adottati skont l-Artikolu 36(16) tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-metodoloġija għall-kalkolu tar-riżerva għat-telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-valwazzjonijiet proviżorji.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU III

Għodod ta’ riżoluzzjoni

Taqsima 1

Prinċipji ġenerali

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għodod ta’ riżoluzzjoni

1.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 billi japplikaw kwalunkwe waħda mill-għodod ta’ riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni:

(a)

l-għodod tal-pożizzjonar u l-allokazzjoni tat-telf;

(b)

l-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u l-għodda ta’ konverżjoni;

(c)

l-għodda għall-bejgħ ta’ negozju;

(d)

l-għodda tas-CCP tranżitorja.

2.   Fil-każ ta’ kriżi sistemika, Stat Membru jista’ bħala l-aħħar istanza jipprovdi appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju billi japplika l-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern f’konformità mal-Artikoli 45, 46 u 47 bil-kondizzjoni ta’ approvazzjoni minn qabel u finali skont il-qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u fejn jiġu previsti arranġamenti kredibbli għall-irkupru f’waqtu u komprensiv tal-fondi f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Qabel jiġu applikati l-għodod imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinforza:

(a)

kwalunkwe dritt eżistenti u pendenti tas-CCP, inkluż kwalunkwe obbligu kuntrattwali mill-membri tal-ikklirjar sabiex jissodisfaw sejħiet għal flus għal riżoluzzjoni, sabiex jipprovdu riżorsi addizzjonali lis-CCP jew sabiex jieħdu l-pożizzjonijiet ta’ membri tal-ikklirjar inadempjenti, kemm jekk permezz ta’ rkant kif ukoll jekk b’mezzi oħrajn maqbula fir-regoli operattivi tas-CCP;

(b)

kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti li jimpenja lil partijiet oħrajn għajr il-membri tal-ikklirjar għal kwalunkwe forma ta’ appoġġ finanzjarju.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tinforza parzjalment l-obbligi kuntrattwali msemmija fil-punti (a) u (b), fejn ma jkunx possibbli li dawk l-obbligi kuntrattwali jiġu infurzati b’mod sħiħ fi żmien raġonevoli.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ toqgħod lura milli tinforza l-obbligi eżistenti u pendenti rilevanti parzjalment jew b’mod sħiħ sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew il-kontaġju mifrux, jew meta l-applikazzjoni tal-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 tkun aktar xierqa sabiex l-objettivi tar-riżoluzzjoni jintlaħqu fil-ħin.

5.   F’każ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni żżomm lura parzjalment jew kompletament milli tinforza l-obbligi eżistenti u pendenti kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 jew fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tinforza l-obbligi pendenti fi żmien 18-il xahar wara li s-CCP titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli f’konformità mal-Artikolu 22, sakemm ma jkunux għadhom jeżistu r-raġunijiet biex wieħed joqgħod lura milli jinforza dawk l-obbligi. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-membru tal-ikklirjar u lill-parti l-oħra minn tlieta sa sitt xhur qabel ma tinforza l-obbligu li jkun fadal. Ir-rikavati mill-obbligi pendenti infurzati għandhom jintużaw biex jiġi rkuprat l-użu ta’ fondi pubbliċi.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar affettwati u kwalunkwe parti oħra kkawżata minn obbligi eżistenti u pendenti, tiddetermina jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ infurzar tal-obbligi eżistenti u pendenti ma baqgħux jeżistu u jekk tinforzax l-obbligi pendenti. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddevja mill-fehmiet espressi mill-awtoritajiet ikkonsultati, hija għandha tipprovdi ir-raġunijiet debitament ġustifikati bil-miktub għal dan.

Ir-rekwiżit li jiġu ssodisfati l-obbligi li jifdal fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dan il-paragrafu għandu jiġi inkluż fir-regoli tas-CCP u f’arranġamenti kuntrattwali oħrajn.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob is-CCP tikkumpensa lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti għat-telf tagħhom li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ għodod għall-allokazzjoni tat-telf, fejn dak it-telf ikun ogħla mit-telf li l-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti kien ikollu jġorr taħt l-obbligi tagħhom skont ir-regoli operattivi tas-CCP, dment li l-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti kien ikollu dritt għall-pagament tad-differenza msemmija fl-Artikolu 62.

Il-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jieħu l-forma ta’ strumenti ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn jew strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP.

L-ammont ta’ strumenti maħruġa lil kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti affettwat għandu jkun proporzjonat għat-telf eċċessiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Huwa għandu jqis kwalunkwe obbligu kuntrattwali pendenti tal-membri tal-ikklirjar lejn is-CCP u għandu jitnaqqas minn kwalunkwe dritt għall-pagament tad-differenza msemmija fl-Artikolu 62.

L-ammont ta’ strumenti għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 24(3).

7.   Meta tiġi applikata waħda mill-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valutazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta’ sjieda u strument ta’ dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern.

Meta l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni minbarra l-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni twassal biex it-telf finanzjarju jinġarr mill-membri tal-ikklirjar, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valutazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta’ sjieda u strument ta’ dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħrajn immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta’ riżoluzzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ sekwenza differenti ma timminimizzax id-devjazzjonijiet mill-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” stabbilit fl-Artikolu 60 u jinkisbu aħjar l-objettivi ta’ riżoluzzjoni.

8.   Meta jiġu applikati biss l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u parti biss mill-assi, mid-drittijiet, mill-obbligi jew mill-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti b’konformità mal-Artikoli 40 u 42, il-parti residwa tas-CCP għandha tiġi stralċjata b’konformità mal-proċedimenti normali ta’ insolvenza.

9.   Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-atti legali detrimentali għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għat-trasferimenti ta’ assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet minn CCP, li fir-rigward tagħhom jiġu applikati għodod ta’ riżoluzzjoni jew għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern.

10.   L-Istati Membri għandhom jirkupraw fuq perijodu xieraq kwalunkwe fond pubbliku użat bħala għodda ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern imsemmija fit-Taqsima 7 ta’ dan il-Kapitolu u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba minnhom b’rabta mal-applikazzjoni tal-għodod jew tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni. Dak l-irkupru għandu fost l-oħrajn jiġi:

(a)

mis-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut, inkluż kwalunkwe pretensjoni tiegħu kontra membri tal-ikklirjar inadempjenti;

(b)

kwalunkwe korrispettiv imħallas mix-xerrej lis-CCP, bħala kreditur ippreferut qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(4), fejn ġiet applikata l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju;

(c)

kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja, bħala kreditur preferut qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 42(5);

(d)

kwalunkwe rikavat iġġenerat mill-applikazzjoni tal-għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità msemmija fl-Artikolu 46 u l-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja msemmija fl-Artikolu 47, inkluż ir-rikavat iġġenerat mill-bejgħ tagħhom.

11.   Meta japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni li tikkonforma mal-Artikolu 25, l-istabbiliment mill-ġdid ta’ valur kontabilistiku rikonċiljat, l-allokazzjoni sħiħa tat-telf, ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja u r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati u r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, sal-punt li jkunu biżżejjed biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-kapaċità tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja li tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex tkompli twettaq il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja, b’kont meħud tar-regoli operattivi tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.

Minkejja l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod msemmija fl-Artikoli 30 u 31 biex jirrikapitalizzaw is-CCP.

Taqsima 2

Għodod għall-allokazzjoni tal-Pożizzjoni u għall-allokazzjoni tat-Telf

Artikolu 28

L-objettiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodod għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni u tat-telf

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni b’konformità mal-Artikolu 29 u l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf b’konformità mal-Artikoli 30 u 31.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ kuntratti relatati ma’ servizzi tal-ikklerjar u l-kollateral relatat ma’ dawk is-servizzi pprovduti lis-CCP.

3.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 29 sabiex jirrikonċiljaw il-valur kontabilistiku tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

(a)

sabiex jiġi kopert it-telf tas-CCP ivvalutat f’konformità mal-Artikolu 25;

(b)

titreġġa’ lura l-abbiltà tas-CCP li tissodisfa l-obbligi tal-pagamenti hekk kif dawn isiru dovuti;

(c)

sabiex jinkiseb l-eżitu msemmi fil-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ CCP tranżitorja;

(d)

sabiex jiġi appoġġat it-trasferiment tan-negozju tas-CCP permezz tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju lil parti terza solventi.

L-għodda għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikolu 30 tista’ tiġi applikata mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tat-telf li jirriżulta minn event ta’ inadempjenza u fir-rigward tat-telf li jirriżulta minn event mhux ta’ inadempjenza. Jekk l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikolu 30 tiġi applikata fir-rigward tat-telf li jirriżulta minn event mhux ta’ inadempjenza, din għandha tiġi applikata biss sa ammont kumulattiv ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti għall-fondi tal-inadempjenza tas-CCP u titqassam bejn il-membri tal-ikklerjar b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-fondi tal-inadempjenza.

4.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma għandhomx japplikaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(4) u 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 29

Terminazzjoni tal-kuntratti — parzjali jew sħiħa

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittermina wħud mill-kuntratti li ġejjin, jew kollha kemm huma, tas-CCP taħt riżoluzzjoni:

(a)

il-kuntratti mal-membru tal-ikklirjar f’inadempjenza;

(b)

il-kuntratti affettwati tas-servizz tal-ikklirjar jew tal-klassi tal-assi;

(c)

il-kuntratti l-oħra tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina il-kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biss meta t-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti ma jkunx seħħ skont it-tifsira tal-Artikolu 48(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Meta tuża s-setgħa skont l-ewwel subparagrafu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina l-kuntratti msemmija taħt kull wieħed mill-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu b’mod simili, mingħajr ma tiddiskrimina bejn il-kontropartijiet għal dawk il-kuntratti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-obbligi kuntrattwali li ma jistgħux jiġu infurzati fi żmien raġonevoli.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tagħti avviż lill-membri tal-ikklirjar rilevanti kollha tad-data li fiha jiġi tterminat kwalunkwe kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Qabel it-terminazzjoni ta’ kwalunkwe kuntratt msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)

teħtieġ lis-CCP taħt riżoluzzjoni tivvaluta kull kuntratt u taġġorna l-bilanċi tal-kontijiet ta’ kull membru tal-ikklirjar;

(b)

tiddetermina l-ammont nett pagabbli minn jew lil kull membru tal-ikklirjar, wara li tieħu kont ta’ kwalunkwe marġini ta’ varjazzjoni dovut iżda mhux imħallas, inkluż il-marġini tal-varjazzjoni dovut bħala riżultat tal-valwazzjonijiet tal-kuntratti msemmija fil-punt (a); u

(c)

tinnotifika lil kull membru tal-ikklirjar dwar l-ammonti netti ddeterminati u titlob lis-CCP sabiex tħallashom jew tiġborhom kif xieraq.

Il-membri tal-ikklerjar għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jikkomunikaw l-applikazzjoni ta’ tali għodda lill-klijenti tagħhom u l-mod kif tali applikazzjoni taffettwahom.

4.   Il-valwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tkun ibbażata, kemm jista’ jkun possibbli, fuq prezz tas-suq ġust iddeterminat fuq il-bażi tar-regoli u l-arranġamenti tas-CCP stess, dment li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tqisx li jenħtieġ metodu xieraq ieħor ta’ identifikazzjoni tal-prezz.

5.   Fil-każ ta’ membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ma jkunx jista’ jħallas l-ammont nett iddeterminat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lis-CCP, filwaqt li tqis l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, sabiex tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti f’inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

6.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tittermina kuntratt wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil- paragrafu 1, hija tista’ temporanjament tipprevjeni lis-CCP milli tikklirja kwalunkwe kuntratt ġdid tal-istess tip bħal dak itterminat.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tippermetti lis-CCP terġa’ tibda tikklirja dawk it-tipi ta’ kuntratti biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

(b)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni toħroġ u tippubblika avviż għal dak il-għan bl-użu tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 72(3).

7.   Sat-12 ta’ Frar 2022 l-ESMA għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tiddetermina l-valwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 30

Tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-obbligi tas-CCP li tħallas lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti meta dawk l-obbligi jkunu ġejjin minn qligħ dovut f’konformità mal-proċessi tas-CCP għall-pagament tal-marġini ta’ varjazzjoni jew pagament li jkollu l-istess effett ekonomiku.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tikkalkula kwalunkwe tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-użu ta’ mekkaniżmu ekwitabbli ta’ allokazzjoni kif iddeterminat fil-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3) u kkomunikata lill-membri tal-ikklirjar hekk malli tiġi applikata l-għodda ta’ riżoluzzjoni. Il-membri tal-ikklerjar għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jikkomunikaw l-applikazzjoni ta’ tali għodda lill-klijenti tagħhom u l-mod kif din l-applikazzjoni taffettwahom. Il-qligħ nett totali, li għandu jitnaqqas għal kull membru tal-ikklirjar, għandu jkun proporzjonali għall-ammonti dovuti mis-CCP.

3.   It-tnaqqis fil-valur tal-qligħ pagabbli għandu jidħol fis-seħħ u għandu jorbot minnufih lis-CCP u lill-membri tal-ikklirjar affettwati mill-mument li fih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tieħu l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

4.   Membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma għandu jkollu ebda pretensjoni fi kwalunkwe proċedimenti sussegwenti kontra s-CCP, jew kontra entità suċċessur tagħha, li jirriżulta mit-tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni milli jeżiġu li s-CCP tagħti rimborż lill-membri tal-ikklerjar, meta l-livell ta’ tnaqqis ibbażat fuq il-valwazzjoni proviżorja msemmija fl-Artikolu 26(1) jinstab li jaqbeż il-livell ta’ tnaqqis meħtieġ ibbażat fuq il-valwazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

5.   Meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tnaqqas biss parzjalment il-valur tal-qligħ pagabbli, l-ammont pagabbli residwu li jibqa’ għandu xorta jkun dovut lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

6.   Is-CCP għandha tinkludi fir-regoli operattivi tagħha r-referenza għas-setgħa li jitnaqqsu l-obbligi ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien ma’ kwalunkwe arranġament simili previst f’dawk ir-regoli operattivi fl-istadju ta’ rkupru u għandha tiżgura li jiġu konklużi arranġamenti kuntrattwali sabiex l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan l-Artikolu.

Artikolu 31

Sejħa għal flus għal riżoluzzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti sabiex jagħmlu kontribuzzjoni fi flus lis-CCP sa darbtejn l-ammont ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP. Dan l-obbligu li ssir kontribuzzjoni fi flus kontanti għandu jiġi inkluż ukoll fir-regoli tas-CCP u arranġamenti kuntrattwali oħrajn bħala sejħa għal flus għal riżoluzzjoni riżervata għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni li tieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni titlob ammont li jeċċedi l-kontribuzzjoni għall-fond tal-inadempjenza, hija għandha tagħmel dan wara li tivvaluta l-impatt ta’ din l-għodda fuq il-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

Meta s-CCP topera diversi fondi tal-inadempjenza u l-għodda tiġi applikata biex jiġi trattat event ta’ inadempjenza, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jirreferi għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza tas-servizz tal-ikklirjar affettwat jew tal-klassi tal-assi affettwata.

Meta s-CCP topera diversi fondi tal-inadempjenza u l-għodda tiġi applikata biex jiġi trattat event mhux ta’ inadempjenza, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jirreferi għas-somma tal-kontribuzzjonijiet tal-membru tal-ikklirjar għall-fondi tal-inadempjenza kollha tas-CCP.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-sejħa għal flus f’riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk ikunux ġew eżawriti l-obbligi kuntrattwali kollha li jeħtieġu li jsiru kontribuzzjonijiet fi flus minn membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina l-ammont ta’ kontribuzzjoni fi flus ta’ kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni tiegħu għall-fond tal-inadempjenza sal-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lis-CCP tirrimborża lill-membri tal-ikklirjar l-ammont eċċessiv possibbli ta’ sejħa għal flus għal riżoluzzjoni fejn il-livell tas-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni applikata bbażata fuq valutazzjoni proviżorja skont l-Artikolu 26(1) jinstab li jaqbeż il-livell meħtieġ ibbażat fuq il-valutazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

2.   Jekk membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma jħallasx l-ammont meħtieġ, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lis-CCP tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar f’inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni għall-fond tal-inadempjenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sal-ammont meħtieġ.

