EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021Q1230(01)R(02)

Rettifika għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 472 tat-30 ta’ Diċembru 2021)

OJ L 266, 13.10.2022, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2021/1230/corrigendum/2022-10-13/oj

13.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/21


Rettifika għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 472 tat-30 ta’ Diċembru 2021 )

F’paġna 2, taħt ir-Regola 6,

minflok:

“4.

Is-sostituti jew il-membri li jissostitwixxu membri oħra jistgħu jaċċettaw prokura minn membru wieħed jew waħda biss. Għandu jkollhom l-istess setgħat bħal membru fil-laqgħa rilevanti. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun mgħarraf dwar il-prokura tal-vot, b’konformità mal-proċedura ta’ notifika u din in-notifika għandha tiġi riċevuta mhux aktar tard minn ġurnata qabel il-laqgħa.

Għal kull sessjoni plenarja għandu jingħata rimborż tal-ispejjeż lill-membru jew lis-sostitut biss. Id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.

5.

Is-sostituti li jinħatru relaturi jistgħu jippreżentaw l-abbozz ta’ opinjoni li jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom fis-sessjoni plenarja li għandha fuq l-aġenda tagħha l-abbozz ta’ opinjoni. Il-membri jistgħu jiddelegaw id-dritt tal-vot tagħhom lis-sostituti tagħhom waqt li l-abbozz ta’ opinjoni imsemmi jkun qiegħed jiġi diskuss. Għandu jingħata tagħrif bil-miktub dwar il-prokura tal-vot lis-Segretarju Ġenerali qabel il-laqgħa rilevanti.

6.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(1), kull prokura titlef il-validità tagħha meta l-membri li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw ma jibqgħux membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.”,

aqra:

“4.

Is-sostituti jew il-membri li jissostitwixxu membri oħra jistgħu jaċċettaw prokura minn membru wieħed jew waħda biss. Għandu jkollhom l-istess setgħat bħal membru fil-laqgħa rilevanti. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun mgħarraf dwar il-prokura tal-vot, b’konformità mal-proċedura ta’ notifika u din in-notifika għandha tiġi riċevuta mhux aktar tard minn ġurnata qabel il-laqgħa.

5.

Għal kull sessjoni plenarja għandu jingħata rimborż tal-ispejjeż lill-membru jew lis-sostitut biss. Id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau fid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.

6.

Is-sostituti li jinħatru relaturi jistgħu jippreżentaw l-abbozz ta’ opinjoni li jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom fis-sessjoni plenarja li għandha fuq l-aġenda tagħha l-abbozz ta’ opinjoni. Il-membri jistgħu jiddelegaw id-dritt tal-vot tagħhom lis-sostituti tagħhom waqt li l-abbozz ta’ opinjoni imsemmi jkun qiegħed jiġi diskuss. Għandu jingħata tagħrif bil-miktub dwar il-prokura tal-vot lis-Segretarju Ġenerali qabel il-laqgħa rilevanti.

7.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(1), kull prokura titlef il-validità tagħha meta l-membri li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw ma jibqgħux membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.”.

Top