This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D2120
Council Decision (EU) 2021/2120 of 25 November 2021 on the position to be taken on behalf of the European Union within the ACP-EU Committee of Ambassadors as regards the amendment of Decision No 3/2019 of the ACP-EU Committee of Ambassadors to adopt transitional measures pursuant to Article 95(4) of the ACP-EU Partnership Agreement
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2120 tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2120 tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE
ST/13542/2021/INIT
ĠU L 430, 2.12.2021, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 430/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2120
tal-25 ta’ Novembru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn banda waħda, u l- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (2) (“id-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali”), huwa għandu jiġi applikat sat-30 ta’ Novembru 2021. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 95(4), l-ewwel subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, in-negozjati għal Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ġdid (“il-Ftehim il-ġdid”) tnedew f’Settembru 2018. Il-Ftehim il-ġdid mhux ser ikun lest biex jiġi applikat sat-30 ta’ Novembru 2021, id-data tal-iskadenza tal-qafas legali attwali. Għaldaqstant huwa neċessarju li tiġi emendata d-deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali biex tkompli tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. |
(3) |
L-Artikolu 95(4), it-tieni subparagrafu, tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista’ tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim l-ġdid jidħol fis-seħħ. |
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat ta’ adozzjoni tal-miżuri tranżizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (3). Għaldaqstant, huwa l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li jrid jemenda l-miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, peress li l-att previst ser ikun vinkolanti għall-Unjoni. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jibqgħu jiġu applikati bil-għan li tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri tranżizzjonali emendati mhumiex maħsuba bħala emendi fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, għandha tkun li tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE sabiex l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE tiġi estiża sat-30 ta’ Ġunju 2022, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew l-applikazzjoni proviżorja t bejn l-Unjoni u l-Istati tal-AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel.
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għandhom jiġu applikati f’konformità mal-fini u l-objettiv tal-Artikolu 95(4) tiegħu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. POČIVALŠEK
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ġie emendat permezz tal-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u permezz tal-Ftehim iffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
(2) Id-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE (ĠU L 1, 3.1.2020, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta’ Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2019/920] (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 114).