Taqsima 3

Valwazzjoni negattiva u konverżjoni tal-istrumenti ta’ sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

Artikolu 32

Rekwiżit għall-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni tal-istrumenti ta’ sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapplika l-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni b’konformità mal-Artikolu 33 fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex tassorbi t-telf, tirrikapitalizza dik is-CCP jew is-CCP tranżitorja jew sabiex tappoġġa l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ ta’ negozju.

2.   Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa b’konformità mal-Artikolu 24(3), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont li bih l-istrumenti ta’ sjieda u l-istrumenti tad-dejn u obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra għandhom jiġu valwati b’mod negattiv wara li jiġi kkunsidrat kwalunkwe telf li għandu jiġi assorbit mill-infurzar ta’ kwalunkwe obbligu pendenti tal-membri tal-ikklirjar jew ta’ partijiet terzi oħrajn dovuti lis-CCP; u

(b)

l-ammont li bih l-istrumenti tad-dejn u obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra għandhom jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ sjieda sabiex jitreġġgħu lura r-rekwiżiti kapitali tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti ta’ sjieda u tal-istrumenti tad-dejn ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapplika l-għodda ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni skont il-prijorità tal-pretensjonijiet applikabbli fi proċedimenti normali ta’ insolvenza.

2.   Qabel tnaqqas jew tikkonverti l-ammont prinċipali tal-istrumenti tad-dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tnaqqas l-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda b’mod proporzjonali għat-telf u sal-valur sħiħ tagħhom, fejn ikun meħtieġ.

Meta, f’konformità mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3), is-CCP iżżomm valur nett pożittiv wara t-tnaqqis tal-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkanċella jew tnaqqas, skont kif ikun il-każ, dawk l-istrumenti ta’ sjieda.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tnaqqas jew tikkonverti, jew saħansitra tnaqqas u tikkonverti, l-ammont prinċipali ta’ strumenti tad-dejn u ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra sa fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u sal-valur sħiħ ta’ dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet, fejn ikun meħtieġ.

4.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex tapplika l-għodda ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet lejn l-impjegati, fir-rigward tas-salarju, il-benefiċċji tal-pensjoni jew rimunerazzjoni fissa oħra, ħlief għal kwalunkwe komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni li mhuwiex irregolat bi ftehim ta’ negozjar kollettiv;

(b)

obbligazzjonijiet lejn kredituri kummerċjali jew tan-negozju, li jirriżultaw mill-forniment lis-CCP ta’ prodotti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta’ kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma tal-istabbilimenti;

(c)

obbligazzjonijiet lejn l-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux obbligazzjonijiet ippreferuti skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli;

(d)

obbligazzjonijiet dovuti lil sistemi jew operaturi ta’ sistemi magħżula skont id-Direttiva 98/26/KE, lill-parteċipanti sakemm l-obbligazzjonijiet jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’tali sistemi, lil CCPs oħra, u lil banek ċentrali;

(e)

marġini inizjali.

5.   Meta l-ammont nominali ta’ strument ta’ sjieda jew l-ammont prinċipali ta’ strument ta’ dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra jitnaqqas, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dak it-tnaqqis għandu jkun permanenti;

(b)

id-detentur tal-istrument ma għandu jkollu ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ dak it-tnaqqis, ħlief għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li tista’ tinħoloq bħala riżultat ta’ appell li jikkontesta l-legalità ta’ dak it-tnaqqis, kwalunkwe pretensjoni bbażata fuq sjieda maħruġa jew trasferita skont l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, jew kwalunkwe pretensjoni għal pagament f’konformità mal-Artikolu 62; u

(c)

meta dak it-tnaqqis ikun biss parzjali, il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont residwu soġġett għal kwalunkwe emenda meħtieġa tat-termini ta’ dak il-ftehim minħabba t-tnaqqis.

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni milli japplikaw mekkaniżmu ta’ valwazzjoni pożittiva biex jirrimborżaw lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra u mbagħad lid-detenturi ta’ istrumenti ta’ sjieda, meta l-livell tal-valwazzjoni negattiva applikata abbażi tal-valutazzjoni proviżorja msemmija fl-Artikolu 26(1) jinstab li jeċċedi l-ammonti meħtieġa abbażi ta l-valutazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

6.   Meta tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lis-CCP biex toħroġ jew tittrasferixxi strumenti ta’ sjieda lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra.

7.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonverti biss l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3 meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istrumenti ta’ sjieda jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta’ strumenti ta’ sjieda mis-CCP għall-finijiet tal-provvediment ta’ fondi proprji mill-Istat jew minn entità tal-gvern;

(b)

ir-rata tal-konverżjoni tirrappreżenta kumpens xieraq lid-detenturi tad-dejn affettwati għal kwalunkwe telf imġarrab bħala riżultat tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni, skont it-trattament tagħhom taħt il-proċedimenti normali ta’ insolvenza.

Wara kwalunkwe konverżjoni ta’ strumenti ta’ dejn jew ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra fi strumenti ta’ sjieda, dawn tal-aħħar għandhom jiġu sottoskritti jew ittrasferiti mingħajr dewmien wara l-konverżjoni.

8.   Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura, fil-kuntest tat-tfassil u ż-żamma tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u bħala parti mis-setgħat sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tas-CCP, li f’kull mument is-CCP tkun tista’ toħroġ l-għadd meħtieġ ta’ strumenti ta’ sjieda.

Artikolu 34

L-effett ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tlesti jew titlob li jitlestew il-kompiti proċedurali u amministrattivi kollha meħtieġa sabiex jingħata effett lill-applikazzjoni tal-għodda ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni, inklużi:

(a)

l-emenda tar-reġistri rilevanti kollha;

(b)

it-tneħħija mill-elenkar jew it-tneħħija mill-kummerċ ta’ strumenti ta’ sjieda jew strumenti ta’ dejn;

(c)

l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta’ strumenti ta’ sjieda ġodda; u

(d)

l-elenkar mill-ġdid jew riammissjoni ta’ kwalunkwe strument ta’ dejn li ġie valwat negattivament, mingħajr ir-rekwiżit għall-ħruġ ta’ prospett skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24).

Artikolu 35

It-tneħħija tal-ostakli proċedurali għall-valwazzjoni negattiva u għall-konverżjoni

1.   Meta jiġi applikat l-Artikolu 32(1), l-awtorità kompetenti għandha titlob lis-CCP, sabiex f’kull mument iżżomm ammont suffiċjenti ta’ strumenti ta’ sjieda sabiex tiżgura li s-CCP tkun tista’ toħroġ ammont suffiċjenti ta’ strumenti ta’ sjieda ġodda u li l-ħruġ ta’ jew il-konverżjoni fi strumenti ta’ sjieda jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapplika l-għodda ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew statuti tas-CCP, inkluż fir-rigward tad-drittijiet ta’ prelazzjoni għall-azzjonisti jew ir-rekwiżiti għall-kunsens tal-azzjonisti għal żieda tal-kapital.

Artikolu 36

Preżentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Is-CCPs għandhom, fi żmien xahar wara l-applikazzjoni tal-għodod imsemmija fl-Artikolu 32, jagħmlu rieżami tal-kawżi li wasslu għall-falliment tagħhom u jissottomettuh lill-awtorità tar-riżoluzzjoni flimkien ma’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju b’konformità mal-Artikolu 37. Meta l-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat ikun applikabbli, dak il-pjan, inkluż wara kwalunkwe emenda skont l-Artikolu 38 u kif implimentat skont l-Artikolu 39, għandu jkun kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturar li s-CCP hija meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dak il-qafas.

Fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ testendi l-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu sa massimu ta’ xahrejn.

2.   Meta jkun meħtieġ li jiġi nnotifikat pjan ta’ ristrutturar taħt il-qafas tal-Unjoni ta’ għajnuna mill-Istat, is-sottomissjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-data ta’ skadenza stipulata mill-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat għas-sottomissjoni ta’ dak il-pjan ta’ ristrutturar.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippreżenta r-rieżami u l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju, u kwalunkwe pjan rivedut f’konformità mal-Artikolu 38, lill-awtorità kompetenti u lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 37

Il-kontenut tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 36 għandu jistabbilixxi miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP jew ta’ partijiet min-negozju tagħha fi żmien raġonevoli. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera s-CCP.

Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jieħu kont tal-istati attwali u potenzjali tas-swieq finanzjarji u jkun jirrifletti s-suppożizzjonijiet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti, inkluża kombinazzjoni ta’ eventi sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet ewlenin tas-CCP. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma’ punti ta’ referenza xierqa għas-settur kollu.

2.   Il-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi dettaljata tal-fatturi u taċ-ċirkostanzi li wasslu biex is-CCP tfalli jew tkun fi probabbiltà li tfalli;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex titreġġa’ lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP;

(c)

skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

3.   Il-miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabilità fit-tul ta’ CCP jistgħu jinkludu:

(a)

ir-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar tal-attivitajiet tas-CCP;

(b)

bidliet fis-sistemi operattivi u l-infrastruttura tas-CCP;

(c)

il-bejgħ ta’ assi jew ta’ linji ta’ negozju;

(d)

bidliet fil-ġestjoni tar-riskju tas-CCP.

4.   L-ESMA għandha, sat-12 ta’ Frar 2023, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38

Il-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Fi żmien xahar mis-sottomissjoni mis-CCP tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju skont l-Artikolu 36(1), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-miżuri previsti f’dak il-pjan b’mod affidabbli jirrestawrawx il-vijabilità fit-tul tas-CCP.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti jkunu ssodisfati li l-pjan ser jerġa’ jikseb lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tapprova l-pjan.

2.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti ma jkunux issodisfati li l-miżuri previsti fil-pjan ser ireġġgħu lura l-vijabilità fit-tul tas-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP dwar it-tħassib tagħhom u teħtieġha terġa’ tissottometti pjan emendat li jindirizza dak it-tħassib fi żmien ġimagħtejn min-notifika.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw il-pjan sottomess mill-ġdid u l-awtorità ta riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP fi żmien ġimgħa minn meta jirċievu dak il-pjan dwar jekk it-tħassib kienx indirizzat b’mod xieraq, kif ukoll jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.

4.   L-ESMA għandha tiżviluppa, sat-12 ta’ Frar 2023, abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 39

L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Is-CCP għandha timplimenta l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju u għandha tissottometti rapport lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-awtorità kompetenti kif meħtieġ u, mill-inqas, kull sitt xhur dwar il-progress tagħha fl-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, bi qbil mal-awtorità kompetenti, tista’ titlob lis-CCP tirrevedi l-pjan, fejn ikun meħtieġ, sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 37(1).

Taqsima 4

għodda ta’ bejgħ ta’ negozju

Artikolu 40

Għodda ta’ bejgħ ta’ negozju

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi dawn li ġejjin lil akkwirent li ma jkunx CCP tranżitorja:

(a)

strumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni ta’ CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP jew ta’ kwalunkwe parti terza minbarra l-akkwirent u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpanniji jew tat-titoli ħlief għal dawk previsti fl-Artikolu 41.

2.   Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u b’konformità mal-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli sabiex tikseb termini kummerċjali li jikkonformaw mal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).

3.   Soġġett għall-Artikolu 27(10), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mill-akkwirent għandu jibbenefika:

(a)

is-sidien tal-istrumenti ta’ sjieda, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni mid-detenturi ta’ dawk l-istrumenti lill-akkwirent;

(b)

is-CCP taħt riżoluzzjoni, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew parti minnhom, lill-akkwirent;

(c)

kwalunkwe membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ġarrab telf li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni waqt riżoluzzjoni, b’mod proporzjonat għat-telf tagħhom waqt riżoluzzjoni.

4.   L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni imħallsa mill-akkwirent f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq kif ġej:

(a)

malli jseħħ avveniment kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie impost it-telf permezz tal-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP; jew

(b)

malli jseħħ avveniment mhux kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie allokat it-telf f’konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli tas-CCP.

L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni li jkun għad fadal għandha mbagħad titwettaq skont il-prijorità tat-talbiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza.

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġa mis-CCP jew, skont kif jista’ jkun il-każ, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’, bil-kunsens tal-akkwirent, tittrasferixxi l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lill-akkwirent lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta’ sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati li jieħdu lura kwalunkwe tali assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew strumenti ta’ sjieda.

7.   Kwalunkwe trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni.

Meta l-akkwirent ma jkunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha twettaq valutazzjoni xierqa ta’ diliġenza dovuta tal-akkwirent u tiżgura li l-akkwirent ikollu l-kapaċità professjonali u teknika li jwettaq il-funzjonijiet tas-CCP akkwistata u li japplika għal awtorizzazzjoni hekk kif ikun prattiku u, sa mhux aktar tard minn xahar mill-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe tali applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi kkunsidrata fil-pront.

8.   Meta t-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jirriżulta fl-akkwiżizzjoni ta’ jew fiż-żieda f’parteċipazzjoni kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu f’perijodu li la jdewwem l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ ta’ negozju u lanqas jipprevjeni lill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta’ riżoluzzjoni rilevanti.

9.   Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 sad-data li fiha l-istrumenti ta’ sjieda jiġu ittrasferiti, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda għandu jkollu effett legali immedjat mid-data li fiha jiġu ttrasferiti;

(b)

matul il-perijodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst fil-punt (f), ta’ dan il-paragrafu id-drittijiet tal-vot tal-akkwirent marbuta ma’ dawk l-istrumenti ta’ sjieda għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità tar-riżoluzzjoni, li ma għandu jkollha l-ebda obbligu li teżerċitahom u, sakemm l-att jew l-ommissjoni ma timplikax negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja, li ma għandhiex tkun responsabbli sabiex teżerċita jew iżżomm milli jiġu eżerċitati tali drittijiet;

(c)

matul il-perijodu ta’ valutazzjoni u matul kwalunkwe perijodu ta’ ċessjoni previst mill-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, kwalunkwe penali prevista fl-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew miżuri għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwiżizzjonijiet jew id-disponimenti ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx japplikaw għal dak it-trasferiment;

(d)

l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u lill-akkwirent bil-miktub bir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha b’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 minnufih wara li tlesti l-valutazzjoni tagħha;

(e)

meta l-awtorità kompetenti ma topponix għat-trasferiment, id-drittijiet tal-vot marbuta ma’ dawk l-istrumenti ta’ sjieda għandhom jitqiesu bħala li huma vestiti b’mod sħiħ fl-akkwirent min-notifika msemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

(f)

meta l-awtorità kompetenti topponi t-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, il-punt (b) għandu jkompli japplika u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’, wara li tieħu inkonsiderazzjoni l-kondizzjonijiet tas-suq, tistabbilixxi perijodu ta’ ċessjoni li matulu l-akkwirent għandu jiddivesti tali strumenti ta’ sjieda.

10.   Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tiegħu li jipprovdi servizzi b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-akkwirent għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u jista’ jkompli jeżerċita kwalunkwe dritt bħal dan li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

11.   L-akkwirent imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jitwaqqaf milli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta’ sħubija u milli jikseb aċċess għas-sistemi tas-saldu u tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar assoċjati oħra dment li l-akkwirent jissodisfa l-kriterji għas-sħubija jew għall-parteċipazzjoni f’dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi jew iċ-ċentri tan-negozjar.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-akkwirent ma għandux jiġi mċaħħad mill-aċċess għas-sistemi tas-saldu jew tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar assoċjati oħra fuq il-bażi li l-akkwirent ma jkunx jippossjedi klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jew li dik il-klassifikazzjoni tkun taħt il-livelli tal-klassifikazzjoni meħtieġa sabiex jingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi jew ċentri ta’ negozjar.

Meta l-akkwirent ma jissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa jkun jista’ jkompli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta’ sħubija u jikseb aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi u ċ-ċentri tan-negozjar l-oħra għall-perijodu speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dak il-perijodu ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

12.   Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tas-CCP taħt riżoluzzjoni, kif ukoll partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti, ma għandux ikollhom drittijiet fuq, jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Artikolu 41

Għodda tal-bejgħ ta’ operat: rekwiżiti proċedurali

1.   Meta tapplika l-bejgħ ta’ għodda ta’ negozju fir-rigward ta’ CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tirreklama d-disponibbiltà, jew tagħmel arranġamenti għat-tqegħid fis-suq, tal-assi, tad-drittijiet, tal-obbligi, tal-obbligazzjonijiet jew tal-istrumenti ta’ sjieda maħsuba sabiex jiġu ttrasferiti. Ġabra ta’ drittijiet, assi, obbligi u obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kummerċjalizzati separatament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni ta’ għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

għandha kemm jista’ jkun tkun trasparenti u ma tirrappreżentax ħażin materjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-obbligazzjonijiet, jew l-istrumenti ta’ sjieda tas-CCP, wara li jkunu tqiesu ċ-ċirkostanzi u, b’mod partikolari, il-ħtieġa li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja;

(b)

ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina b’mod mhux xieraq bejn l-akkwirenti potenzjali;

(c)

għandha tkun ħielsa minn kull kunflitt ta’ interess;

(d)

għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni rapida;

(e)

għandha timmira li timmassimizza, sa fejn possibbli, il-prezz tal-bejgħ għall-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet involuti.

Il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jimpedixxu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni milli tissolleċita akkwirenti potenzjali partikolari.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tapplika l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju mingħajr ma taderixxi mar-rekwiżit li tikkummerċjalizza, jew tista’ tikkummerċjalizza l-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta’ sjieda mingħajr ma tikkonforma mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, fejn tiddetermina li l-konformità ma’ dak ir-rekwiżit jew ma’ dawk il-kriterji x’aktarx li timmina wieħed jew aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni, inkluż bil-ħolqien ta’ theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja.

Taqsima 5

għodda tas-CCP tranżitorja

Artikolu 42

Għodda tas-CCP tranżitorja

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi għand CCP tranżitorja dawn li ġejjin:

(a)

strumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra s-CCP tranżitorja u mingħajr konformità ma’ kwalunkwe rekwiżiti proċedurali skont il-liġi tal-kumpanniji jew tat-titoli minbarra dawk previsti fl-Artikolu 43.

2.   Is-CCP tranżitorja għandha tkun persuna ġuridika li:

(a)

tkun ikkontrollata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u tkun totalment jew parzjalment proprjetà ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta’ riżoluzzjoni; u

(b)

tkun stabbilita jew tintuża għall-iskop li tirċievi u żżomm l-istrumenti ta’ sjieda kollha, jew uħud minnhom, maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew uħud minnhom, bil-għan li żżomm il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u sussegwentement tbigħ is-CCP.

3.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika l-għodda tas-CCP tranżitorja, hija għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet u l-obbligi ttrasferiti lis-CCP tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi ttrasferiti mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

4.   Soġġett għall-Artikolu 27(10), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mis-CCP transitorja għandu jibbenefika:

(a)

is-sidien tal-istrumenti ta’ sjieda, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni mingħand id-detenturi ta’ dawk l-istrumenti lis-CCP tranżitorja;

(b)

is-CCP taħt riżoluzzjoni, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet kollha, jew uħud minnhom, ta’ dik is-CCP lis-CCP tranżitorja;

(c)

kwalunkwe membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ġarrab telf wara l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni waqt riżoluzzjoni. b’mod proporzjonat għat-telf tiegħu waqt ir-riżoluzzjoni.

5.   L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni mħallsa mis-CCP tranżitorja f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq kif ġej:

(a)

malli jseħħ avveniment kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie impost it-telf permezz tal-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP; jew

(b)

malli jseħħ avveniment mhux kopert mill-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fi treġġigħ lura tal-ordni li fih ikun ġie allokat it-telf f’konformità ma’ kwalunkwe regola applikabbli tas-CCP.

L-allokazzjoni ta’ kwalunkwe konsiderazzjoni li jkun għad fadal għandha titwettaq skont il-prijorità tat-talbiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari tal-istrumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP jew tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha.

7.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi d-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta’ sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom, meta dak it-trasferiment ikun espliċitament previst fl-istrument li permezz tiegħu jsir it-trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati li jieħdu lura kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni, jew strumenti ta’ sjieda, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew fil-paragrafu 8.

8.   Meta l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jaqgħux fil-klassijiet tal-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li permezz tiegħu jkun sar it-trasferiment, jew ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għat-trasferiment tagħhom, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferihom mis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lis-sidien oriġinali tagħhom.

9.   Trasferiment imsemmi fil-paragrafi 7 u 8 jista’ jsir fi kwalunkwe ħin u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe kondizzjoni oħra imsemmija fl-istrument li permezz tiegħu t-trasferiment sar għall-iskop rilevanti.

10.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi strumenti ta’ sjieda, jew assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet mis-CCP tranżitorja lil parti terza.

11.   Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tagħha li tipprovdi servizzi b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Għal kwalunkwe fini oħra, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li CCP tranżitorja titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tkunu tista’ tkompli teżerċita kwalunkwe dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

12.   Is-CCP tranżitorja ma għandhiex titwaqqaf milli teżerċita d-drittijiet tas-CCP ta’ sħubija u milli tikseb aċċess għas-sistemi tas-saldu u tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar assoċjati oħra, dment li tissodisfa l-kriterji għas-sħubija u l-parteċipazzjoni f’dawk is-sistemi jew FMIs jew ċentri tan-negozjar.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, is-CCP tranżitorja ma għandhiex tiġi mċaħħda mill-aċċess għas-sistemi tas-saldu jew tal-pagamenti u FMIs u ċentri tan-negozjar oħra fuq il-bażi li s-CCP tranżitorja ma tkunx tippossjedi klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jew li dik il-klassifikazzjoni tkun taħt il-livelli tal-klassifikazzjoni meħtieġa sabiex tingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi jew ċentri tan-negozjar.

Meta s-CCP tranżitorja ma tissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP tranżitorja tista’ tkompli teżerċita d-drittijiet ta’ sħubija tagħha bħala CCP u jkollha aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi u ċ-ċentri tan-negozjar l-oħra għal perijodu speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dak il-perijodu ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

13.   L-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tas-CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq, jew fir-rigward, tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, jew inkella fuq il-bord jew il-maniġment superjuri tagħha.

14.   Is-CCP tranżitorja ma għandu jkollha l-ebda obbligu jew responsabbiltà fil-konfront tal-azzjonisti jew tal-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni, u l-bord jew il-maniġment superjuri tas-CCP tranżitorja ma għandu jkollu l-ebda obbligazzjoni lejn dawk l-azzjonisti jew il-kredituri għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-obbligi tagħhom, sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jkunux dovuti għal negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 43

CCP tranżitorja: rekwiżiti proċedurali

1.   Is-CCP tranżitorja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

is-CCP tranżitorja għandha tfittex l-approvazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal dawn kollha li ġejjin:

(i)

ir-regoli tal-inkorporazzjoni tas-CCP tranżitorja;

(ii)

il-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, fejn dawk il-membri ma jkunux maħtura direttament mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(iii)

ir-responsabbiltajiet u r-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, meta r-rimunerazzjoni u r-responsabbiltajiet ma jiġux iddeterminati mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni; u

(iv)

l-istrateġija u l-profil tar-riskju tas-CCP tranżitorja; u

(b)

is-CCP tranżitorja għandha tassumi l-awtorizzazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex tipprovdi s-servizzi jew twettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mit-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 42(1) ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Minkejja l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u fejn meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni, is-CCP tranżitorja tista’ tiġi awtorizzata mingħajr ma taderixxi mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal perijodu qasir fil-bidu tal-operat tagħha. Għal dak il-għan, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippreżenta talba għal tali awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapprova t-tali awtorizzazzjoni, hija għandha tindika l-perijodu li matulu s-CCP tranżitorja tiġi eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dak il-perijodu ma għandux ikun itwal minn 12-il xahar. Matul dak il-perijodu, is-CCP tranżitorja għandha titqies bħala CCP kwalifikanti kif definit fil-punt (88) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament.

Minkejja l-perijodu msemmi fit-tieni subparagrafu, fil-każ ta’ rekwiżiti prudenzjali skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-eżenzjoni għandha tkun biss għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Jekk ikun meħtieġ, din tista’ tiġi estiża għal perijodu wieħed jew tnejn ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ riżoluzzjoni.

2.   Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, il-maniġment tas-CCP tranżitorja għandu jopera s-CCP tranżitorja bl-objettiv li jżomm il-kontinwità għall-funzjonijiet kritiċi tas-CCP tranżitorja, kif ukoll bl-objettiv li jbigħ is-CCP tranżitorja jew kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar fis-settur privat. Dan il-bejgħ għandu jsir meta l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa u fil-perijodu speċifikat fil-paragrafi 5 u, fejn applikabbli, 6.

3.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni li CCP transitorja m’għadhiex CCP transitorja skont it-tifsira tal-Artikolu 42(2) fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)

is-CCP tranżitorja tiġi fuża ma’ entità oħra;

(c)

is-CCP tranżitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 42(2);

(d)

is-CCP tranżitorja jew sostanzjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jkunu ġew mibjugħa f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu;

(e)

il-perijodu speċifikat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jiskadi;

(f)

il-kuntratti kklirjati mis-CCP tranżitorja jkunu ġew saldati, ikunu skadew jew ikunu ngħalqu u d-drittijiet u l-obbligi tas-CCP relatati ma’ dawk il-kuntratti jkunu b’hekk kompletament ħielsa.

4.   Qabel tbigħ is-CCP tranżitorja jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tirreklama d-disponibbiltà tal-elementi intiżi biex jinbiegħu u għandha tiżgura li dawn jiġu kkummerċjalizzati b’mod miftuħ u trasparenti u li ma jkunux materjalment rappreżentati ħażin.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha twettaq il-bejgħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq termini kummerċjali u ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina indebitament bejn l-akkwirenti potenzjali.

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tittermina l-operat ta’ CCP tranżitorja sentejn wara d-data li fiha jsir l-aħħar trasferiment mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tittermina l-operat ta’ CCP tranżitorja, hija għandha titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP tranżitorja.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ testendi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 għal perijodu addizzjonali wieħed jew aktar ta’ sena meta l-estensjoni tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-eżiti msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 3.

Id-deċiżjoni li jiġi estiż il-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 għandha tkun motivata u għandha tinkludi valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tas-CCP tranżitorja fir-rigward tal-kondizzjonijiet tas-suq u l-prospett tas-suq rilevanti.

7.   Meta l-operazzjonijiet ta’ CCP tranżitorja jiġu tterminati fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (d) jew (e) tal-paragrafu 3, is-CCP tranżitorja għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza.

Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja għandhom jibbenifikaw l-azzjonisti tagħha.

Meta CCP tranżitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijiet ta’ aktar minn CCP waħda taħt riżoluzzjoni, ir-rikavat imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi attribwit skont ir-referenza għall-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull CCP taħt riżoluzzjoni.

Taqsima 6

Arranġamenti addizzjonali ta’ finanzjament

Artikolu 44

Mezzi alternattivi ta’ finanzjament

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ tidħol f’kuntratti sabiex tissellef jew tikseb forom oħrajn ta’ appoġġ finanzjarju, inkluż minn riżorsi prefinanzjati disponibbli fi kwalunkwe fond tal-inadempjenza mhux eżawrit fis-CCP taħt riżoluzzjoni, fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet temporanji ta’ likwidità sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta’ riżoluzzjoni.

Taqsima 7

Għodod Governattivi ta’ Stabbilizzazzjoni

Artikolu 45

Għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja

1.   F’sitwazzjoni straordinarja ħafna ta’ kriżi sistemika, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni f’konformità mal-Artikoli 46 u 47 bl-iskop li tirriżolvi CCP biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-appoġġ finanzjarju jkun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21;

(b)

l-appoġġ finanzjarju jintuża biss bħala l-aħħar alternattiva f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu wara li jkunu ġew ivvalutati u sfruttati l-għodod kollha ta’ riżoluzzjoni sal-livell massimu prattikabbli filwaqt li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja;

(c)

l-appoġġ finanzjarju jkun limitat fiż-żmien;

(d)

l-appoġġ finanzjarju jkun konformi mal-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat; u

(e)

l-Istat Membru jkun iddefinixxa bil-quddiem, arranġamenti komprensivi u kredibbli, b’mod konsistenti mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, biex jiġu rkuprati, fuq perijodu xieraq, u skont l-Artikolu 27(10) il-fondi pubbliċi użati, sal-punt li ma jkunux irkuprati kompletament permezz tal-bejgħ lil xerrejja privati skont l-Artikolu 46(3) jew 47(2).

L-applikazzjoni tal-għodod ta’ stabbilizzazzjoni tal-gvern għandha titwettaq f’konformità mal-liġi nazzjonali jew taħt it-tmexxija tal-ministeru inkella tal-gvern kompetenti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew taħt it-tmexxija tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

2.   Sabiex jingħata effett lill-għodod governattivi ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja, il-ministeri kompetenti jew il-gvernijiet għandu jkollhom is-setgħat ta’ riżoluzzjoni rilevanti kif speċifikati fl-Artikoli 48 sa 58 u għandhom jiżguraw li tinżamm il-konformità mal-Artikoli 52, 54 u 72.

3.   Għodod governattivi ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja għandhom jitqiesu li għandhom jiġu applikati bħala l-aħħar alternattiva għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, fejn mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali u mal-awtorità kompetenti, jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni li jifdal ma tkunx biżżejjed sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(b)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni li jifdal ma tkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-assistenza ta’ likwidità straordinarja mill-bank ċentrali tkun diġà ngħatat lis-CCP;

(c)

fir-rigward tal-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja, il-ministeru kompetenti jew il-gvern, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, jiddetermina li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni li jifdal ma tkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-appoġġ ta’ ekwità pubblika permezz tal-għodda ta’ appoġġ għall-ekwità jkun diġà ngħata lis-CCP.

Artikolu 46

Għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità

1.   L-appoġġ finanzjarju pubbliku jista’ jiġi pprovdut fir-rikapitalizzazzjoni ta’ CCP bi skambju għal strumenti ta’ sjieda.

2.   Is-CCPs soġġetti għall-għodda pubblika ta’ appoġġ għall-ekwità għandhom jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali.

3.   L-istrumenti ta’ sjieda msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinbiegħu lil akkwirent privat malli jippermettu ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji.

Artikolu 47

Għodda ta’ sjieda pubblika temporanja

1.   CCP tista’ tittieħed bi sjieda pubblika temporanja permezz ta’ ordni ta’ trasferiment waħda jew aktar tal-istrumenti ta’ sjieda eżegwiti minn Stat Membru lil ċessjonarju li jkun xi wieħed minn dawn:

(a)

rappreżentant tal-Istat Membru; jew

(b)

kumpannija li tkun il-proprjetà sħiħa ta’ Stat Membru.

2.   Is-CCPs soġġetti għall-għodda ta’ sjieda pubblika temporanja għandhom jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali u, b’konsiderazzjoni għall-possibbiltà ta’ rkupru tal-ispiża ta’ riżoluzzjoni, għandhom jinbiegħu lil akkwirent privat malli jippermettu ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji. Fid-determinazzjoni taż-żmien tal-bejgħ tas-CCP, għandhom jitqiesu s-sitwazzjoni finanzjarja u l-kondizzjonijiet tas-suq rilevanti.

KAPITOLU IV

Setgħat ta’ riżoluzzjoni

Artikolu 48

Setgħat ġenerali

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni b’mod effettiv, inkluż is-setgħat kollha li ġejjin:

(a)

li titlob lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni sabiex tkun tista’ tiddeċiedi fuq azzjoni ta’ riżoluzzjoni u tippreparaha, inkluża informazzjoni addizzjonali u supplimentari għal dik ipprovduta fil-pjan ta’ riżoluzzjoni jew li trid tingħata permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post;

(b)

li tieħu kontroll ta’ CCP taħt riżoluzzjoni u teżerċita d-drittijiet u s-setgħat kollha mogħtija lid-detenturi tal-istrumenti ta’ sjieda u lill-bord tas-CCP inkluż id-drittijiet u s-setgħat skont ir-regoli operattivi tas-CCP;

(c)

li tittrasferixxi l-istrumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(d)

li tittrasferixxi lil entità oħra, bil-kunsens tagħha, id-drittijiet, l-assi, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP;

(e)

li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont prinċipali ta’ jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta’ CCP taħt riżoluzzjoni;

(f)

li tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta’ CCP taħt riżoluzzjoni fi strumenti ta’ sjieda ta’ dik is-CCP jew ta’ CCP tranżitorja li lilha jkunu ġew ittrasferiti l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(g)

li tikkanċella l-istrumenti tad-dejn maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(h)

li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda ta’ CCP taħt riżoluzzjoni u li tikkanċella tali strumenti ta’ sjieda;

(i)

li titlob lil CCP taħt riżoluzzjoni toħroġ strumenti ta’ sjieda ġodda, inkluż ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(j)

fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn u ta’ obbligazzjonijiet oħrajn tas-CCP, li temenda jew tbiddel il-maturità tagħhom, temenda l-ammont ta’ imgħax pagabbli, jew temenda d-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi tissospendi l-pagament għal perijodu temporanju;

(k)

li tagħlaq u tittermina kuntratti finanzjarji;

(l)

li tneħħi jew tissostitwixxi l-bord u l-maniġment superjuri ta’ CCP taħt riżoluzzjoni;

(m)

li titlob lill-awtorità kompetenti tivvaluta lill-akkwirent ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fil-ħin permezz ta’ deroga mil-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(n)

li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont tal-marġini ta’ varjazzjoni dovut lil membru tal-ikklirjar ta’ CCP taħt riżoluzzjoni;

(o)

li tittrasferixxi pożizzjonijiet miftuħa u kwalunkwe assi relatat, inklużi l-arranġamenti rilevanti ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija u trasferiment ta’ titolu, l-arranġamenti ta’ tpaċija u l-arranġamenti ta’ totaliżżar, mill-kont ta’ membru tal-ikklirjar inadempjenti lil membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b’mod konsistenti mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(p)

li tinforza kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni jew, fejn meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, joqogħdu lura milli jinfurzaw it-tali obbligi kuntrattwali jew inkella jiddevjaw mir-regoli operattivi tas-CCP;

(q)

li tinforza kwalunkwe obbligu eżistenti u pendenti tal-impriża prinċipali tas-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż sabiex tipprovdi lis-CCP b’appoġġ finanzjarju permezz ta’ garanziji jew linji ta’ kreditu; u

(r)

li titlob li l-membri tal-ikklirjar jipprovdu aktar kontribuzzjonijiet fi flus kontanti soġġett għal-limitu msemmi fl-Artikolu 31.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni.

2.   Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’dan ir-Regolament u fil-qafas tal-Unjoni tal-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandha tkun soġġetta għall-ebda rekwiżit minn dawn li ġejjin meta hija teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

rekwiżiti li tikseb approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna pubblika jew privata;

(b)

rekwiżiti li jirrigwardjaw it-trasferiment ta’ strumenti finanzjarji, drittijiet, obbligi, assi jew obbligazzjonijiet ta’ CCP taħt riżoluzzjoni jew CCP tranżitorja;

(c)

rekwiżit għan-notifika ta’ kwalunkwe persuna pubblika jew privata;

(d)

rekwiżit għall-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe avviż jew prospett;

(e)

rekwiżit għall-iffajljar jew ir-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe dokument ma’ kwalunkwe awtorità oħra.

Artikolu 49

Setgħat anċillari

1.   Meta tiġi eżerċitata setgħa msemmija fl-Artikolu 48(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita wkoll kwalunkwe waħda mis-setgħat anċillari li ġejjin:

(a)

soġġett għall-Artikolu 67, li tipprevedi trasferiment li jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti;

(b)

li tneħħi d-drittijiet għall-akkwist ta’ aktar strumenti ta’ sjieda;

(c)

li titlob lill-awtorità rilevanti twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, jew l-elenkar uffiċjali, ta’ kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ mis-CCP skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(d)

li tipprevedi li l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, skont l-Artikoli 40 u 42 rispettivament, jiġu ttrattati bħallikieku kienu s-CCP taħt riżoluzzjoni, għall-finijiet ta’ kwalunkwe dritt jew obbligu ta’, jew azzjoni meħuda minn, is-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni f’infrastruttura tas-suq;

(e)

li titlob lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti, sabiex jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni u assistenza;

(f)

li tipprevedi li l-membru tal-ikklirjar, li huwa benefiċjarju ta’ kwalunkwe pożizzjoni allokata lilu permezz tas-setgħat imsemmija fil-punti (o) u (p) tal-Artikolu 48(1), jassumi kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni fis-CCP fir-rigward ta’ dawk il-pożizzjonijiet;

(g)

li tikkanċella jew timmodifika t-termini ta’ kuntratt li għalih is-CCP taħt riżoluzzjoni hija parti jew inkella tissostitwixxi l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, minflok is-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala parti;

(h)

li timmodifika jew temenda r-regoli operattivi tas-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż fir-rigward tat-termini ta’ aċċess tagħha għall-ikklirjar għall-membri tal-ikklirjar tagħha u parteċipanti oħra;

(i)

li tittrasferixxi s-sħubija ta’ membru tal-ikklirjar mis-CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent tas-CCP jew CCP tranżitorja.

Kwalunkwe dritt ta’ kumpens previst f’dan ir-Regolament ma għandux jitqies bħala obbligazzjoni jew tfixkil għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tipprevedi l-arranġamenti ta’ kontinwità meħtieġa sabiex tiżgura li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, li n-negozju ttrasferit ikun jista’ jiġi operat mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja. Tali arranġamenti ta’ kontinwità jistgħu jinkludu:

(a)

il-kontinwità tal-kuntratti konklużi mis-CCP taħt riżoluzzjoni, sabiex l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja jassumu d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li jkunu ġew ittrasferiti u tiġi sostitwita s-CCP taħt riżoluzzjoni, espliċitament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;

(b)

is-sostituzzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni mal-akkwirent jew mas-CCP tranżitorja fi kwalunkwe proċediment legali li jirrigwarda kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti.

3.   Is-setgħat previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw:

(a)

id-dritt ta’ impjegat tas-CCP li jittermina kuntratt ta’ impjieg;

(b)

soġġett għall-Artikoli 55, 56 u 57, l-eżerċitar ta’ drittijiet kuntrattwali ta’ parti f’kuntratt, inkluż id-dritt li tittermina, fejn ikun stabbilit fit-termini tal-kuntratt, minħabba att jew ommissjoni mis-CCP qabel it-trasferiment, jew mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja wara t-trasferiment.

Artikolu 50

Ġestjoni speċjali

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ taħtar maniġer speċjali wieħed jew aktar sabiex jissostitwixxi l-bord ta’ CCP taħt riżoluzzjoni. Il-maniġer speċjali għandu jkun ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u għandu jkollu għarfien espert adegwat fis-servizzi finanzjarji, fil-ġestjoni tar-riskji u fis-servizzi tal-ikklirjar, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.   Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonisti u tal-bord tas-CCP. Il-maniġer speċjali għandu jeżerċita dawk is-setgħat biss taħt il-kontroll tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tillimita l-azzjonijiet tal-maniġer speċjali jew teħtieġ kunsens minn qabel għal ċerti atti.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika l-ħatra msemmija fil-paragrafu 1 u t-termini u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ dik il-ħatra.

3.   Il-maniġer speċjali għandu jinħatar għal mhux aktar minn sena. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ ġġedded dak il-perijodu meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

4.   Il-maniġer speċjali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jimplimenta l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. F’każ ta’ inkonsistenza jew kunflitt, dak id-dmir statutorju għandu jipprevali fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tas-CCP jew il-liġi nazzjonali.

5.   Il-maniġer speċjali għandu jfassal rapporti għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-ħatra f’intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u fil-bidu u fit-tmiem tal-mandat. Dawk ir-rapporti għandhom jiddeskrivu fid-dettall is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-miżuri meħuda.

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tneħħi l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin. Fi kwalunkwe każ, hija għandha tneħħi l-maniġer speċjali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-maniġer speċjali jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b)

meta l-objettivi tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar permezz tat-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ dak il-maniġer speċjali; jew

(c)

meta l-kondizzjonijiet għall-ħatra ma jibqgħux japplikaw.

Artikolu 51

Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta’ servizzi u faċilitajiet

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ lil CCP taħt riżoluzzjoni, kwalunkwe entità li tappartjeni għall-istess grupp tas-CCP jew kwalunkwe membru tal-ikklirjar tas-CCP sabiex jipprovdu kwalunkwe servizz jew faċilità li jkunu meħtieġa bil-għan li akkwirent jew CCP tranżitorja jkunu jistgħu joperaw b’mod effettiv in-negozju ttrasferit lilhom.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika irrispettivament minn jekk entità fl-istess grupp, bħas-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklirjar tas-CCP, tkunx daħlet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza jew jekk hija stess tkunx taħt riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tinforza l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi Stati Membri oħrajn fejn dawk is-setgħat jiġu eżerċitati fir-rigward tal-entitajiet li jappartjenu lill-istess grupp, bħas-CCP taħt riżoluzzjoni, jew fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar ta’ dik is-CCP.

3.   Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhom jinkludu ebda forma ta’ appoġġ finanzjarju.

4.   Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti:

(a)

fuq l-istess termini kummerċjali li fuqhom kienu pprovduti lis-CCP immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, meta jkun jeżisti ftehim għall-finijiet li jiġu pprovduti dawk is-servizzi u l-faċilitajiet;

(b)

fuq termini kummerċjali raġonevoli, meta ma jkun hemm ebda ftehim għall-finijiet ta’ forniment ta’ dawk is-servizzi u l-faċilitajiet jew meta l-ftehim ikun skada.

Artikolu 52

Is-setgħa li jiġu infurzati miżuri ta’ prevenzjoni tal-kriżi jew azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni minn Stati Membri oħra

1.   Meta l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ta’ CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinsabu fi Stat Membru jew ikunu rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, kwalunkwe trasferiment jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet għandu jkollu effett skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru għandha tiġi pprovduta bl-għajnuna kollha meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri rilevanti oħrajn sabiex ikun żgurat li kwalunkwe strument ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet jiġi ttrasferit lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja jew kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni oħra ssir effettiva f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

3.   L-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi li jiġu affettwati mit-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, tal-assi, tad-drittijiet, tal-obbligi jew tal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu intitolati li jipprevjenu, jikkontestaw jew jannullaw dak it-trasferiment skont il-liġi tal-Istat Membru fejn jinsabu l-assi jew li tirregola t-trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew responsabbiltajiet.

4.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 28 sa 32, u l-kuntratti, l-obbligazzjonijiet, l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinkludu strumenti, kuntratti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor, jew obbligazzjonijiet dovuti lill-kredituri u kuntratti fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom li jinsabu f’dak l-Istat Membru l-ieħor, l-awtoritajiet rilevanti f’dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni li tirriżulta minn dawk l-għodod ta’ riżoluzzjoni jkollhom effett.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-azzjonisti, il-kredituri u l-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom affettwati minn dawk l-għodod ta’ riżoluzzjoni ma għandhom ikunu intitolati li jikkontestaw it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli tal-istrument jew tal-obbligazzjoni jew inkella l-konverżjoni jew ir-ristrutturar tagħhom, skont il-każ, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni biss.

5.   Id-drittijiet u s-salvagwardji li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni:

(a)

id-dritt tal-azzjonisti, tal-kredituri u tal-partijiet terzi li jikkontestaw, permezz ta’ appell skont l-Artikolu 74, trasferiment ta’ strumenti ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

id-dritt tal-kredituri affettwati li jikkontestaw, permezz ta’ appell skont l-Artikolu 74, it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli jew il-konverżjoni jew ir-ristrutturar ta’ strument, obbligazzjoni jew kuntratt koperti mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; u

(c)

is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu V, fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 53

Is-setgħa fir-rigward ta’ assi, kuntratti, drittijiet, obbligazzjonijiet, obbligi u strumenti ta’ sjieda ta’ persuni li jinsabu f’pajjiżi terzi jew li huma rregolati mil-liġi ta’ pajjiżi terzi

1.   Meta azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun tikkonċerna assi jew kuntratti ta’ persuni li jinsabu f’pajjiż terz jew strumenti ta’ sjieda, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teħtieġ li:

(a)

is-CCP taħt riżoluzzjoni u l-benefiċjarju ta’ dawk l-assi, il-kuntratti, l-istrumenti ta’ sjieda, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-azzjoni ssir effettiva;

(b)

is-CCP taħt riżoluzzjoni żżomm l-istrumenti ta’ sjieda, l-assi jew id-drittijiet jew teħles l-obbligazzjonijiet jew l-obbligi f’isem il-benefiċjarju sakemm l-azzjoni ssir effettiva;

(c)

l-ispejjeż raġonevoli tal-benefiċjarju mġarrba korrettament fit-twettiq ta’ kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jitħallsu bi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 27(10).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha teħtieġ lis-CCP tiżgura l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni fil-kuntratti tagħha u fi ftehimiet oħrajn mal-membri tal-ikklirjar u d-detenturi ta’ strumenti ta’ sjieda u strumenti ta’ dejn li jkunu jinsabu fi jew ikunu rregolati bil-liġi ta’ pajjiż terz fejn huma jaqblu li jintrabtu bi kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-assi, il-kuntratti, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom meħuda mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, inkluża l-applikazzjoni tal-Artikoli 28, 32, 55, 56 u 57.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lis-CCP biex tiżgura l-inklużjoni ta’ tali dispożizzjoni fil-kuntratti tagħha u fi ftehimiet oħra ma’ detenturi ta’ obbligazzjonijiet oħra li jinsabu f’pajjiżi terzi jew huma rregolati mil-liġi tagħhom. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ titlob lis-CCP tipprovdilha opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li tikkonferma l-infurzabbiltà u mal-effettività legali ta’ tali dispożizzjonijiet.

3.   Meta l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma ssirx effettiva, dik l-azzjoni għandha tiġi annullata fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 54

Esklużjoni ta’ ċerti termini kuntrattwali f’intervent bikri u riżoluzzjoni

1.   Miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew kwalunkwe każ marbut direttament mal-applikazzjoni ta’ dik l-azzjoni, ma għandhomx jitqiesu li huma proċedimenti ta’ insolvenza, event ta’ infurzar jew event ta’ inadempjenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, rispettivament dment li l-obbligi sostantivi taħt il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja, u l-provvediment ta’ kollateral, jibqgħu jiġu osservati.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 77, jew inkella meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddeċiedi hekk, għandhom jitqiesu bħala azzjoni ta’ riżoluzzjoni meħuda b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   Miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża biex:

(a)

jiġi eżerċitat xi dritt ta’ terminazzjoni, sospensjoni, modifika, totaliżżar jew tpaċija, inkluż fir-rigward ta’ kuntratt konkluż minn entità tal-grupp li tappartjeni lilu s-CCP li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza jew obbligi li huma garantiti jew appoġġati b’mod ieħor minn kwalunkwe entità ta’ grupp;

(b)

jittieħed pussess, jiġi eżerċitat kontroll jew infurzata xi garanzija fuq kwalunkwe proprjetà tas-CCP kkonċernata jew kwalunkwe entità ta’ grupp fir-rigward ta’ kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza; jew

(c)

jiġi affettwat kwalunkwe dritt kuntrattwali tas-CCP kkonċernata jew ta’ kwalunkwe entità ta’ grupp fir-rigward ta’ kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza.

Artikolu 55

Setgħa ta’ sospensjoni ta’ ċerti obbligi

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tissospendi kwalunkwe obbligu ta’ ħlas jew ta’ konsenja taż-żewġ kontropartijiet għal kwalunkwe kuntratt konkluż minn CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni b’konformità mal-Artikolu 72 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

2.   Meta obbligu ta’ ħlas jew konsenja kien ikun dovut matul il-perijodu tas-sospensjoni, l-obbligu ta’ ħlas jew konsenja għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza tal-perijodu tas-sospensjoni.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 għall-obbligi ta’ ħlas jew konsenja li għandhom jingħataw għal sistemi jew operaturi ta’ sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, CCPs oħrajn u banek ċentrali.

Artikolu 56

Is-setgħa li jiġi ristrett l-infurzar tal-interessi ta’ garanzija

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ timpedixxi lill-kredituri garantiti ta’ CCP taħt riżoluzzjoni milli jinfurzaw l-interessi ta’ garanzija fir-rigward ta’ kwalunkwe assi ta’ dik is-CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tar-restrizzjoni b’konformità mal-Artikolu 72 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ kwalunkwe interess ta’ garanzija ta’ sistemi jew operaturi ta’ sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, CCPs oħrajn u banek ċentrali fuq assi mirħuna jew ipprovduti permezz ta’ marġini jew kollateral mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 57

Is-setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tissospendi d-drittijiet ta’ terminazzjoni ta’ kwalunkwe parti għal kuntratt ma’ CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tat-terminazzjoni b’konformità mal-Artikolu 72 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja u l-provvediment ta’ kollateral.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, “tmiem il-jum tax-xogħol” għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tar-riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sistemi jew l-operaturi tas-sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, CCPs u banek ċentrali oħrajn.

3.   Parti f’kuntratt tista’ teżerċita dritt ta’ terminazzjoni skont dak il-kuntratt qabel tmiem il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 meta dik il-persuna tirċievi avviż mingħand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:

(a)

ittrasferiti lil entità oħra; jew

(b)

soġġetti għal tniżżil fil-valur, konverżjoni, jew l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni għall-allokazzjoni tat-telf jew tal-pożizzjonijiet.

4.   Meta l-avviż imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx ingħata, jistgħu jiġu eżerċitati drittijiet ta’ terminazzjoni fuq l-iskadenza tal-perijodu ta’ sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 54, kif ġej:

(a)

meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista’ terżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont it-termini ta’ dak il-kuntratt biss jekk l-entità benefiċjarja twassal biex dak l-event ta’ infurzar iseħħ jew jitkompla;

(b)

meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu għand is-CCP, kontroparti tista’ teżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni skont il-kondizzjonijiet għat-terminazzjoni kif definiti fil-kuntratt bejn is-CCP u l-kontroparti rilevanti f’każ biss li l-event ta’ infurzar iseħħ jew ikompli wara l-iskadenza ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 58

Is-setgħa li jiġi eżerċitat kontroll fuq is-CCP

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżerċita kontroll fuq is-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex:

(a)

tiġġestixxi l-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, teżerċita s-setgħat tal-azzjonisti u l-bord tagħha;

(b)

tikkonsulta l-kumitat tar-riskju;

(c)

tiġġestixxi u tiddisponi mill-assi u mill-proprjetà tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

Il-kontroll previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew indirettament minn maniġer speċjali maħtur mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(1).

2.   Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni teżerċita kontroll fuq is-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandhiex titqies bħala viċi direttur jew direttur de facto skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 59

L-eżerċitar tas-setgħat mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 74, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni permezz ta’ ordnijiet eżekuttivi b’konformità mal-kompetenzi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali.

KAPITOLU V

Salvagwardji

Artikolu 60

Il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”

Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika għodda ta’ riżoluzzjoni waħda jew aktar, hija għandha tiżgura li l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra, ma jġarrbux telf akbar milli kieku kienu jġarrbu kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP fiż-żmien meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni qieset li l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1) ġew issodisfati u li kieku minflok is-CCP kienet ġiet stralċjata skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha.

Artikolu 61

Valutazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar”

1.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” kif stipulat fl-Artikolu 60, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti mill-aktar fis possibbli wara li tkun seħħet l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni.

2.   Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

it-trattament li l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra kienu jirċievu kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP fiż-żmien meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni qieset li l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1) ġew issodisfati u li kieku s-CCP kienet ġiet minflok stralċjata skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha;

(b)

it-trattament proprju li rċevew l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħra matul il-kors tar-riżoluzzjoni tas-CCP;

(c)

jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u t-trattament imsemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tat-trattamenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali jew kwalunkwe assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta’ imgħax mhux standard;

(b)

tkun ibbażata fuq it-telf li kien ikun realistikament mġarrab mill-membri tal-ikklirjar u minn kredituri oħra, li kieku s-CCP kienet ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha;

(c)

tqis stima kummerċjalment raġonevoli tal-ispejjeż ta’ sostituzzjoni diretti, inkluż kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta’ marġini, imġarrba mill-membri tal-ikklirjar biex jerġgħu jiftħu fi żmien perijodu xieraq il-pożizzjonijiet netti komparabbli tagħhom fis-suq billi jiġu kkunsidrati kondizzjonijiet tas-suq effettivi, inkluż il-profondità tas-suq u l-kapaċità tas-suq li jagħmel tranżazzjonijiet skont il-volum rilevanti tat-tali pożizzjonijiet netti f’dak il-perijodu; u

(d)

tkun ibbażata fuq il-metodoloġija tal-ipprezzar tal-istess CCP sakemm it-tali metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz ma tirriflettix il-kondizzjonijiet effettivi tas-suq.

It-tul tal-perijodu msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jirrifletti l-implikazzjonijiet tal-liġi tal-insolvenza applikabbli u l-karatteristiċi tal-pożizzjonijiet netti rilevanti.

4.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).

5.   L-ESMA, filwaqt li tqis l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati skont l-Artikoli 49(5) u 74(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu inkluż il-kalkolu tat-telf wara l-likwidazzjoni li tirriżulta mill-ispejjeż imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu kieku s-CCP kienet ġiet stralċjata taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza, wara l-applika sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli u arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 62

Salvagwardji għal azzjonisti, membri tal-ikklirjar u kredituri oħra

Fejn, f’konformità mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 61, kwalunkwe azzjonist, membru tal-ikklirjar jew kreditur ieħor ikun ġarrab telf akbar milli kien iġarrab kieku l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma kienitx ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u kieku s-CCP kienet minflok ġiet stralċjata skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza, wara l-applikazzjoni sħiħa tal-obbligi kuntrattwali applikabbli jew arranġamenti oħra fir-regoli operattivi tagħha, dak l-azzjonist, il-membru tal-ikklirjar jew il-kreditur l-ieħor għandhom ikunu intitolati għall-ħlas tad-differenza.

Artikolu 63

Salvagwardja għall-klijenti u l-klijenti indiretti

1.   L-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu li l-membri tal-ikklirjar jgħaddu lill-klijenti tagħhom il-konsegwenzi negattivi tal-għodod ta’ riżoluzzjoni għandhom jinkludu wkoll, fuq bażi ekwivalenti u proporzjonata, id-dritt tal-klijenti għal kwalunkwe rimborż jew kumpens li l-membri tal-ikklirjar jirċievu skont l-Artikolu 27(6) jew kwalunkwe ekwivalenti fi flus ta’ tali rimborż jew kumpens jew kwalunkwe proċediment li jirċievu wara pretensjoni magħmula skont l-Artikolu 62 sa fejn tali proċediment ikun relatat mal- pożizzjonijiet tal-klijenti. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-arranġamenti kuntrattwali minn klijenti u klijenti indiretti li joffru servizzi tal-ikklirjar indirett lill-klijenti tagħhom.

2.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, b’mod trasparenti, sa fejn ikun permess mill-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali, il-kondizzjonijiet li skonthom ikun meħtieġ it-trasferiment tal-kumpens, l-ekwivalenti f’kontanti ta’ kumpens bħal dan jew kwalunkwe rikavat imsemmi fil-paragrafu 1, u l-kondizzjonijiet li skonthom għandu jitqies bħala proporzjonata.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 64

Ġbir tal-pagamenti

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirkupra, sa fejn l-aktar ikun possibbli, kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba b’rabta ma’ pagament kif imsemmi fl-Artikolu 62 bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

mis-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur ippreferut;

(b)

minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ tan-negozju;

(c)

minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja, bħala kreditur ippreferut.

Artikolu 65

Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali

Il-protezzjonijiet previsti fl-Artikoli 66, 67 u 68 għandhom japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tittrasferixxi uħud mill-assi, obbligi jew obbligazzjonijiet ta’ CCP taħt riżoluzzjoni, iżda mhux kollha, lil entità oħra jew, fl-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, minn CCP tranżitorja lil akkwirent; u

(b)

meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 49(1).

Artikolu 66

Protezzjoni għal kollateral finanzjarju, tpaċija u arranġamenti ta’ totaliżżar

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni, minbarra l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 29, ma tirriżultax fit-trasferiment ta’ wħud mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, skont arranġament kollaterali finanzjarju bi trasferiment ta’ titolu, arranġament ta’ tpaċija jew arranġament ta’ totaliżżar bejn CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet oħrajn għall-arranġamenti, jew inkella fil-modifika jew it-terminazzjoni tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skont dawk l-arranġamenti permezz tal-użu ta’ setgħat anċillari.

L-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu kwalunkwe arranġament li għalih il-partijiet huma intitolati li jpaċu jew jinnettjaw dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.

Artikolu 67

Protezzjoni għal arranġamenti tat-titoli

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni ma tirriżulta fl-ebda wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin fir-rigward tal-arranġamenti tat-titoli bejn CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet oħrajn għal dawk l-arranġamenti:

(a)

it-trasferiment ta’ attivi li jiggarantixxi l-obbligazzjoni sakemm ma jiġux ittrasferiti wkoll l-obbligazzjoni u l-benefiċċju tat-titolu;

(b)

it-trasferiment ta’ obbligazzjoni garantita sakemm ma jiġix ittrasferit ukoll il-benefiċċju tat-titolu;

(c)

it-trasferiment tal-benefiċċju tat-titolu sakemm ma tiġix ittrasferita wkoll l-obbligazzjoni garantita;

(d)

il-modifika jew it-terminazzjoni ta’ arranġament tat-titoli permezz tal-użu ta’ setgħat anċillari, jekk l-effett ta’ dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita.

Artikolu 68

Protezzjoni għal arranġamenti finanzjarji strutturati u bonds koperti

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni ma tirriżulta fl-ebda wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin fir-rigward tal-arranġamenti finanzjarji strutturati, inklużi l-bonds koperti:

(a)

it-trasferiment ta’ wħud mill-assi, mid-drittijiet u mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li s-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti minnu;

(b)

it-terminazzjoni jew il-modifika permezz tal-użu ta’ setgħat anċillari tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li s-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti minnu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti finanzjarji strutturati għandhom jinkludu titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta’ ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pula tal-kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma garantiti b’mod simili għall-bonds koperti, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta’ titolu minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nnominata.

Artikolu 69

Trasferimenti parzjali: protezzjoni ta’ sistemi ta’ negozjar, tal-ikklirjar u tas-saldu

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni ma taffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid-Direttiva 98/26/KE, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni:

(a)

tittrasferixxi wħud mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta’ CCP taħt riżoluzzjoni lil entità oħra;

(b)

tikkanċella jew temenda t-termini ta’ kuntratt li għalih is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti jew tissostitwixxi akkwirent jew CCP tranżitorja bħala parti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni ma twassal għall-ebda minn dawn ir-riżultati:

(a)

revoka ta’ ordni ta’ trasferiment f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE;

(b)

jaffettwa l-infurzabbiltà ta’ ordnijiet ta’ trasferiment u totaliżżar kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE;

(c)

jaffettwa l-użu ta’ fondi, garanziji jew faċilitajiet ta’ kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/26/KE;

(d)

jaffettwa l-protezzjoni tal-garanziji tal-kollateral kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE.

KAPITOLU VI

Obbligi proċedurali

Artikolu 70

Rekwiżiti ta’ notifika

1.   Is-CCP għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta hija tqis li tkun qed tfalli jew li x’aktarx tfalli kif imsemmi fl-Artikolu 22(2).

2.   L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe miżura ta’ rkupru jew miżuri oħrajn f’konformità mat-Titolu IV li l-awtorità kompetenti titlob lis-CCP sabiex tieħu.

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b’rabta ma’ CCP u bi kwalunkwe notifika li tirċievi f’konformità mal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Meta awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni tiddetermina li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22(1) jew fl-Artikolu 22(3) huma ssodisfati fir-rigward ta’ CCP, hija għandha tinnotifika mingħajr dewmien bla bżonn lill-korpi li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal dik is-CCP;

(b)

l-awtorità kompetenti għall-impriża prinċipali tas-CCP;

(c)

il-bank ċentrali;

(d)

il-ministeru kompetenti;

(e)

il-BERS u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nominata; u

(f)

il-kulleġġ superviżorju u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għal dik is-CCP.

Artikolu 71

Deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni

1.   Wara notifika mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 70(3), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina jekk hijiex meħtieġa azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

2.   Id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew le fir-rigward ta’ CCP għandha tinkludi informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ jekk is-CCP tissodisfax il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni; u

(b)

kwalunkwe azzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni biħsiebha tieħu, inkluż id-deċiżjoni li tapplika għall-istralċ, il-ħatra ta’ amministratur jew kwalunkwe miżura oħra skont il-proċedimenti normali ta’ insolvenza applikabbli.

Artikolu 72

Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li biħsiebha tieħu. Dik in-notifika għandha tindika wkoll jekk l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jiddevjawx mill-pjan ta’ riżoluzzjoni.

Hekk kif ikun prattikabbli wara li tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lil dawn kollha li ġejjin:

(a)

is-CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(c)

l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata u l-BERS;

(d)

il-Kummissjoni, il-BĊE u l-EIOPA; u

(e)

l-operaturi tas-sistemi koperti mid-Direttiva 98/26/KE li fihom tipparteċipa s-CCP taħt riżoluzzjoni.

2.   In-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tinkludi kopja ta’ kwalunkwe ordni jew strument li permezz tagħhom tittieħed l-azzjoni rilevanti u għandha tindika d-data minn meta tidħol fis-seħħ l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

In-notifika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan ta’ riżoluzzjoni.

3.   Kopja tal-ordni jew l-istrument li permezz tiegħu tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jew avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni u, jekk applikabbli, it-termini u l-perijodu ta’ sospensjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 55, 56 u 57 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppubblikati fuq dawn kollha li ġejjin:

(a)

is-sit web tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(b)

is-sit web tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u s-sit web tal-ESMA;

(c)

is-sit web tas-CCP taħt riżoluzzjoni; u

(d)

meta l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu ammessi għal negozjar f’suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni rregolata dwar is-CCP taħt riżoluzzjoni b’konformità mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

4.   Meta l-istrumenti ta’ sjieda jew l-istrumenti tad-dejn ma jkunux ammessi għan-negozjar f’suq regolat, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-ordni msemmija fil-paragrafu 3 jintbagħtu lid-detenturi tal-istrumenti ta’ sjieda u lill-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma magħrufa mir-reġistri jew mill-bażijiet ta’ data tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 73

Kunfidenzjalità

1.   Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali għandhom jorbtu fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA;

(c)

il-ministeri kompetenti;

(d)

il-maniġers speċjali jew l-amministraturi temporanji maħtura skont dan ir-Regolament;

(e)

l-akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew dik is-solleċitazzjoni jkunux saru bħala tħejjija għall-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju, kif ukoll irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultatx f’akkwist;

(f)

l-awdituri, il-kontabilisti, il-konsulenti legali u professjonali, il-valwaturi u esperti oħrajn ingaġġati direttament jew indirettament mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (e);

(g)

il-banek ċentrali u awtoritajiet oħrajn involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(h)

CCP tranżitorja;

(i)

il-maniġment superjuri u l-membri tal-bord tas-CCP, u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k) qabel, matul u wara l-ħatra tagħhom;

(j)

il-membri l-oħrajn kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni mhux imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (g); u

(k)

kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmija fil-punti (a) sa (j).

2.   Bil-għan li jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stipulati fil-paragrafi 1 u 3 jiġu rrispettati, il-persuni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (g), (h) u (j) tal-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li jkun hemm regoli interni fis-seħħ, inklużi regoli intiżi sabiex jiżguraw is-segretezza tal-informazzjoni bejn persuni direttament involuti fil-proċess ta’ riżoluzzjoni.

3.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom jew mingħand awtorità kompetenti jew awtorità ta’ riżoluzzjoni b’konnessjoni mal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, lil kwalunkwe persuna jew awtorità, sakemm dan ma jkunx fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew f’għamla ta’ sommarju jew aggregata, sabiex b’hekk is-CCPs individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità jew tas-CCP li tkun ipprovdiet l-informazzjoni.

Qabel jiddivulgaw kwalunkwe tip ta’ informazzjoni, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jivvalutaw l-effetti li d-divulgazzjoni jista’ jkollha fuq l-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq l-iskop tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq l-awditi.

Il-proċedura għall-kontroll tal-effetti tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta’ kwalunkwe divulgazzjoni tal-kontenut u tad-dettalji tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 9 u 12 u r-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 10 u 15.

Kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-responsabbiltà ċivili fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-Artikolu, b’konformità mal-liġi nazzjonali.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali ma’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin, dment li r-riċevitur ikun soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità għall-finijiet ta’ dak l-iskambju:

(a)

kwalunkwe persuna oħra fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni;

(b)

il-kumitati ta’ inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, il-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom u entitajiet oħrajn inkarigati minn inkjesti fl-Istat Membru tagħhom;

(c)

l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas, l-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta’ insolvenza, l-awtoritajiet fdati bid-dover pubbliku tas-superviżjoni ta’ entitajiet oħrajn fis-settur finanzjarju, l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ swieq finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u spetturi li jaġixxu f’isimhom, l-awtoritajiet responsabbli għaż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta’ regoli makroprudenzjali, l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u l-persuni responsabbli sabiex iwettqu awditi statutorji.

5.   Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi:

(a)

lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (g) u fil-punt (J) tal-paragrafu 1 milli jikkondividu informazzjoni bejniethom fi ħdan kull korp jew entità;

(b)

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma’ xulxin u ma’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħrajn tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta’ insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta’ regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta’ awditi statutorji tal-kontijiet, mal-EBA, mal-ESMA, jew, soġġett għall-Artikolu 80, ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jew, soġġett għal rekwiżiti stretti ta’ kunfidenzjalità, għal akkwirent potenzjali għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni.

6.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni għal finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’kawżi kriminali jew ċivili.

KAPITOLU VII

Id-dritt ta’ appell u l-esklużjoni ta’ azzjonijiet oħrajn

Artikolu 74

Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet tal-appell

1.   Deċiżjoni li tittieħed miżura għall-prevenzjoni tal-kriżijiet jew azzjoni ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun soġġetta għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante fejn previst fil-liġi nazzjonali, fejn il-proċedura relatata ma’ dik l-approvazzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-qorti ssir b’ħeffa.

2.   Il-persuni affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura għall-prevenzjoni tal-kriżijiet jew deċiżjoni li tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr azzjoni ta’ riżoluzzjoni, għandhom ikollhom id-dritt tal-appell kontra dik id-deċiżjoni.

3.   Il-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt ta’ appell kontra dik id-deċiżjoni.

4.   Id-dritt ta’ appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ appell ma għandux jinvolvi xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata;

(b)

id-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku; u

(c)

il-proċedura relatata mal-appell għandha ssir b’ħeffa.

5.   Il-qorti għandha tuża l-valutazzjonijiet ekonomiċi tal-fatti mwettqa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħha stess.

6.   Fejn ikun meħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi li jaġixxu in bona fide u li akkwistaw strumenti ta’ sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet ta’ CCP taħt riżoluzzjoni permezz ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni, l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni ma għandux jaffettwa kwalunkwe tranżazzjonijiet jew atti amministrattivi sussegwenti konklużi mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-rimedji disponibbli għall-applikant meta tiġi annullata deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab bħala riżultat ta’ dik id-deċiżjoni.

Artikolu 75

Restrizzjonijiet fuq proċedimenti oħra

1.   Ma għandhomx jinbdew proċedimenti normali ta’ insolvenza fir-rigward ta’ CCP, ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew bil-kunsens tagħha b’konformità mal-paragrafu 3.

2.   L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kwalunkwe applikazzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti normali ta’ insolvenza fir-rigward ta’ CCP, irrispettivament minn jekk is-CCP tkunx taħt riżoluzzjoni jew jekk deċiżjoni tkunx saret pubblika b’konformità mal-Artikolu 72(3).

3.   L-awtoritajiet responsabbli għall-proċedimenti normali ta’ insolvenza għandhom jibdew dawk il-proċedimenti biss wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun innotifikathom bid-deċiżjoni tagħha li ma tieħu ebda azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP jew meta ma tkun waslet ebda notifika fi żmien sebat ijiem min-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

Meta jkun meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod u s-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti biex tapplika sospensjoni fuq kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċediment li fiha CCP taħt riżoluzzjoni hija jew tista’ ssir parti għal perijodu adatt f’konformità mal-objettivi tar-riżoluzzjoni.

TITOLU VI

RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 76

Ftehimiet ma’ pajjiżi terzi

1.   F’konformità mal-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tissottometti lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet għan-negozjar tal-ftehimiet ma’ wieħed jew aktar mill-pajjiżi terzi rigward il-mezzi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi b’konnessjoni mal-ippjanar għall-irkupru u r-riżoluzzjoni b’rabta mas-CCPs u s-CCPs ta’ pajjiżi terzi, fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta CCP ta’ pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)

meta CCP stabbilita fi Stat Membru tipprovdi servizzi jew ikollha kumpannija sussidjarja waħda jew aktar f’pajjiż terz.

2.   Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom, b’mod partikolari, ifittxu li jiżguraw it-twaqqif ta’ proċessi u arranġamenti għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti u fl-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 79, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għal dawk il-finijiet.

Artikolu 77

Rikonoxximent u infurzar ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi, dment u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti, sakemm ir-rikonoxximent u l-infurzar tal-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi ma jkunux irregolati minn dak il-ftehim.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jirrikonoxxu l-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ CCP ta’ pajjiż terz fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP ta’ pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanniji sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)

is-CCP ta’ pajjiż terz ikollha assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew li jkunu rregolati mil-liġi ta’ dawk l-Istati Membri.

L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw l-infurzar tal-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti b’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandu jkollhom is-setgħa, bħala minimu, li jagħmlu dan li ġej:

(a)

jeżerċitaw is-setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(i)

l-assi ta’ CCP ta’ pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom; u

(ii)

id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta’ CCP ta’ pajjiż terz li jiddaħħlu fil-kotba fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta’ tali drittijiet u obbligazzjonijiet ikunu infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom;

(b)

jipperfezzjonaw, inkluż li jitolbu lil persuna oħra tieħu azzjoni sabiex tipperfezzjona, trasferiment tal-istrumenti ta’ sjieda f’kumpannija sussidjarja stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra;

(c)

jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 55, 56 u 57 fir-rigward tad-drittijiet ta’ kwalunkwe parti f’kuntratt ma’ entità msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali setgħat ikunu meħtieġa sabiex jiġu infurzati l-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi; u

(d)

jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li jitterminaw, jillikwidaw jew jaċċelleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u ta’ entitajiet oħrajn fi grupp, meta tali dritt joriġina minn azzjoni ta’ riżoluzzjoni meħuda fir-rigward tas-CCP ta’ pajjiż terz, kemm jekk mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regolatorji fir-rigward tal-arranġamenti ta’ riżoluzzjoni f’dak il-pajjiż, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta’ ħlas u ta’ konsenja u l-provvediment ta’ kollateral.

4.   Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedimenti normali ta’ insolvenza applikabbli skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 78

Dritt li jirrifjutaw ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz

B’deroga mill-Artikolu 77(2), l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu jew li jinfurzaw proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz ikollhom effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħhom;

(b)

Il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom ma jirċevux l-istess trattament bħall-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom ta’ pajjiż terz bi drittijiet legali simili skont il-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni domestiċi ta’ pajjiż terz;

(c)

ir-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz ikollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru tagħhom;

(d)

ir-rikonoxximent jew l-infurzar imur kontra l-liġi nazzjonali.

Artikolu 79

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 76(1) mal-pajjiż terz rilevanti sal-punt li s-suġġett ta’ dan l-Artikolu ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rilevanti li ġejjin, wara li jikkunsidraw l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni eżistenti stabbiliti skont l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:

(a)

meta CCP ta’ pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti fejn tkun stabbilita s-CCP;

(b)

meta CCP tipprovdi servizzi f’pajjiż terz wieħed jew aktar jew ikollha kumpanniji sussidjarji fih, l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti fejn jiġu pprovduti dawk is-servizzi jew fejn ikunu stabbiliti l-kumpanniji sussidjarji.

3.   L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin u għall-eżerċitar tas-setgħat li ġejjin fir-rigward tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dak il-paragrafu jew tal-gruppi li jinkludu tali CCPs:

(a)

it-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(b)

il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, f’konformità mal-Artikolu 15 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 16 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti; u

(e)

l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni u ta’ setgħat simili konferiti fuq l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rilevanti.

4.   L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont il-paragrafu 2 jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;

(b)

konsultazzjoni u kooperazzjoni fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż il-prinċipji għall-eżerċitar tas-setgħat skont l-Artikolu 77 u ta’ setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u ta’ setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

twissija bikrija lill-partijiet għall-arranġament ta’ kooperazzjoni, jew konsultazzjoni magħhom, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont dan ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż terz rilevanti li taffettwa lis-CCP jew lill-grupp li miegħu huwa relatat l-arranġament;

(e)

il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni konġunti;

(f)

il-proċeduri u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu, inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-paragrafu 3, l-ESMA għandha tippubblika linji gwida dwar it-tipi u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu sat-12 ta’ Awwissu 2022.

5.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe ftehim ta’ kooperazzjoni li jkunu kkonkludew b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 80

Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti u, fejn applikabbli, awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn għandhom jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta’ rkupru, mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi ikunu soġġetti għar-rekwiżiti u l-istandards tas-segretezza professjonali mill-inqas meqjusa bħala ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 73; u

(b)

l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma’ dawk skont dan ir-Regolament u ma tintużax għal finijiet oħrajn.

2.   Fir-rigward ta’ kif il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirrelata mad-data personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta’ din it-tip ta’ data personali lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhom jkunu governati mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

3.   Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiddivulgaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru minn fejn oriġinat l-informazzjoni taqbel ma’ dik id-divulgazzjoni; u

(b)

l-informazzjoni tiġi divulgata biss għall-finijiet permessi mill-awtorità msemmija fil-punt (a).

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skont il-liġi tal-Unjoni.

TITOLU VII

MIŻURI AMMINISTRATTIVI U PENALI

Artikolu 81

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli meta ma jiġix rispettat dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati.

Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli dwar penali amministrattivi għal ksur soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali, huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali. Il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Sat-12 ta’ Awwissu 2022, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssir fihom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għal CCPs, u membri tal-ikklirjar skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ ksur, il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra msemmija f’dak il-paragrafu jistgħu jiġu applikati, soġġett għal kondizzjonijiet stipulati fil-liġi nazzjonali, lill-bord u lill-maniġment superjuri tas-CCPs u tal-membri tal-ikklirjar u lil persuni fiżiċi oħra li skont il-liġi nazzjonali huma responsabbli għall-ksur.

3.   Is-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra previsti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu attribwiti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew, jekk ikunu differenti, lill-awtoritajiet kompetenti, skont it-tip ta’ ksur. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi u ta’ ġbir ta’ informazzjoni kollha li huma meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħrajn jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.

4.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-liġi nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet; u

(d)

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 82

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali u miżuri amministrattivi oħra tal-inqas fir-rigward taċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

nuqqas li jitfasslu, jinżammu u jiġu aġġornati pjanijiet ta’ rkupru, bi ksur tal-Artikolu 9;

(b)

nuqqas li tkun provduta l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, bi ksur tal-Artikolu 13; u

(c)

nuqqas tas-CCP li jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta s-CCP tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli, bi ksur tal-Artikolu 70(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, is-CCP jew persuna ġuridika oħra responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

projbizzjoni temporanja kontra l-membri tal-maniġment superjuri tas-CCP jew kwalunkwe persuna fiżika oħra miżmuma responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet f’CCP;

(d)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti. Fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontabilità konsolidata tal-intrapriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e)

fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi sa massimu ta’ EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fil-11 ta’ Frar 2021; u

(f)

multi amministrattivi sa massimu tad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur jekk dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi determinat.

Artikolu 83

Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra

1.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom kwalunkwe penali amministrattiva jew miżura amministrattiva imposta minnhom għal ksur ta’ dan ir-Regolament fejn tali penali jew miżuri ma jkunux ġew soġġetti għal appell jew fejn id-dritt ta’ appell ikun ġie eżawrit. It-tali pubblikazzjoni għandha sseħħ mingħajr dewmien mhux dovut wara li l-persuna fiżika jew ġuridika tiġi infurmata b’dik il-penali jew miżura u għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tagħha tiġi imposta l-penali jew il-miżura.

Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra li dwarhom ikun hemm appell, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw fuq il-websajts uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus ta’ dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

2.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħra imposti minnhom fuq bażi anonima, b’mod li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva l-oħra tiġi imposta fuq persuna fiżika u jintwera li l-pubblikazzjoni ta’ data personali hi sproporzjonata minn valutazzjoni a priori obbligatorja tal-proporzjonalità ta’ tali pubblikazzjoni;

(b)

meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali jew proċedimenti li jkunu għadhom għaddejjin;

(c)

meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista’ jiġi determinat, dannu sproporzjonat lis-CCP jew lill-persuni fiżiċi involuti.

Alternattivament, f’dawn il-każijiet, il-pubblikazzjoni tad-data inkwistjoni tista’ tiġi posposta għal perijodu raġonevoli, jekk jista’ jkun previst li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima jieqfu milli jeżistu f’dak il-perijodu.

3.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq il-websajt uffiċjali tagħhom għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin. Id-data personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fil-websajt uffiċjali tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti għall-perijodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

4.   Sat-12 ta’ Awwissu 2022, l-ESMA għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst taħt paragrafu 2 u partikularment jekk kien hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f’dak ir-rigward. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll kwalunkwe diverġenza sinifikattiva matul il-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra.

Artikolu 84

Manutenzjoni tal-bażi ta’ data ċentrali mill-ESMA

1.   Soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali stretta msemmija fl-Artikolu 73, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA bil-penali amministrattivi kollha imposti minnhom taħt l-Artikolu 81 u bl-istatus ta’ dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

2.   L-ESMA għandha żżomm bażi ta’ data ċentrali ta’ penali amministrattivi rrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

3.   L-ESMA għandha żżomm bażi ta’ data ċentrali ta’ penali amministrattivi rrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-ESMA għandha żżomm paġna web fis-sit web eżistenti tagħha b’links għall-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi ta’ kull awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi ta’ kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 83 u tindika l-perijodu li matulu kull Stat Membru jippubblika l-penali.

Artikolu 85

L-eżerċizzju ta’ setgħat biex jiġu imposti penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u l-applikazzjoni effettiva tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-multi amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, inkluż, jekk xieraq:

(a)

il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, pereżempju, kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn ikun jista’ jiġi determinat;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(g)

ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(h)

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

TITOLU VIII

EMENDI GĦAR-REGOLAMENTI (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 U (UE) 2015/2365 U D-DIRETTIVI 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE U (UE) 2017/1132

Artikolu 86

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt (3) tal-Artikolu 4, jiżdied il-punt li ġej:

“(iv)

fir-rigward tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), awtorità ta’ riżoluzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.

(*)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L022, 22.1.2021, p. 1).”,"

(2)

fl-Artikolu 40(5), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/23, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’kull Stat Membru, li ma għandux ikollu dritt tal-vot.”.

Artikolu 87

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6b

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar fil-każ ta’ riżoluzzjoni

1.   Meta CCP tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament jew l-awtorità kompetenti deżinjata f’konformità mal-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ membru tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni, titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament għall-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun awtorizzata sabiex tikklirja l-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar li għalihom tintalab is-sospensjoni; u

(b)

is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC jew għal tip speċifiku ta’ kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni b’rabta mar-riżoluzzjoni tas-CCP, u dik is-sospensjoni tkun proporzjonata għal dawk l-għanijiet.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dak is-subparagrafu huma ssodisfati.

L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.

2.   L-ESMA għandha, fi żmien 24 siegħa min-notifika tat-talba mill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u, sa fejn ikun possibbli, wara konsultazzjoni mal-BERS, toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intiża, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 (u l-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar titqies mill-ESMA li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA tista’ titlob lill-Kummissjoni biex tissospendi l-obbligu ta’ nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC li huma soġġetti għat-talba ta’ sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

L-ESMA għandha tippreżenta t-talba motivata tagħha lill-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi ppreżentata t-talba lill-Kummissjoni.

4.   It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 u l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jiġu ppubblikati.

5.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduta mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, jew tissospendi l-obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.

Meta tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament rigward dawk il-klassijiet ta’ derivati OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.

Meta l-Kummissjoni tiċħad is-sospensjoni mitluba, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan u tgħaddilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

6.   Fejn mitlub mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklirjar jista’ jissospendi wkoll l-obbligu ta’ negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta’ derivati OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

7.   Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, tal-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u lill-ESMA u għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

8.   Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar skont il-paragrafu 5 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dik is-sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.

9.   Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5 għal perijodi addizzjonali ta’ mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-paragrafu 7.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

10.   Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’, fi żmien suffiċjenti qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ sospensjoni inizjali msemmi fil-paragrafu 5 jew il-perijodu ta’ estensjoni msemmi fil-paragrafu 9, toħroġ talba lill-Kummissjoni biex testendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati.

L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi nnotifikata t-talba lill-Kummissjoni.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku.

L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi n-notifika tat-talba u, jekk tqis meħtieġ, wara li tikkonsulta lill-BERS, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħux japplikaw filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-kriterji stabbiliti f -Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament. L-AETS għandha tibgħat kopja ta’ dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta’ implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar tista’ wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta’ negozjar imsemmi fil-paragrafu 6.

L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.;

(*)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;"

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Sostituzzjoni ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax fi tranżazzjonijiet miruta

1.   Il-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju li jkollhom fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati OTC ikklirjati mhux ċentralment li jkunu daħlu fihom jew innovati qabel id-data li fiha l-obbligu li jkun hemm proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11(3) jidħol fis-seħħ meta, wara l-11 ta’ Frar 2021, dawk il-kuntratti jiġu innovati għall-iskop uniku li jiġi sostitwit il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li jkunu qed jirreferu għalihom jew għall-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ riżerva fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju.

2.   It-tranżazzjonijiet li jsiru jew li jiġu innovati qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklirjar skont l-Artikolu 4 li, wara l-11 ta’ Frar 2021, ikunu sussegwentement sostitwiti għall-iskop uniku li jiġi sostitwit il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li jirreferu għalihom jew li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta’ riżerva fir-rigward ta’ dak il-parametru referenzjarju, m’għandhomx, għal dik ir-raġuni, isiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fl-Artikolu 4.”;

(3)

fl-Artikolu 24a(7), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

mill-anqas fuq bażi annwali, tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tas-CCPs għal żviluppi negattivi fis-suq skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, filwaqt li tqis, fejn ikun possibbli, l-effett aggregat tal-arranġamenti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;”;

(4)

fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti pariri lill-bord dwar kwalunkwe arranġament li jista’ jħalli impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, bħal bidla sinifikanti fil-mudell tar-riskju tagħha, il-proċeduri ta’ inadempjenza, il-kriterji sabiex jiġu aċċettati l-membri tal-ikklirjar, l-ikklirjar ta’ klassijiet ġodda ta’ strumenti jew l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet. Il-kumitat tar-riskju għandu jgħarraf lill-bord fil-ħin dwar kwalunkwe riskju li jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP. Il-pariri tal-kumitat tar-riskju mhumiex meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ kuljum tas-CCP. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex issir konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskju dwar l-iżviluppi li jħallu impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluż dwar l-iżviluppi li huma rilevanti għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklirjar għas-CCP u l-interdipendenzi ma’ CCPs oħrajn.”;

(5)

Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   CCP għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti u lill-kumitat tar-riskju bi kwalunkwe deċiżjoni fejn il-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju u tispjega tali deċiżjoni. Il-kumitat tar-riskju jew kwalunkwe membru tal-kumitat tar-riskju jista’ jgħarraf lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe qasam fejn huwa jqis li l-pariri tal-kumitat tar-riskju ma ġewx segwiti.”;

(6)

fl-Artikolu 37(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Is-CCP għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe żvilupp negattiv sinifikanti rigward il-profil tar-riskju ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha ddeterminat fil-kuntest tal-valutazzjoni tas-CCP imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe valutazzjoni oħra b’konklużjoni simili, inkluż kwalunkwe żieda tar-riskju li kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha joħloq lis-CCP, li s-CCP tqis li jkollu l-potenzjal li jiskatta proċedura ta’ inadempjenza.”;

(7)

fl-Artikolu 38, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Il-membri tal-ikklirjar tas-CCP għandhom jgħarrfu b’mod ċar lill-klijenti eżistenti u potenzjali tagħhom dwar it-telf potenzjali jew spejjeż oħrajn li jistgħu jġarrbu bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni tal-inadempjenza u l-arranġamenti ta’ allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet skont ir-regoli operattivi tas-CCP, inkluż it-tip ta’ kumpens li jistgħu jirċievu, filwaqt li jitqies l-Artikolu 48(7), il-klijenti għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni dettaljata suffiċjenti biex jiġi żgurat li jifhmu t-telf tal-agħar każ u spejjeż oħra li jistgħu jiffaċċjaw li kieku s-CCP tieħu miżuri ta’ rkupru.”;

(8)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 45a

Restrizzjonijiet temporanji fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza

1.   Fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar- Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lis-CCP biex toqgħod lura minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin għal perijodu speċifikat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax jaqbeż ħames snin:

(a)

li tagħmel distribuzzjoni ta’ dividendi jew jingħata impenn irrevokabbli ta’ distribuzzjoni ta’ dividendi, minbarra għal drittijiet għal dividendi speċifikament imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/23, bħala forma ta’ kumpens;

(b)

ix-xiri lura ta’ ishma ordinarji;

(c)

li toħloq obbligu li titħallas remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) ta’ dan ir-Regolament, benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

L-awtorita’ kompetenti m’għandhiex tillimita lis-CCP milli tieħu kwalunkwe azzjoni fl-ewwel subparagrafu, jekk is-CCP tkun obbligata legalment li twettaq dik l-azzjoni u l-obbligu jiġi qabel l-avvenimenti skont l-ewwel subparagrafu.

2.   L-awtorita’ kompetenti tista’ tiddeċiedi li tirrinunzja r-restrizzjonijiet fil-paragrafu 1 fejn tqis li t-tneħħija ta’ dawk ir-restrizzjonijiet ma tnaqqasx il-kwantità jew id-disponibbiltà tar-riżorsi proprji tas-CCP, b’mod partikolari r-riżorsi proprji disponibbli għall-użu bħala miżura ta’ rkupru.

3.   Sat-12 ta’ Frar 2022 l-ESMA għandha tabbozza linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fejn tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li fihom l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li s-CCP tieqaf milli tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

(9)

fil-Artikolu 81(3), l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:

“(r)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Regolament (UE) 2021/23.”.

Artikolu 88

Emenda għar-Regolament (UE) 2015/2365

Fl-Artikolu 12(2), jiżdied il-punt li ġej:

“(n)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

Artikolu 89

Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE

Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-Artikoli 4 sa 7 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-ebda restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju jew ebda restrizzjoni fuq l-effett ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija, dispożizzjoni ta’ close out netting jew ta’ tpaċija imposta skont it-Titolu IV Kapitolu V jew VI tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), jew tat-Titolu V, Kapitolu III, Taqsima 3, jew il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta’ setgħat simili fid-dritt domestiku ta’ Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punt (c)(iv) jew (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV Kapitolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V, Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.

(*)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."

(**)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;"

(2)

l-Artikolu 9a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9a

Id-Direttiva 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) 2021/23

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 2021/23.”.

Artikolu 90

Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE

Fl-Artikolu 4(5), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva ma japplikax f’każ ta’ applikazzjoni ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

Artikolu 91

Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax f’każ tal-applikazzjoni ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

(*)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."

(**)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;"

(2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament 2021/23 il-laqgħa ġenerali tista’, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa b’mod validu, toħroġ konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali, jew timmodifika l-istatuti biex tippreskrivi li konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali tinħareġ, b’avviż iqsar minn kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, biex tiddeċiedi dwar żieda kapitali, sakemm dik il-laqgħa ma ssirx fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju mill-konvokazzjoni, li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 27 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jew tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/23 huma ssodisfati, u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa biex jiġu evitati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2014/59/UE jew fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/23.”.

Artikolu 92

Emenda għad-Direttiva (UE) 2017/1132

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 84, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 49, l-Artikolu 58(1), l-Artikolu 68(1), (2) u (3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(2), l-Artikoli 72 sa 75, 79, 80 u 81 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod, is-setgħat u l-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

(*)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."

(**)  Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).”;"

(2)

L-Artikolu 86a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) tal-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-kumpannija hija soġġetta għal għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.”;

(b)

il-punt (c) tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

is-suġġett ta miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet kif definit fil punt (101) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/23”;

(3)

fl-Artikolu 87, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-Kapitolu ma japplikax għall- kumpanniji li huma s-suġġett tal-applikazzjoni ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE, u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.”;

(4)

L-Artikolu 120 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-kumpannija hija soġġetta għal għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.”;

(b)

il-punt (c) tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

is-suġġett ta miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet kif definit fil punt (101) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/23.”;

(5)

L-Artikolu 160a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-kumpannija hija soġġetta għal għodod, setgħat u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.”;

(b)

il-punt (c) tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

is-suġġett ta miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet kif definit fil punt (101) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew fil-punt (48) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/23.”.

Artikolu 93

Emenda għad-Direttiva 2014/59/UE

Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal entitajiet li huma awtorizzati wkoll skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.”.

Artikolu 94

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa numerat bħala paragrafu 1,;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal entitajiet li huma awtorizzati wkoll skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.”.

Artikolu 95

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Fl-Artikolu 54(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk il-Kummissjoni tivvaluta li ma hemmx bżonn li d-derivati nnegozjati fil-borża jiġu esklużi mill-ambitu tal-Artikoli 35 u 36 skont l-Artikolu 52(12), CCP jew ċentru tan-negozjar jistgħu, qabel il-11 ta’ Frar 2021, japplikaw mal-awtorità kompetenti tagħha għal permess biex jagħmlu użu minn arranġamenti tranżitorji. L-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis ir-riskji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 fir-rigward tad-derivati negozjati fil-borża għall-funzjonament b’mod ordnat tas-CCP jew taċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, tista’ tiddeċiedi li l-Artikolu 35 jew 36 ma japplikax għas-CCP jew għaċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, rispettivament, fir-rigward ta’ derivati negozjati fil-borża, għal perijodu tranżitorju sat-3 ta’ Lulju 2021. Fejn jiġi approvat perijodu tranżitorju bħal dan, is-CCP jew iċ-ċentru tan-negozjar ma għandhomx jibbenefikaw mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36, fir-rigward ta’ derivati nnegozjati fil-borża matul id-durata ta’ dak il-perijodu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u fil-każ ta’ CCP, lill-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għal dik is-CCP, meta jiġi approvat perijodu tranżitorju.”.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 96

Rieżami

Sat-12 ta’ Frar 2024, l-ESMA għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tagħha ta’ persunal u riżorsi minn meta tieħu s-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Sat-12 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hija għandha tal-anqas tivvaluta dan li ġej:

(a)

l-adegwatezza u s-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tkopri t-telf li jirriżulta minn eventi mhux ta’ inadempjenza;

(b)

L-ammont ta’ riżorsi proprji tas-CCP li għandu jintuża għall-irkupru u r-riżoluzzjoni u l-mezzi għall-użu tiegħu; u

(c)

jekk l-għodod ta’ riżoluzzjoni disponibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni humiex adegwati.

Fejn xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għal reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 27(7). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari l-ħtieġa għal kwalunkwe emenda ulterjuri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-għodda ta’ valutazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni f’każ ta’ riżoluzzjoni tas-CCPs flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni li jirriżultaw f’telf finanzjarju li jiġġarrab mill-membri tal-ikklirjar. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn xieraq minn proposti għar-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

Sat-12 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tivvaluta l-effikaċja tal-arranġamenti tal-governanza għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs fl-Unjoni u tippreżenta rapport dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn xieraq minn proposti għal reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 97

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-12 ta’ Awwissu 2022 bl-eċċezzjoni ta’:

l-Artikolu 95 li għandu japplika mill-4 ta’ Lulju 2020;

l-Artikolu 87(2) li għandu japplika mill-11 ta’ Frar 2021;

l-Artikoli 9(1), 9(2), 9(3), 9(4), 9(6), 9(7), 9(9), 9(10), 9(12), 9(13), 9(16), 9(17), 9(18), 9(19), 10(1), 10(2), 10(3), 10(8), 10(9), 10(10), 10(11), 10(12) u 11 li għandhom japplikaw mit-12 ta’ Frar 2022;

l-Artikoli 9(14) u 20, li għandhom japplikaw mit-12 ta’ Frar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 28.

(2)  ĠU C 372, 1.11.2017, p. 6.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-17 ta’ Novembru 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(10)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(13)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpanniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(15)  Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).

(16)  Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(20)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(21)  Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall- kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(25)  Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

(26)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).


ANNESS

TAQSIMA A

Rekwiżiti għall-pjanijiet ta’ rkupru

Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(1)

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan u sommarju tal-kapaċità kumplessiva tal-irkupru;

(2)

sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP minn meta ġie ffajljat l-aktar pjan ta’ rkupru reċenti;

(3)

pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni li jiddeskrivi kif is-CCP beħsiebha żżomm lill-awtorità kompetenti tagħha infurmata bis-sitwazzjoni ta’ rkupru u li timmaniġġja kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas-suq filwaqt li taġixxi bl-aktar mod trasparenti possibbli;

(4)

firxa komprensiva ta’ kapital, allokazzjoni ta’ telf, allokazzjoni ta’ pożizzjoni u azzjonijiet ta’ likwidità meħtieġa biex tinżamm jew tiġi restawrata l-vijabilità u s-solidità finanzjarja tas-CCP inkluż li jiġu restawrati l-valur kontabilistiku rikonċiljat u l-kapital u r-riżorsi prefinanzjati u li jinżamm l-aċċess għal sorsi suffiċjenti ta’ likwidità li huma meħtieġa għas-CCP li żżomm il-vijabilità tagħha bħala negozju avvjat u li tkompli tipprovdi s-servizzi kritiċi tagħha f’konformità mal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikoli 16(3) u 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-azzjonijiet ta’ allokazzjoni tat-telf jistgħu jinkludu sejħiet għal flus għal irkupru u tnaqqis fil-valur tal-gwadanji pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti, fejn definiti fir-regoli operattivi tas-CCP, u ma għandhomx jużaw il-marġni inizjali mibgħuta minn membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti biex jallokaw it-telf skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(5)

valutazzjoni tal-għażliet ta’ rkupru fir-rigward ta’:

(i)

l-impatt tal-implimentazzjoni tagħhom fuq is-solvenza, il-likwidità, il-pożizzjonijiet ta’ finanzjament, il-profittabbiltà u l-operazzjonijiet tas-CCP;

(ii)

l-impatt estern u l-konsegwenzi sistemiċi tal-implimentazzjoni tagħhom fuq il-funzjonijiet kritiċi, l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar, kredituri u partijiet ikkonċernati oħra tas-CCP, u fejn applikabbli, il-bqija tal-grupp, u sal-punt fejn l-informazzjoni tkun disponibbli, il-klijenti u l-klijenti indiretti tas-CCP;

(iii)

il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tagħhom wara analiżi dettaljata tar-riskji, l-impedimenti u s-soluzzjonijiet għall-impedimenti; u

(iv)

l-impatt tal-implimentazzjoni tagħhom fuq il-kontinwità tal-operazzjonijiet, b’mod partikolari r-riżorsi umani u l-IT, u l-aċċess għal infrastrutturi finanzjarji oħra.

(6)

kondizzjonijiet u proċeduri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni fil-waqt ta’ azzjonijiet ta’ rkupru, inkluż stima tal-perijodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

(7)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe impediment materjali tal-implimentazzjoni effettiva u f’waqtha tal-pjan, inkluż konsiderazzjoni tal-impatt fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti inkluż f’każijiet meta l-membri tal-ikklirjar x’aktarx li jieħdu miżuri skont il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2014/59/UE, u fejn xieraq fuq il-bqija tal-grupp;

(8)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-għażliet ta’ rkupru biex jiġi indirizzat kull xenarju ta’ pjan ta’ rkupru rilevanti, abbażi ta’ kif dawk l-għażliet:

(i)

jiżguraw it-trasparenza u jippermettu lil dawk li jistgħu jkunu esposti għal telf u nuqqas ta’ likwidità biex ikejlu, jimmaniġġjaw u jikkontrollaw tali telf u nuqqasijiet potenzjali;

(ii)

jipprovdu inċentivi lill-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tagħhom u lis-sistema finanzjarja; u

(iii)

jimminimizzaw l-impatt negattiv fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom u s-sistema finanzjarja;

(9)

l-identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi;

(10)

deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u tal-kummerċjabbiltà tal-linji tan-negozju, tal-operazzjonijiet u tal-assi ewlenin tas-CCP;

(11)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kif l-ippjanar tal-irkupru huwa integrat fl-istruttura tal-governanza korporattiva tas-CCP, kif jagħmel parti mir-regoli tal-operat tas-CCP li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-membri tal-ikklirjar, kif ukoll il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru u l-identifikazzjoni tal-persuni fl-organizzazzjoni responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjan;

(12)

arranġamenti u miżuri li jinċentivaw lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti biex jagħmlu offerti kompetittivi f’irkantijiet tal-pożizzjonijiet tal-membri inadempjenti;

(13)

arranġamenti u miżuri biex jiġi żgurat li s-CCP ikollha aċċess adegwat għal sorsi ta’ finanzjament ta’ kontinġenza, inklużi sorsi potenzjali ta’ likwidità, sabiex jippermettulha tkompli twettaq l-operazzjonijiet tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha malli jsiru dovuti;

(14)

valutazzjoni tal-kollateral disponibbli u valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu trasferiti riżorsi jew likwidità bejn il-linji tan-negozju;

(15)

arranġamenti u miżuri:

(i)

biex jitnaqqas ir-riskju;

(ii)

biex jirristrutturaw il-kuntratti, id-drittijiet, l-assi u l-passivi;

(iii)

biex jirristrutturaw il-linji tan-negozju;

(iv)

meħtieġa biex jinżamm aċċess kontinwu għal FMIs u ċ-ċentri tan-negozjar;

(v)

meħtieġa biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP, inkluż l-infrastruttura u s-servizzi tal-IT;

(vi)

għat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-kuntratti;

(vii)

sabiex jitnaqqas il-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti, jekk applikabbli, skont it-tip ta’ strumenti li tikklerja s-CCP.

(viii)

sabiex il-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti jkunu obbligati jagħmlu kontribuzzjoni fi flus lis-CCP tal-anqas sa ammont ekwivalenti għall-kontribuzzjoni ta’ kull membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza. Dan l-obbligu ta’ sejħa għal flus għal irkupru għandu jiġi inkluż u msemmi wkoll fir-regoli u arranġamenti kuntrattwali oħra tas-CCP.

(16)

arranġamenti preparatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ tal-assi jew tal-linji tan-negozju f’qafas taż-żmien xieraq sabiex tiġi restawrata s-solidità finanzjarja, inkluż valutazzjoni tal-effett potenzjali ta’ tali bejgħ fuq l-operazzjonijiet tas-CCP;

(17)

fejn huma previsti azzjonijiet jew strateġiji oħra ta’ ġestjoni biex tiġi restawrata s-solidità finanzjarja, deskrizzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet jew l-istrateġiji u l-effett finanzjarju antiċipat tagħhom;

(18)

miżuri preparatorji li s-CCP tkun ħadet jew tippjana li tieħu biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, inkluż dawk meħtieġa biex tippermetti rikapitalizzazzjoni f’waqtha tas-CCP, tirrestawra l-valur kontabilistiku rikonċiljat u l-passivi u tirrikostitwixxi r-riżorsi prefinanzjati tagħha kif ukoll l-infurzabbiltà transkonfinali tiegħu;

(19)

qafas ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jidentifikaw il-punti li fihom jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet adatti msemmija fil-pjan;

(20)

fejn applikabbli, analiżi ta’ kif u meta s-CCP tista’ tapplika, bil-kondizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ bank ċentrali u tidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral skont it-termini tal-faċilità tal-bank ċentrali;

(21)

filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, firxa ta’ xenarji li jaffettwaw serjament is-solidità finanzjarja jew il-vijabilità operazzjonali tas-CCP u jkunu rilevanti għall-kondizzjonijiet speċifiċi tas-CCP bħat-taħlita tal-prodott, il-mudell kummerċjali u l-likwidità u l-qafas ta’ governanza tar-riskju tagħha, inkluż xenarji li jinvolvu eventi mifruxa mas-sistema kollha jew eventi speċifiċi għall-entità ġuridika u għal kwalunkwe grupp li tappartjeni għalih u stress speċifiku għal membri tal-ikklirjar individwali tas-CCP jew, fejn xieraq, FMI marbuta; u

(22)

filwaqt li jitqiesu l-Artikolu 34 u l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, firxa ta’ xenarji li jaffettwaw serjament is-solidità jew il-vijabilità operazzjonali tas-CCP u jirriżultaw kemm mill-istress jew mill-inadempjenza ta’ mill-anqas iż-żewġ membri tal-ikklirjar li fir-rigward tagħhom is-CCP għandha l-akbar skoperturi taħt kondizzjonijiet estremi iżda plawsibbli tas-suq, u minn raġunijiet oħra inkluż telf mill-attivitajiet ta’ investiment tas-CCP jew minn problemi operazzjonali, inkluż theddid estern sever għal operazzjonijiet ta’ CCP minħabba tfixkil estern, xokk jew inċident relatat maċ-ċibernetika.

TAQSIMA B

Informazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lis-CCPs biex jipprovdu għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

Għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tas-CCP, inkluża lista tal-persuni ġuridiċi kollha;

(2)

identifikazzjoni tad-detenturi diretti u l-perċentwali tad-drittijiet tal-vot u tad-drittijiet bla vot ta’ kull persuna ġuridika;

(3)

il-post, il-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni, il-liċenzjar u l-immaniġġjar ewlenin assoċjati ma’ kull persuna ġuridika;

(4)

immappjar tal-funzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP inklużi d-dettalji tal-karta tal-bilanċ ta’ dawn il-funzjonijiet u l-linji tan-negozju, b’referenza għall-persuni ġuridiċi;

(5)

deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tas-CCP kollha u tal-attivitajiet kummerċjali kollha tal-entitajiet ġuridiċi tagħha, isseparati, bħala minimu skont it-tipi tas-servizzi u l-ammonti rispettivi ta’ volumi kklerjati, interess miftuħ, marġini inizjali, marġini ta’ varjazzjoni, fondi ta’ inadempjenza u kwalunkwe dritt assoċjat ieħor ta’ valutazzjoni jew azzjonijiet oħra ta’ rkupru li jappartjenu lil tali linji ta’ negozju;

(6)

dettalji tal-kapital u tal-istrumenti tad-dejn maħruġin mis-CCP u mill-entitajiet ġuridiċi tagħha;

(7)

identifikazzjoni ta’ mingħand min is-CCP tkun irċeviet il-kollateral u f’liema forma (trasferiment ta’ titolu jew garanzija), u li għalihom tkun ippleġġjat kollateral u f’liema forma u l-persuna li żżomm il-kollateral, u fiż-żewġ każijiet l-ġurisdizzjoni li fiha jinsab il-kollateral;

(8)

deskrizzjoni tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-CCP u tal-entitajiet legali tagħha, inkluż immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

(9)

il-ħeġġijiet materjali tas-CCP inkluż l-immappjar ma’ persuni ġuridiċi;

(10)

identifikazzjoni tal-iskoperturi u tal-importanza relattivi tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP kif ukoll analiżi tal-impatt tal-falliment ta’ membri ewlenin tal-ikklirjar tas-CCP;

(11)

kull sistema li fiha s-CCP twettaq għadd materjali jew tivvalorizza l-ammont tat-tranżazzjonijiet, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(12)

kull sistema ta’ pagament, ikklirjar jew saldu li s-CCP hija direttament jew indirettament membru tagħha, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(13)

inventarju u deskrizzjoni dettaljati tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-informazzjoni ewlenija, inklużi dawk għall-immaniġġjar tar-riskji, għall-kontabbiltà u għar-rapportar finanzjarju u regolatorju użati mis-CCP inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(14)

identifikazzjoni tas-sidien tas-sistemi identifikati fil-punt (13), il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz relatati magħhom, u kwalunkwe software u sistemi jew liċenzji, inkluż l-immappjar mal-entitajiet legali, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħhom;

(15)

identifikazzjoni u mmappjar mal-persuni ġuridiċi u l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn l-persuni ġuridiċi differenti bħal:

(i)

persunal, faċilitajiet u sistemi komuni jew kondiviżi;

(ii)

arranġamenti ta’ kapital, finanzjament jew likwidità;

(iii)

skoperturi ta’ kreditu eżistenti jew kontinġenti;

(iv)

ftehimiet ta’ kontrogaranziji, arranġamenti ta’ kontrokollateral, dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza u arranġamenti ta’ totaliżżar tal-kontroaffiljati;

(v)

riskji tat-trasferimenti u arranġamenti ta’ negozjar spalla ma’ spalla;

(vi)

ftehimiet fil-livell ta’ servizz;

(16)

l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal kull persuna ġuridika, jekk ikunu differenti minn dawk maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(17)

il-membru tal-bord responsabbli li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jitfassal il-pjan ta’ riżoluzzjoni ta’ CCP kif ukoll dawk responsabbli, jekk differenti, għall-persuni ġuridiċi differenti, għall-operazzjonijiet kritiċi u għal-linji tan-negozju ewlenin;

(18)

deskrizzjoni tal-arranġamenti li s-CCP għandha fis-seħħ sabiex tiżgura li, fil-każ ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif determinat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(19)

Il-ftehimiet kollha konklużi mis-CCP u l-entitajiet ġuridiċi ma’ partijiet terzi, li t-terminazzjoni tagħhom tista’ tiskatta permezz ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet li japplikaw għodda tar-riżoluzzjoni u jekk il-konsegwenzi tat-terminazzjoni jistgħux jaffettwaw l-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni;

(20)

deskrizzjoni ta’ sorsi possibbli ta’ likwidità biex isostnu riżoluzzjoni;

(21)

informazzjoni dwar tfixkil għall-assi, għall-assi likwidi, għall-attivitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, għall-istrateġiji tal-iħħeġjar u għall-prassi tad-dħul fil-kotba.

TAQSIMA C

Kwistjonijiet li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tqis meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ CCP

Meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

(1)

sa fejn is-CCP tkun tista’ timmappja l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi għal persuni ġuridiċi;

(2)

sa fejn l-istrutturi ġuridiċi u korporattivi jkunu allinjati mal-linji tan-negozju ewlenin u mal-operazzjonijiet kritiċi;

(3)

il-punt sa fejn l-istruttura ġuridiċi tas-CCP jimpedixxu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni minħabba l-għadd ta’ persuni ġuridiċi, il-kumplessità tal-istruttura tal-grupp jew diffikultà fl-allinjament tal-linji tan-negozju mal-entitajiet fi grupp;

(4)

il-punt sa fejn ikun hemm arranġamenti fis-seħħ biex jipprovdu għall-persunal essenzjali, għall-infrastruttura, għall-finanzjament, għal-likwidità u għall-kapital biex jiġu sostnuti u miżmuma l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

(5)

l-eżistenza u s-solidità ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz;

(6)

il-punt sa fejn il-ftehimiet tas-servizz li s-CCP ikollha huma infurzabbli b’mod sħiħ fil-każ ta’ riżoluzzjoni tas-CCP;

(7)

il-punt sa fejn l-istruttura tal-governanza tas-CCP hija adegwata għall-immaniġġjar u l-iżgurar tal-konformità mal-politiki interni tas-CCPs fir-rigward tal-ftehimiet tagħha fil-livell ta’ servizz;

(8)

il-punt sa fejn is-CCP għandha proċess għat-transizzjoni tas-servizzi pprovduti skont il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz lil partijiet terzi fil-każ ta’ separazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi jew tal-linji tan-negozju ewlenin;

(9)

il-punt sa fejn hemm pjanijiet u miżuri ta’ kontinġenza fis-seħħ biex jiżguraw il-kontinwità fl-aċċess għas-sistemi tal-pagamenti u tas-saldu;

(10)

l-adegwatezza tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment biex jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġbru informazzjoni eżatta u kompleta fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u tal-operazzjonijiet kritiċi sabiex jiġi faċilitat it-teħid rapidu ta’ deċiżjonijiet;

(11)

il-kapaċità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment li jipprovdu l-informazzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni effettiva tas-CCP il-ħin kollu, anke taħt kondizzjonijiet li jinbidlu b’mod rapidu;

(12)

il-punt sa fejn is-CCP tkun ittestjat is-sistemi tagħha tal-informazzjoni tal-maniġment f’xenarji ta’ stress kif definit mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(13)

il-punt sa fejn is-CCP tista’ tiżgura l-kontinwità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tagħha kemm għas-CCP affettwata u għas-CCP l-ġdida fil-każ li l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jiġu sseparati mill-bqija tal-operazzjonijiet u mil-linji tan-negozju;

(14)

il-punt sa fejn kwalunkwe garanzija intragrupp tiġi pprovduta skont il-kondizzjonijiet tas-suq u sakemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-garanziji ikunu robusti, fejn is-CCP tibbenefika minn jew tkun esposta għal tali garanziji;

(15)

il-punt sa fejn kwalunkwe tranżazzjoni intragrupp titwettaq bil-kondizzjonijiet tas-suq u sakemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji li jikkonċernaw dawk il-prattiki tat-tranżazzjonijiet ikunu robusti, meta s-CCP tinvolvi ruħha f’tali tranżazzjonijiet;

(16)

il-punt sa fejn l-użu ta’ kwalunkwe garanzija jew tranżazzjoni intragrupp iżid il-kontaġju fil-grupp;

(17)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha impatt negattiv fuq parti oħra tal-grupp tagħha, b’mod partikolari fejn tali grupp jinkludi FMIs oħrajn, fejn applikabbli;

(18)

jekk l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhomx l-għodda tar-riżoluzzjoni meħtieġa biex jappoġġjaw azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u l-ambitu għal azzjoni koordinata bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz;

(19)

il-fattibbiltà li jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni b’tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, fid-dawl tal-għodod disponibbli u tal-istruttura tas-CCP;

(20)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku meħtieġa biex jinħarġu strumenti ta’ sjieda ġodda kif imsemmi fl-Artikolu 33(1);

(21)

l-arranġamenti u l-mezzi li permezz tagħhom ir-riżoluzzjoni tista’ tiġi ppreġudikata fil-każ ta’ CCP li jkollha membri tal-ikklirjar jew arranġamenti kollaterali stabbiliti f’ġurisdizzjonijiet differenti;

(22)

il-kredibilità li jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni b’tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, minħabba l-impatti possibbli fuq il-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom, kontropartijiet oħra u l-impjegati u l-azzjonijiet possibbli li jistgħu jieħdu l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz;

(23)

il-punt sa fejn jista’ jiġi evalwat adegwatament l-impatt tar-riżoluzzjoni tas-CCP fuq is-sistema finanzjarja u fuq il-fiduċja fis-suq finanzjarju;

(24)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha effett negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja fis-suq jew fuq l-ekonomija;

(25)

il-punt sa fejn il-kontaġju f’CCPs oħra jew fis-swieq finanzjarji jista’ jiġi kontenut permezz tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni; u

(26)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq l-operat tas-sistemi tal-pagament u tas-saldu.


Top